Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3369 u jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ on-farm slaughter (qatla fir-razzett) bejn l-2015 u l-2025, maqsuma sena b’sena u skont it-tip ta’ annimal (majjal, baqra, eċċ.)?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-istatistika li qed tiġi mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninfurmah li d-dejta tkopri l-għadd ta’ annimali maqtula fir-razzett u miġjuba fil-Biċċerija u ma tagħmilx distinzjoni jekk il-bhejjem spiċċawx fil-katina tal-ikel jew ma kienux tajbin għall-konsum.
Bl-eċċezzjoni taċ-ċriev, il-bhejjem kollha li jinqatlu fuq ir-razzett, jinqatlu bħala parti mis-servizz tal emerġenza. Fil-kas taċ-ċriev, dawn jinqatlu fuq ir-razzett bħala parti mis-servizz prenotat fid-dawl tan-natura tal-annimal; bil-għan li jkun evitat stress lil annimal waqt it-trasport. Iċ-ċriev inkwestjoni ukoll ikunu mrobbija speċifikament għall-konsum uman.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel – Proprjetajiet mikrija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm proprjetà fid-dekasteru tiegħu li hi mikrija u kemm titħallas kera fis-sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi fid-dekasteru li jien responsabbli minnu hemm 6 -il proprjetà li hija b’kirja mingħand il-Gvern, u 9 -il proprjetà li hija b’kirja mingħand il-privat, inkluż il-binja tal-Ministeru.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 686 u jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?
Imwiet tal-bhejjem waqt mewġiet ta' sħana – Miżuri
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri konkreti qed jieħu jew qed jippjana l-Gvern biex jipproteġi l-bhejjem f'Malta u Għawdex minn temperaturi estremi u mewġiet ta' sħana, partikolarment matul ix-xhur tas-sajf? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx skemi ta' għajnuna finanzjarja jew teknika għall-bdiewa u r-raħħala sabiex jinvestu f'sistemi ta' ventilazzjoni, tkessiħ, dell u provvista adegwata tal-ilma, bil-għan li jitnaqqas ir-riskju ta' mwiet fost il-bhejjem?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbiltà għall-protezzjoni u l-benesseri tal-annimali miżmuma fl-irziezet, inkluż it-teħid tal-miżuri meħtieġa sabiex jiġu protetti mit-temperaturi estremi u l-effetti tagħhom fuq saħħithom, taqa’ fuq min iżomm dawn l-annimali.
Madankollu, il-Gvern qed jassisti lil dawk li jrabbu l-annimali permezz ta’ miżuri ta’ prevenzjoni, gwida u konsulenza teknika, kif ukoll billi jiffaċilita l-ippjanar u jappoġġa investimenti mmirati lejn it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-annimali u t-tisħiħ tar-reżiljenza tal-irziezet għall-effetti tat-tibdil fil-klima.
Permezz tas-servizzi ta’ konsulenza agrikola, il-bdiewa jistgħu jingħataw pariri mfassla għall-kundizzjonijiet partikolari tal-azjenda tagħhom, fosthom fir-rigward tal-akkomodazzjoni tal-annimali, il-ventilazzjoni u t-tkessiħ, il-provvista tal-ilma, in-nutrizzjoni, il-bijosigurtà u l-ġestjoni ġenerali. Il-linji gwida dwar it-tfassil ta’ programmi ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali jipprevedu wkoll li l-pjanijiet tal-azjendi jikkunsidraw miżuri ta’ emerġenza relatati mal-għalf u l-ilma f’kundizzjonijiet bħal nixfa u temperaturi estremi.
B’mod komplementari, l-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) jipprovdu għajnuna finanzjarja għal investimenti produttivi fl-azjendi agrikoli, inkluż xiri ta’ makkinarju u tagħmir ġdid u titjib fl-infrastruttura. F’dan il-qafas, jistgħu jiġu appoġġati investimenti bħal sistemi ta’ ventilazzjoni u tkessiħ, dell għall-akkomodazzjoni tal-bhejjem u sistemi li jassiguraw provvista adegwata tal-ilma, dejjem suġġett għall-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà tal-iskemi u għall-valutazzjoni tal-investiment propost.
B’hekk, l-approċċ lejn temperaturi estremi huwa mmirat lejn prevenzjoni u adattament aktar fit-tul, permezz ta’ konsulenza, monitoraġġ, ippjanar u investimenti li jgħinu lill-azjendi jsaħħu r-reżiljenza tagħhom filwaqt li jħarsu l-benesseri tal-annimali.
Imwiet ta' bhejjem minħabba s-sħana – Investigazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux investigazzjonijiet jew valutazzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti dwar imwiet ta' bhejjem li setgħu kienu relatati mat-temperaturi għoljin matul ix-xhur ta' Ġunju sa Settembru 2026? Jista' jgħid ukoll x'kienu s-sejbiet ta' dawn l-investigazzjonijiet, jekk saru, u jekk ġewx identifikati xi kategoriji ta' bhejjem jew tipi ta' rziezet li huma partikolarment vulnerabbli għall-istress mis-sħana?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati mwiet ta' bhejjem f'irziezet f'Malta u Għawdex minn Ġunju sa Settembru 2026, maqsuma xahar b'xahar? Jista' wkoll jagħti rendikont separat skont it-tip ta' annimal, inklużi baqar, fniek, nagħaġ, mogħoż, ħnieżer, tjur u bhejjem oħra, filwaqt li jindika kemm minn dawn l-imwiet ġew attribwiti għal temperaturi għoljin jew stress ikkawżat mis-sħana?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li n-numru ta’ mwiet ta’ bhejjem f'irziezet f'Malta u Għawdex minn Ġunju sa Settembru 2026 skont in-National Livestock Database (NLD) huwa indikat fit-tabella segwenti.
Tip ta' Annimali
Ġunju
Lulju
Awwissu
Settembru
Bovini
99
100
151
83
Ovini
126
119
202
154
Caprini
65
40
44
45
Tiġieġ
385
0
250
24
Majjali
187
89
122
80
Total
862
348
769
386
Din it-tabella tagħti rendikont ta’ kemm mietu annimali, maqsuma xahar b’xahar. L-Awtorita' għas-Sigurta' ta' l-Ikel ma jkollhiex informazzjoni dwar il-kawża tal-mewt, iżda tiġi nfurmata biss jekk l-ammonti ta' mwiet ikunu ta’ perċentwal iktar minn normal minħabba kawża ta’ xi mard jew temperaturi estremi.
Fir-rigward tal-fniek, dawn ma jkunux notifikati bħal annimali oħra, u għalhekk tali informazzjoni mhix disponibbli.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel – Infiq fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-infiq fuq reklamar, marketing u relazzjonijiet pubbliċi mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità taħt ir-responsabbiltà tiegħu, separatament għas-sena 2025 u għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jipprovdi l-informazzjoni f’tabella li tindika, għal kull nefqa, l-entità li għamlitha, l-isem tal-fornitur, il-kampanja jew is-servizz, it-tip ta’ mezz użat, id-data jew il-perjodu tas-servizz, il-metodu ta’ akkwist u l-ammont, filwaqt li jispeċifika jekk dan jinkludix il-VAT?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel, flimkien mad-dipartimenti, l-aġenziji, l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għandu r-responsabbiltà u l-obbligu li jżomm lill-pubbliku infurmat dwar is-servizzi, il-proġetti u l-inizjattivi tal-Gvern, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnhom.
Għal dan il-għan, fl-Estimi Finanzjarji tal-Gvern hemm provvediment taħt il-Vot 29, Information Services, li jinkludi allokazzjoni għall-pubblikazzjoni ta' avviżi, kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni, u materjal ieħor ta' komunikazzjoni permezz ta' diversi mezzi. Dawn l-estimi huma diġà ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tar-rendikont dettaljat mitlub, għandu jiġi ċċarat li l-ġbir, il-verifika u l-konsolidazzjoni tal-informazzjoni għal kull nefqa, minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità, skont il-kategoriji u l-perjodi indikati fl-interpellanza, jirrikjedu eżerċizzju amministrattiv estensiv u l-użu ta' riżorsi sostanzjali. Dan l-eżerċizzju jkun jinvolvi ħin u riżorsi li għandhom jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li l-amministrazzjoni tkompli twettaq il-funzjonijiet u s-servizzi tagħha b'mod effiċjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadin
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ on-farm slaughter (qatla fir-razzett) bejn l-2015 u l-2025, maqsuma sena b’sena u skont it-tip ta’ annimal (majjal, baqra, eċċ.)?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru rċeviex rapporti dwar ħsarat li sofrew in-naħħala minħabba l-preżenza tal-bagħal taż-żunżan (hornets)? Jekk iva, kemm irċieva rapporti ta’ danni l-Ministeru minħabba l-preżenza tal-hornets? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu jew hemm il-ħsieb li jittieħdu, biex jiġi evitat li dan is-settur isofri konsegwenzi aktar gravi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Ministeru huwa konxju bis-sħiħ tal-isfidi li qed joħloq il-bagħal taż-żunżan fuq is-settur tan-naħal u ilu jsegwi s-sitwazzjoni mill-qrib permezz ta’ kuntatt regolari mar-rappreżentanti tal-apikultura kif ukoll mal-Kunsill Konsultattiv għall-Agrikoltura (ACC). F’ dan il-kuntest nagħmel referenza għar-risposta li ngħatat lill-Mistoqsija Parlamentari PQ 2618, li tirreferi għal-miżuri li ttieħdu sal-lum il-ġurnata.
Fil-preżent il-Ministeru mhux biss qed jimmonitorja l-iżviluppi, iżda qed jaħdem b’mod attiv u koordinat mal-partijiet kollha involuti sabiex jiġu implimentati miżuri konkreti li jtaffu l-impatti ta’ dan il-pesti fuq il-kolonji tan-naħal u jsaħħu r-reżiljenza tas-settur fit-tul.
Il-Ministeru se jimplimenta pjan komprensiv ta’ azzjoni li jinkludi miżuri konkreti, prattiċi u mmirati, fosthom interventi għall-kontroll u l-immaniġġjar tal-problema, appoġġ lin-naħħala affettwati sabiex titjieb il-kapaċità tas-settur li jirreaġixxi għal din l-isfida b’mod sostenibbli, kif ukoll programm ta’ tnissil tan-naħla Maltinja. Fil-futur qarib, il-Gvern ser ikun qed iħabbar dawn il-miżuri, li ġew żviluppati f’konsultazzjoni mas-settur u li ġew imfassla biex jindirizzaw il-problema b’azzjoni konkreta u effettiva, filwaqt li jipproteġu l-għajxien tal-apikolturi u s-sostenibbiltà tal-produzzjoni tal-għasel f’Malta u Għawdex.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor Interpellant ghat-twegiba li nghatat ghall-Mistoqsija Parlamentari 3037.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2026?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor, Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli ghall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorgu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2026?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor, Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli ghall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorgu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel – Każ ta’ individwu – Ħatriet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi tip ta’ sostenn finanzjarju, ta’ mediċini jew sostenn relatat, lil dawk irreġistrati li jrabbu n-naħal u qed jiġu affettwati minn telf ta’ kolonji minħabba l-problema ta’ hornets f’Malta?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta tal-Mistoqija Parlamentari Nru 2618.
Hornets – Laqgħat mal-Fondazzjoni għall-Konservazzjoni tan-Naħla Maltija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’laqgħat saru, meta u x’follow up kien hemm mal-Fondazzjoni għall-Konservazzjoni tan-Naħla Maltija, dwar il-problema fejn il-hornets qed joqtlu l-kolonji tan-naħal f’Malta?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta tal-Mistoqija Parlamentari Nru 2618.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tittieħed azzjoni biex tiġi protetta n-naħla minn hornets bħalma kien sar fis-sena 1992 meta kien hawn il-kriżi tal-Varroa?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta tal-Mistoqija Parlamentari Nru 2618.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex tiġi kkontrollata l-popolazzjoni ta’ hornets li qed tiżdied b’mod allarmanti u qed taffettwa l-kolonji ta’ naħal f’Malta?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru qiegħed isegwi t-tħassib dwar iż-żieda fil-preżenza tal-bagħal taż-żunżan, magħruf ukoll bħala l-
Oriental Hornet
, u l-impatt tiegħu fuq il-kolonji tan-naħal f’Malta.
Tul dawn l-aħħar snin, il-Ministeru ħa diversi miżuri biex itejjeb l-għarfien dwar dan l-insett u jgħin lil dawk li jrabbu n-naħal. Dawn il-miżuri kienu jinkludu kollaborazzjoni teknika ma’ espert fil-qasam, it-tħejjija u l-pubblikazzjoni ta’ materjal informattiv dwar l-identifikazzjoni, iċ-ċiklu tal-ħajja u l-kontroll tal- bagħal taż-żunżan
, kif ukoll l-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ għan-naħħala. Permezz tal-AgriConnect ġie wkoll ikkomunikat disinn ta’ nassa li tista’ tinbena u tintuża lokalment. Din in-nassa ġiet addottata minn numru ta’ dawk li jrabbu n-naħal u ntużat bħala għodda biex titnaqqas il-pressjoni ta’ dan l-insett.
Il-Gvern introduċa wkoll skema ta’ għajnuna finanzjarja għal dawk irreġistrati li jrabbu n-naħal sabiex tikkumpensa parzjalment għat-telf finanzjarju u għall-ispejjeż addizzjonali marbuta mal-ħsara kkawżata mill-bagħal taż-żunżan, filwaqt li tappoġġa miżuri preventivi, inkluż ix-xiri u t-tqegħid ta’ nases.
Il-metodi ta’ trażżin huma bbażati prinċipalment fuq miżuri fiżiċi u preventivi. Dawn jinkludu l-użu ta’ nases adattati, partikolarment sabiex jinqabdu l-irġejjen fil-perjodu opportun, kif ukoll it-tneħħija professjonali tal-bejtiet. L-iskart organiku jew l-ikel għall-annimali espost, kif ukoll it-tmigħ tal-annimali f’postijiet pubbliċi, jistgħu jattiraw dan l-insett u jikkontribwixxu għall--preżenza u t-tixrid tiegħu.
Il-Ministeru qiegħed iżomm kuntatt kontinwu permezz tal-fora stabbiliti u permezz ta’ konsultazzjonijiet mar-rappreżentanti tas-settur tal-apikultura dwar l-impatt tal-bagħal taż-żunżan
u l-miżuri meħtieġa. Matul dawn id-diskussjonijiet ġie rikonoxxut li n-nases jibqgħu għodda utli biex titnaqqas il-pressjoni ta’ dan l-insett, pero’ mhux biżżejed.
Għalhekk, il-Ministeru qed ikompli jevalwa l-iżvilupp tas-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet tas-settur, filwaqt li qed jikkunsidra l-implimentazzjoni ta’ miżuri ulterjuri, inkluż il-kontroll tal-bejtiet ta’ dan l-insett fiż-żoni urbani, it-tnaqqis tal-fatturi li jiffavorixxu l-proliferazzjoni tiegħu, kif ukoll l-għoti ta’ appoġġ lin-naħħala biex isaħħu u jirkupraw il-kolonji tan-naħal.
L-esperjenza tas-snin riċenti tindika li l-miżuri meħuda għandhom jiġu kkumplimentati b’approċċ aktar mifrux u ikkoordinat li jindirizza wkoll il-preżenza tal-bagħal taż-żunżan f’żoni urbani u residenzjali.