Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16353, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. interpellant sabiex jagħmel referenza għat-tweġiba għall mistoqsija Parlamentari numru 16353.

Madrid – Ambaxxata — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Madrid tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-ħidma u inizjattivi li ttieħdu minn l-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Madrid tul dawn l-aħħar 12 il-xahar.

Maltin li jgħixu l-Ingilterra miċħuda milli jingħataw passaport Malti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li meta persuni Maltin li jgħixu l-Ingilterra u li għandhom dritt għall-dual citizenship, marru fil-High Commission ta’ Londra jitolbu għat-tiġdid ta’ passaport Malti, dawn il-persuni ġew miċħuda milli jingħataw passaport Malti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament, il-Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Londra tinsab topera fil-kapaċità kollha tagħha u qed toffri s-servizzi kollha essenzjali. Fil-perjodu ta’ lockdown nazzjonali msejjaħ mill-Gvern tar-Renju Unit, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Londra kienet qed tipprovdi servizzi ridotti lil persuni li avviċinaw il-Kummissjoni Għolja għat-tiġdid ta’ passaporti li kellhom dokument alternattiv validu għall-ivvjaġġar, bħal fil-każ ta’ ċittadinanza doppja (dual citizenship). Fil-fatt, dawn kienu qed jiġu mħeġġa jagħtu spazju lil persuni li kellhom passaport Malti skadut bħala l-uniku dokument tal- ivvjaġġar. B’dan il-mod, dawn il-persuni setgħu japplikaw għat-tiġdid tal-passport Malti tagħhom, kif ukoll kellhom l-opportunità li japplikaw għall-iskema ta’ ssetiljar tal-Unjoni Ewropea kif maħruġa mir-Renju Unit, liema skema kienet teżiġi dokument ta’ identifikazzjoni validu. Dan il-perjodu kien jestendi minn tmiem Diċembru 2020 sal-aħħar ta’ Ġunju 2021. Tajjeb wieħed jinnota li Illum, jekk persuna tiġi bżonn iġġedded il-passaport, tista’ tagħmel dan, irrispettivament jekk għandhiex ċittadinanza doppja (dual citizenship) jew le.

Berlin – Ambaxxata — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Berlin tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Berlin tul dawn l-aħħar 12-il xahar. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul dawn l-aħħar 12-il xahar, l-Ambaxxata Maltija f’Berlin kompliet bil-ħidma tagħha, li naturalment ħafna minnha ġiet affettwata mil-imxija tal-COVID-19. Fil-Ġermanja kien hemm lockdown bejn Novembru 2020 u Mejju 2021. Matul dawn ix-xhur, skont direttivi federali u dawk tas-Senat ta’ Berlin, l-operazzjonijiet mill-ambaxxata kienu ristretti għal każijiet urġenti u għal emerġenzi. Għal żewġ perjodi matul il- lockdown , konformi mad-direttivi tal-awtoritajiet f’Berlin, il-ħaddiema tal-Ambaxxata kienu qed jaħdmu mid-dar.

Moska – Ambaxxata — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Moska tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien ikun ferm aktar apprezzat mid-diplomatiċi Maltin f’Moska li kieku wera interess fl-istat tagħhom waqt din il-pandemija tal-COVID-19. Id-diplomatiċi tagħna ilhom għal sentejn ma jistawx jinżlu Malta minħabba l-pandemija. Ir-Russja għadejja minn perjodu diffiċli ħafna pero’ d-diplomatiċi tagħna baqgħu hemm u kienu strumentali biex offrew għajnuna lil diversi ċittadini Maltin. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Moska tul dawn l-aħħar 12-il xahar.

Il-Ġappun – Ambaxxata — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna fil-Ġappun tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Intrepellant li qed inpoġġi fuq Mejda tal-.Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna fil-Ġappun tul dawn l-aħħar 12-il xahar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – Permanent Secretary – covering letter għal position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-covering letter maħruġa mill-Permanent Secretary għal kull position of trust fil-Ministeru tiegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. interpellant sabiex jagħmel referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22956.

Teknoloġija moderna u sigurtà fl-ambaxxati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet senjatament fit-teknoloġija moderna u fis-sigurtà saru fl-ambaxxati ta’ pajjiżna tul is-sena li għaddiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-pandemija ta’ Covid 19, fis-sena 2020, proġetti relatati mas-sigurtà kienu limitati meta mqabbel mas-snin preċedenti. Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej, investa u implimenta diversi sistemi li minnhom ibbenefikaw kemm il-Ministeru f’Malta kif ukoll l-Ambaxxati li għandna imferrxin madwar id-dinja. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma li sarret mill-Uffiċċju tal-Immaniġjar tad-data f’ambaxxati dawn l-aħħar 12-il xahar.

Dublim – Ambaxxata — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Dublin tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma li saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Dublin tul dawn l-aħħar 12-il xahar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pariġi – Ambaxxata — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Pariġi tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minkejja r-restrizzjonijiet li l-imxija tal-Covid-19 ġabet magħha fil-ħajja ta’ kuljum fi Franza, l-Ambaxxata ta’ Malta f’Pariġi xorta wettqet xogħol fejjiedi fejn setgħet bi preżenza u laqghat fiżika u fejn ma setgħetx permezz ta’ laqgħat u diskussjonijiet virtwali. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal–Kamra l-ħidma li saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Parigi tul dawn l-aħħar 12-il xahar.

Posting Order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala fl-aħħar Posting Order No: 2/2021 (MFA/1537/68/VII) ħarġet numru ta’ punti barra mill-ordinarju u ċjoè li fost l-oħrajn hija mimlija b’postings ta’ persuni li mhumiex membri fil-korp diplomatiku b’tibdil fil-kondizzjonijiet tal-impieg u kif numru ta’ membri tal-Korp li tħaltilhom il-grad tagħhom fejn mhuwiex preċiż, x’inhija l-pożizzjoni u d-dħul rispettiv tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill Onor. Interpellant li għall-mistoqsija tiegħu jeħtieġ li jiġi ċċarat illi l-Posting Order Nru. 2/2021 ma għandha l-ebda punt li huwa barra mill-ordinarju. Irid jintqal, li wara ż-żieda tal-Affarijiet Ewropej mal-portafoll ta’ dan il-Ministeru, ir-Rappreżentanza Permanenti għall-Unjoni Ewropea (PREU) reġgħet lura taħt il-mandat ta’ dan il-Ministeru. L-istazzjonar ta' diplomatiċi mhux tal-karriera, jinstab partikolarment f'din il-missjoni speċjali, li tirrekluta ħafna mill-uffiċjali tagħha (ħafna minnhom ikunu esperti tekniċi) permezz ta' sejħiet esterni, u mhux permezz tas-sejħa għal-Second Secretaries fil-Korp Diplomatiku. Dawn ikunu sejħiet li jaqgħu taħt l-iskrutinju tal-Kumissjoni għas-Servizz Pubbliku. Għaldaqstant, ma hemm l-ebda tibdil fil-kundizzjonijiet tal-impjieg dwar il-postings. Dan il-metodu huwa speċifiku għall-PREU li għandha bżonnijiet uniċi, fost il-missjonijiet ta’ Malta barra minn xtutna. Irid jingħad ukoll, illi l-Korp Diplomatiku Malti mhux kbir biżżejjed biex jilqa’ għad-domanda tal-missjonijiet tagħna barra minn xtutna, kif ukoll il-bżonnijiet tal-Ministeru. Għalkemm minn żmien għal żmien jinħarġu sejħiet għal Second Secretaries, il-ħtieġa għal dawn l-uffiċjali qed tirriżulta li tkun iżjed min-numru tal-uffiċjali li jkunu reklutati.

Budget – fondi għal Kapital

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ġew minfuqa l-fondi għall-kapital kif provdut fil-Budget tas-sena li għaddiet u fuq liema proġetti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fondi għall-kapital kif ipprovdut fil-Budget tas-sena li għaddiet u kif intefqu jinsabu hawn taħt: Infiq mill-vot Kapitali 7600: Xogħol ta’ rinovar fl-Ambaxxati (għamara u tagħmir tas-sigurta’) €157,848 Xiri ta’ karozzi għall-Ambaxxati - €131,240 Pagament fuq is-self tar-residenza f’Londra - €81,892 Spejjez professjonali residenza fl-Londra - €64,559 Xogħol ta’rinovar fil-kantina ta’ Palazzo Parisio - €349,037 Xiri ta’ għamara u tagħmir €78,264 Xogħol ta’rinovar fl-uffiċini ta’ Triq Melita - €34,838 Xogħol ta’rinovar fl-uffiċini Triq Zakkarija - €1,059 Xogħol ta’rinovar fl-uffiċini tal-Allied House -€2,452 Installazzjoni ta’ sistema tas-sigurta’ - €3,733 Total €904,922 Infiq mill-vot Kapitali 7836 – Fondi Strutturali: Xogħol ta’ rinovar fl-Ambaxxati - €565,150

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — nefqa rikorrenti vutati għal pagi ta' persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tiegħu ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tiegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ruma – Ambaxxata — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Ruma tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-ħidma li saret mill-Ambaxxatta ta’pajjizina f’Ruma tul dawn l-aħħar 12-il xahar.

Unjoni Ewropea – infringement proceedings

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22075, jista’ l-Ministru jipprovdi b’mod preċiż link fejn wieħed jista’ jsib it-tagħrif li qed fil-public domain li għalih għamel referenza? Jista’ jgħid jekk mill-2017 Malta fattwalment kellhiex tħallas xi forma ta’ penali, irrispettivament tal-mod kif deskritt, lill-UE minħabba nuqqas ta’ traspożizzjoni f’waqtu ta’ xi direttiva tal-UE, u jekk iva, kemm kienu dawn il-penali, każ b’każ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni rikjesta hija aċċessibli minn:https://ec.europa.eu/atwork/applying-eu-law/infringements-proceedings/infringement_decisions/?lang_code=en>. Rigward il-multi, ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta ma ħallsitx penali minħabba nuqqas ta’ traspożizzjoni fil-ħin.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Persons of trust

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22151, peress li l-mistoqsija parlamentari ma tirreferix għall-Ministru nnifsu iżda għall-Ministeru tiegħu jew l-ekwivalenti, f’dan il-każ il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn f’pagi u benefiċċji?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22473.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Safar fuq xogħol tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza; b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali; c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu/tagħha; d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Vaċċin kontra l-COVID-19 għall-Irwanda

Question

Jista' l-Ministru jispjega għala s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru fit-13 ta' Ottubru 2021 ħabbar li Malta ser tibgħat 135,000 vaċċin kontra l-COVID-19 lill-Irwanda meta fi tweġiba li ta fis-seduta tas-6 ta' Ottubru 2021 għall-mistoqsija parlamentari 22268, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa ma għamel l-ebda referenza għal din l-għotja imma qal li qed issir ħidma biex jingħataw 30,000 vaċċin lil Eġittu? Għaliex intgħażlet l-Irwanda għal din l-għotja? Għandu assigurazzjoni l-Gvern Malti illi dawn il-vaċċini ser jintużaw mingħajr distinzjoni ta' razza, reliġjon, appartenenza politika jew tribali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirringrazzja lill-Onor. Interpellant tad-domanda tiegħu. Waħda mir-realtajiet li ħarġet fil-pandemija COVID-19 hi d-differenza kbira li teżisti fid-dinja f’dak li jirrigwardja l-aċċessibita’ għall-vaċċin. Għandek pajjiżi prinċipalment fuq in-naħa tal-Punent Majjistru fejn l-aċċess għall-vaċċin huwa miftuħ u hemm disponibilta’ għal kulħadd, filwaqt li f’partijiet oħra tad-dinja dan għadu mhuwiex il-każ, anzi bil-maqlub, il-vaċċini disponibbli huma ftit ħafna. Malta mhux talli ħasbet li jkollha tilqimiet biżżejjed għall-popolazzjoni li tgħix f’artha, talli qiegħda wkoll f’qagħda li bil-fatti tgħin u turi s-solidarjeta’ tagħha ma’ pajjiżi oħra. Dan hu li jiddistingwina bħala poplu li kien għaqli ferm biex iħaddem il-mekkaniżmu tal-akkwist fi ħdan l-Unjoni Ewropeja u qed juri ruħu bħala promotur tal-idea li ħadd ma jkun sikur mill-pandemija sakemm kulħadd ikun sikur, permezz tat-tilqima. F'dawn l-aħħar xhur nedejna kampanja ta’ għotja ta’ għexieren ta' eluf ta' dożi ta' vaċċin lil pajjiżi li kienu qed jitħabtu biex jiksbu tilqimiet minn pajjiżi oħrajn. S’issa, din il-kampanja kienet tinvolvi donazzjonijiet minn Malta għal-Libja, l-Eġittu u r-Rwanda b’donazzjonijiet addizzjonali mistennija jiġu ffinalizzati fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. Dan stajna nagħmluh b’kordinament mad-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, li poġġa dawn il-vaċċini għad-dispożizzjoni ta’ pajjiżi oħra. Nistgħu ngħidu li dawn id-donazzjonijiet jinvolvu ħafna xogħol u l-affjatament bejn il-Ministeri konċernati tgħin ħafna. Tajjeb li l-Onor. Interpellant ikun mgħarraf li l-azzjoni tal-Gvern Malti hija parti minn sforz Ewropew sabiex jingħataw kemm jista’ jkun vaċċini lil pajjiżi hekk imsejħa “esterni” jew mhux Ewropej. Aħna fil-fatt nikkordinaw dan ix-xogħol mal-kollegi ġewwa Brussell u jkollna rifużjoni ta’ 75% tal-ispejjeż tat-trasport mill-Unjoni Ewropeja. Dan huwa possibbli grazzi għall-EU Civil Protection Mechanism. Dan il-mekkaniżmu jinkludi fih lista ta’ pajjiżi li jkunu esprimew ix-xewqa li jiġu mgħejuna u l-pajjiżi Ewropej jaqblu bejniethom kif ser jitqassmu l-vaċċini disponibbli. Nixtieq nikkonkludi billi nassigura lill-Onor. Interpellant li rċevejna assigurazzjoni bil-miktub minn sħabna Rwandizi li kull doża li ġiet mogħtija b’donazzjoni sejra tintuża u kien għalhekk li l-Unjoni Ewropeja aċċettat li tħallas lura 75% tat-trasportazzjoni. Fil-ġimgħat li ġejjin, sejrin inkomplu b’din il-kampanja u ċert li l-uffiċjali fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej, fil-Ministeru tas-Saħħa kif ukoll fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili ser ikomplu jaħdmu id f’id biex Malta tkun tista’ tagħmel id-differenza, minkejja ċ-ċokon tagħna, f’din it-tellieqa ta’ solidarjeta’ sabiex kull persuna tkun tista tirċievi l-vaccin kontra l-COVID 19.

Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda – voti proposti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhu ppjanat li jintefaq l-ammont ta' €400,000 li qed jiġi propost li jiġi vvutat għall-kandidatura għal siġġu fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda (Vot 5068)?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-ammont ta' €400,000 li qed jiġi propost li jiġi vvutat għall-kandidatura għal siġġu fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda (Vot 5068) se jintuża mhux biss biex nassiguraw li Malta tiġi eletta bl-aktar voti possibbli, fl-elezzjoni għal siġġu mhux permanenti fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda li se ssir f’Ġunju tal-2022, imma se jikkonsisti fi preparazzjoni dettaljata, mifruxa fuq setturi diversi, sabiex nirrapreżentaw lil pajjiżna bl-a]jar mod possibbli fil-kontribuzzjoni tagħna għall-Aġenda tan-Nazzjonijiet Magħquda. Il-vot se jintuża biex: (i) Jiġu promossi l-kisbiet ta’ Malta fis-setturi differenti li jaqgħu taħt ix-xogħol tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda (eżempju: pubblikazzjoni ta' kotba u eżebizzjonijiet); (ii) L-approfondiment u l-istabbiliment ta' aktar kuntatti ma' Stati Membri oħra tan-Nazzjonijiet Magħquda sabiex tiġi ssensibilizzata l-pożizzjoni Maltija (eżempju: xiri ta’ materjal tal-kampanja, avvenimenti ta’ 'networking’ u possibilment żjarat ta' studju f'Malta); (iii) Taħriġ għal Uffiċjali fil-Ministeru u dawk li qegħdin barra minn Malta; kif ukoll tittejjeb l-infrastruttura tat-teknoloġija tal-informatika, u t-twassil tal-messaġġ lill-midja.