Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18552 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma li Jobsplus hija konxja li l-obbligu legali fuq min iħaddem u li joħroġ mill-Employment Relations Act huwa li l-employer ma jistax inaqqas xejn mill-paga dovuta lil ħaddiem/impjegat?
Response (ABELA, CARMELO)
Qabel xejn tajjeb li nirrimarka minħabba li fil-mistoqsija qed tissemma l-Jobsplus, li din mhux l-aġenzija responsabbli. Il-liġi tax-xogħol tpoġġi lid-DIER bħala d-dipartiment responsabbli. Għalhekk kien ikun xieraq li wara li din il-mistoqsija ġiet riferuta lill-Ministru konċernat, issir il-bidla anke fil-mistoqsija. Biss minħabba li s-suġġett huwa marbut ma’ kundizzjonijiet tal-ħaddiema, qed nagħti tweġiba kif ġej.
Artikolu 15 tal-Att Dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali jistipula li l-prinċipal ma’ għandu jagħmel ebda tnaqqis mil-paga ħlief meta jkun esspressament permess mid-dispożizzjonijiet tal-Att jew meħtieġ b’xi liġi oħra jew meta ordnat minn xi qorti kompetenti jew permezz ta’ ftehim li jkun sar bejn il-prinċipal u trade union li jirrapreżentaw lil impjegati.
Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg, permezz tal-operat tiegħu, jagħmel ħiltu biex jassigura li dawn il-provedimenti fil-liġi mhux qed jiġu miksura.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18639 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid, kemm ġew ippreżentati każijiet quddiem it-Tribunal Industrijali, sena b’sena mill-2013 sal-lum? Kif kienu maqsumin?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18640 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li hemm 286 każijiet pendenti.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Karozzi mixtrija/mikrija
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bid-ditta u mudell tal-karozza/i ministerjali li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu, inkluż tas-segretarju parlamentari fejn hu l-każ, jekk hux mixtrija jew mikrija, u jgħid kemm swiet biex inxtrat jew kemm qiegħda tinkera jekk mikrija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mudell tal-karozza ministerjali huwa BMW 530E iPerformance li hija mikrija b’€ 34,94 kuljum (VAT eskluża).
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18548 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’inhi l-paga medja ta’ impjegat ta’ food delivery platform bħal dawn li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent qed isiru diskussjonijiet mall-operaturi kollha fis-settur u l-informazzjoni mitluba tingħata aktar ‘il quddiem.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18549 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk Jobsplus għandhiex rapporti li food couriers barranin impjegati ma’ ditti bħal dawn li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament jaħdmu medja ta’ 70 jew 80 siegħa kull ġimgħa?
Response (ABELA, CARMELO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal mistoqsija parlamentari numru 20151.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18550 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk Jobsplus għandhiex rapporti li food couriers barranin impjegati ma’ ditti bħal dawn li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ma jieħdux vacation u sick leave u bonus tal-Gvern minn min iħaddimhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal mistoqsija parlamentari numru 20151.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18579 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il tilwima industrijali ġiet reġistrata u minn min, għal kull sena, mill-2013 sal-lum sena b’sena? Jista’ jgħid kull tilwima meta ngħalqet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li meta tinqala tilwima industrijali, id-Dipartiment jintervjeni billi jsejjaħ laqgħa ta’ konċiljazzjoni bejn il-partijiet bil-għan li tinsab soluzzjoni sodisfaċenti, kemm għall-intrapri¿a partikolari kif ukoll għall-union involuta.
Numru ta’ Laqgħat ta’ Konċilazzjoni li fihom daħal id-DIER:
2013 – 57
2014 – 37
2015 – 37
Jannar 2016 – Mejju 2017 – 50
Ġunju 2017 – Diċembru 2017 – 8
2018 – 35
2019 – 40
2020 – 64
2021 (April) - 14
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18554 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta’ temporary agencies liċenzjati f’Malta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li ir-Regolamenti tal-2010, temporary agencies m’hemmx obbligu ta’ reġistrazzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18553 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma li Jobsplus hija konxja li skont kif joħroġ mit-Temporary Agency Workers Regulations huwa illegali li temporary agency titlob ħlas mill-paga dovuta lil temporary agency worker
Response (ABELA, CARMELO)
Skont l-artiklu numru 7 (1) u 7 (2) fit- Temporary Agency Workers Regulations l-ebda ħlas m’ għandu jiġi mitlub jew mnaqqas mill-paga. Saħanistra jekk isir nuqqas mill-paga ikun hemm kontravenzjoni. Jekk isseħħ ċirkostanza hekk, id-Dipartiment għandu l-abbiltà sabiex jinvestiga iktar il-ka¿ijiet kemm fuq ba¿i anonima u kemm fuq ba¿i personali fuq livell individwali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18543 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jew ġentilment jispjega b’liema mod konkret, u minn min, jiġi investigat u miġġieled il-prekarjat f’Malta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-prekarjat jiġi investigat u miġġieled mid-DIER. Hija s-sezzjoni tal-Infurzar fi ħdan l-istess Dipartiment li tinvestiga allegati ksur fil-liġi tax-xogħol. Infakkar li xi snin ilu saret leġislazzjoni speċifika biex jiġi ndirizzat xogħol prekarju. Barra minn dan, ħaddiema ta’ kuntratturi privati li jkunu qed jipprovdu servizz lil xi dipatiment tal-Gvern jew entitajiet pubbliċi, jridu jħallsu lill-impjegati tagħhom salarju daqs dak tal-ħaddiema tal-Gvern. Infakkar ukoll li f’April 2017 kien intlaħaq ftehim dwar żidiet fil-paga minima nazzjonali biex b’hekk ħaddiem jonqoslu ż-żmien li jkun fuq il-paga minima.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18542 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi konkreti ħadet il-Jobsplus biex tiġġieled il-prekarjat fl-2020?
Response (ABELA, CARMELO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 20070.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18544 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħaddiema nstabu jaħdmu fil-prekarjat fl-2020? X’passi ttieħdu?
Response (ABELA, CARMELO)
It-termini ta’ xogħol prekarju huwa termini li jintuża biex jiġu deskritti impjiegi atipiċi li jkollom paga baxxa, xogħol mhux sikur u mhux prottet, u fejn normalment il-ħaddiema ma jkunux f’unjin. L-Organizzazjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) u l-Eurofound jiddeskrivu xogħol prekarju bħala xogħol li jkollu paga baxxa, b’nuqqas ta protezzjoni għar-rigward ta’ tkeċċija , nuqqas ta’ aċċess għal protezzjoni soċjali u benefiċċju soċjali u b’nuqqa ta’ possibilità li l-ħaddiema jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom li tagħtihom il-liġi fuq il-post tax-xogħol.
Bħala parti mil-miżuri biex jindirizza il-prekarjat, id-Dipartiment iniedi investigazzjonijiet speċjalment f’setturi fejn il-probabilta ta’ xogħol prekarju huwa akbar bħal fis-settur tal-kostruzzjoni, ħaddiema li jaħdmu mal-kuntratturi, ħaddiema domestiċi, ħaddiema li jaħdmu fis-settur tat-turiżmu u fis-settur tad-dgħajjes għat-traġġiet tat-turisti u ħaddiema li jaħdmu fit-trasport tal-ikel.
Delivery Platforms – kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18546 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Jobsplus jirriżultalhiex abbużi fil-kundizzjonijiet ta’ xogħol tal-ħaddiema barranin impjegati fid-delivery platforms? Jekk iva. jistax jindika kemm huwa stmat li hemm każi ta’ tali abbużi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-kumpaniji li jaħdmu permezz ta’ delivery platforms preżentement qegħdin jiġu investigati mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi. Għaldaqstant id-Dipartiment mhuwiex f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19759 u jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħti għandhom jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – impjegati li mardu bil-COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19760 u jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li kull impjegat li ħareġ pożittiv għall-COVID-19 mar fi kwarantina. Attwalment m’hemm ebda persuna li tinsab fi kwarantina.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — state aid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika entita` li bħas-snin passati tirċieva għajnuna biex parzjalment issostni n-nefqa minħabba l-obbligi pubbliċi tagħha, hija l-Public Broadcasting Services (PBS). Dan isir wara li jsiru l-verifiċi meħtieġa mall-SAMB.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – miżuri minħabba l-COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19757 u jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?
Response (ABELA, CARMELO)
Nassigura lill-Onor. Interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, skont id-direzzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu ta’ infezzjoni jitnaqqas.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19758 u jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini jiġu sanatizzati kull darba li jkun hemm ħtieġa. Ingħatat direct order waħda minħabba l-urġenza tal-każ.