Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — Grievance Boards
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8311 u tgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha? Tista' tgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Tista' tgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma tindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Tista' tgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — pożizzjonijiet tal-management – pakkett finanzjarju
Question
Tista’ l-Ministru tagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma’ kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tagħha? L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma’ Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Eleġibilità Għal Fondi Mill-Unjoni Ewropea – rapport dwar Għawdex
Question
Id-Dikjarazzjoni 36, annessa mat-Trattat ta' Sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea tgħid hekk:
"
in the event that Malta, as a whole, would no longer be eligible to certain measures of the regional policy, the report (by the Commission to the Council on the economic and social situation in Gozo, and in particular, on the disparities in the social and economic development levels between Gozo and Malta) would assess whether the specific economic situation of Gozo justifies a continued eligibility of Gozo to these measures, and under which conditions, during the reference period"
Fid-dawl ta’ din id-dikjarazzjoni unilaterali u b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6331, tista’ l-Ministru tgħidilna jekk saritx diġà t-talba għal rapport speċifiku dwar Għawdex lill-Kummissjoni Ewropea? Dan anke fid-dawl ta’ dikjarazzjonijiet tal-Gvern Malti fejn stqarr li mhux eskluża l-possibbiltà li għall-perjodu finanzjarju (baġitarju) tal-Unjoni Ewropea 2021-2027, Malta taf ma tibqax eleġibbli għall-istess ammont ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea daqs qabel, speċjalment minħabba l-Brexit.
Response (DALLI, HELENA)
Malta talbet li l-Kummissjoni Ewropea tirraporta lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta' Għawdex u b'mod speċjali dwar id-differenzi fil-livelli ta' żvilupp soċjali u ekonomiku bejn Għawdex u Malta. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istqarrija maħruġa mill-Gvern Malti fid-dsatax ta’ Frar 2019.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza – użu ta’ private jet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba għamlet użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2017, 2018 u 2019 m’għamilt l-ebda użu minn private jet.
Ġieli akkumpanjajt lill-Prim Ministru u dwar spejjeż nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-PQ 8433.
Jista’ l-Ministru jinvestiga l-kwalità ta’ xogħol, l-inkonvenjenza, il-ħsara u l-periklu li jeżisti fil-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (DALLI, HELENA)
L-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) m’għandha l-ebda poter tinvestiga allegazzjonijiet li jikkonċernaw il-kwalita tax-xogħol, inkonvenjenzi u ħsara li setgħet saret fi propjeta ta’ terzi.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8555 u 8696 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtha li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li fis-servizz pubbliku kollhu fil-preżent hemm 5,445 mara f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-grad ta’ Principal jew 'il fuq. Fl-2008 kien hemm 4,900. Fit-top management tas-servizz pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, waqt li llum hemm 426 mara, fl-2008 kien hemm 195.
It-total ta’ nisa li huma f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-grad ta’ Prinċipal jew ‘il fuq taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza huwa ta’ mija u disa’ u tmenin (189) filwaqt li t-total ta’ rġiel f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċizjonijiet fil-grad ta’ Prinċipal jew ‘il fuq huwa ta’ mija u tmienja u sebgħin (178). Dan jammonta għal 51% perċentaġġ ta’ nisa u 49% perċentaġġ ta’ rġiel.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza – Grievances Boards
Question
Tista' l-Ministru tgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha? Tista' tgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Tista' tgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma tindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Tista' tgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8555 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtha li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza — attendenza għal festini/riċevimenti/ikliet/parties
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk kinitx mistidna, u jekk iva, jekk attenditx u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f’kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta’ xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta’ Diċembru 2018? Tista' tgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta’ Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta’ kull entità li taqa’ taħtha?
Response (DALLI, HELENA)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kontenut ta’ din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-Interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċioe li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn’xi membru tal-ġudikatura’) u wkoll peress illi tirrelata għall-kondotta ta’ persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalgou Soċjali - attendenza għal festini/riċevimenti/ikliet/parties
Question
Tista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali tgħid jekk kinx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f’kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta’ xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta’ Diċembru 2018? Tista' tgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta’ Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta’ kull entità li taqa’ taħtha?
Response (DALLI, HELENA)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kontenut ta’ din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-Interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoe li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn’xi membru tal-ġudikatura’) u wkoll peress illi tirrelata għall-kondotta ta’ persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8370 li saret fil-15 ta’ Jannar 2019 dwar applikazzjonijiet għall-fondi li damu ma ġew trattati?
Response (DALLI, HELENA)
Il-proċess tal-għażla huwa wieħed metikoluż kif jitolbu r-regolamenti Ewropej. Għalhekk il-proċess jista’ itawwal minħabba diversi raġunijiet fosthom in-numru ta’ applikazzjonijiet għall-proġetti sottomessi, il-kwalita’ tal-applikazzjoni u l-kjarifikazzjonijiet li jkunu iridu jiġu ndirizzati mill-applikanti. Il-proċess tal-evalwazzjoni jiddependi ukoll kemm il-proġett propost jindirizza l-għanijiet tas-sejħa u l-obbligazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea.
Il-Gvern daħħal ukoll pakkett finanzjarju aktar attraenti għall-ħaddiema li jaħdmu fl-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni biex b’hekk ikunu aktar kompetitivi fl-isfond tas-sitwazzjoni pożittiva fil-qasam tal-impjiegi li għandna f’pajjiżna.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8373 li saret fil-15 ta’ Jannar 2019 dwar fondi dovuti lis-sajjieda?
Response (DALLI, HELENA)
Fil-Programm Operattiv tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u Sajd (FEMS) 2014 - 2020 hemm il fuq minn € 25-il miljun allokati. Dawn il-fondi kienu u għadhom mistennija li jkunu mpenjati skont il-miżuri li hemm adottati fil-Programm. Għalhekk ma sar l-ebda tibdil t’allokazzjoni tal-fondi mmirati għas-sajjieda għal prijoritajiet oħra.
Apparti madwar €1 miljun allokati f’miżuri diretti għas-sajjieda (Artiklu 33, Artiklu 41.1, Artiklu 41.2 u Artiklu 30 tar-Regolament tal-UE (No 508/2014), hemm madwar €24 miljun ewro għall-proġetti fosthom il-proġetti tal-Breakwater tal-Qrejten, l-immodernizzar ta’ facilitajiet ghas-sajjieda fil-portijiet tal-Mgarr u x-Xlendi, taħriġ pprovdut għas-sajjieda mid-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura u proġetti simili oħra bhal ta’ titjib f’skali.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8372 li saret fil-15 ta’ Jannar 2019 dwar fondi dovuti lill-bdiewa u raħħala?
Response (DALLI, HELENA)
Il-fondi li ntużaw għat-toroq kienu flus allokati apposta mill-bidu tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali 2014 2020. Dawn l-interventi f’toroq rurali kienu mitluba mill-bdiewa stess sabiex jtejbu l-aċċess għall-egħlieqi u rziezet tagħhom u b’hekk itejbu il-kompetivita’.
Sal-lum minn dan il-Programm ġew kommessi €79 miljun għall-benefiċċju tal-bdiewa u r-raħħala li minnhom ser jibbenefikaw il fuq minn 5,500 ruħ.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw fondi lis-settur tal-volontarjat is-sena l-oħra biex isiru proġetti? Xi proġetti twettqu mill-flus mogħtija u lil min ingħataw dawn il-fondi?
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtha li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanzi — Assistenti Parlamentari
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013? Tista’ tgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma’ tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda Assistent Parlamentari taħt dan il-Ministeru bejn l-2008 u l-2013.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza — paġni, profili u gruppi fuq Facebook
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha? Tista' tagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u tindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — nefqa fuq reklamar fuq Facebook
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7526 waqt is-seduta ta' nhar is-27 ta' Novembru 2018, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn iżjed xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 7526.
Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet ir-raġuni li wasslet sabiex kien hemm applikazzjonijiet għall-fondi li damu mas-sena u nofs u anke għal sentejn, sakemm ġew trattati?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.