Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #13680 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — skema tal-bdil tal-gallariji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-maġġor parti tal-familji li daħlu fl-iskema tal-bdil tal-gallariji ta' l-injam mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qabel l-elezzjoni ġenerali għadhom ma tħallsux minkejja li għaddew aktar minn sentejn? Jista' jgħid meta se jintbagħtu l-ħlasijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13694 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Interim From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kappara — Chiswick School - takeover tal-ġnien

Question

Jista' l-Prim Ministru jara kif l-Iskola Chiswick fil-Kappara ħadet over il-ġnien li hemm fil-Kappara stess, bil-mijiet tat-tfal li għandha, u saħansitra anke tpoġġew signs mill-iskola stess ġol-ġnien? Donnu sar takeover tal-ġnien mill-iskola, u dan a skapitu tar-residenti.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13755 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali Pembroke — investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-investigazjonijiet fil-Kunsill Lokali ta' Pembroke intemmux, u jekk dawn kellhomx xi eżitu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mid-dokumenti li ntbgħatu mill-Kunsill Lokali Pembroke irriżulta illi l-Kunsill naqas li jagħmel l-Iskeda tal-aġġudikazzjoni teknika u dan peresss li ż-żewġ offerenti ingħataw punti massimi. Id-Dipartiment ma sabx li kien hemm lok li tali irregolarità tannula l-proċess, iżda l-Kunsill ġie mwissi biex ’il quddiem isegwu l-proċedura kollha skrupolożament.
Leg 11 PQ #13781 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Income minn speed camera f'Imrieħel Bypass

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' kontravenzjonijiet li ngħataw u l-income li daħħlu mill-ispeed camera li hemm fl-Imrieħel Bypass minn meta twaħħlet sal-lum? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ammonti marru biex jiffinanzjaw il-proġett ta' Footway Bridge li hemm propost fl-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi d-dħul mill-ispeed camera li hemm fl-Imrieħel Bypass minn meta twaħħlet sallum. Jien infurmat illi tlett snin ilu, l-Awtorità dwar it-Trasport għamlet applikazzjoni mal-MEPA biex jinbena footway bridge fl-inħawi. Ma jidhirx li qatt ġie diskuss mill-Kunsill kkonċernat (Ħal Qormi) li parti mid-dħul mill-i speed camera tal-Imrieħel Bypass jintuża għal dan l-iskop.
Leg 11 PQ #13829 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali matul is-sena 2009 mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Fejn kienet u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13886 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta' MIDI f'Tigne — rapport

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13570, 13323 u 13060 u ċioe: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9128, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13323.
Leg 11 PQ #13903 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ipparkjar ta' vetturi li jġorru materjal perikoluż

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12074 u jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tidentifikax żoni apposta fejn individwu (jew entità) ikun jista' jissottometti applikazzjoni sabiex jipparkja vetturi li normalment jintużaw sabiex iġorru materjal li jista' jkun perikoluż (bħalma hu l-fuel)? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid liema huma dawn iż-żoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma tiddentifikax żoni apposta fejn individwu (jew entità) ikun jista' jissottometti applikazzjoni sabiex jipparkja vetturi li normalment jintużaw sabiex iġorru materjal li jista' jkun perikoluż. Madanakollu jekk, individwu (jew entita') japplika sabiex art tiġi mibdula għal dan l-iskop, l-Awtorità tikkunsidra din l-applikazzjoni b'mod individwali, u tkun suġġetta għal studji ambjentali kif ukoll jintalab studju dwar kif ir-riskji jistgħu jiġu minimizzati.
Leg 11 PQ #13904 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijiet pendenti quddiem il-bordijiet tal-appell

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12330 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li bħalissa jinsabu pendenti quddiem il-Bordijiet tal-Appell? Jista' jgħid kemm minn dawn eżawrixxew il-proċess ta' l-appell u qegħdin sempliċiment jistennew id-deċizjoni/sentenza min-naħa tal-Bord tal-Appell? Jista' jagħti rendikont ta’ dawk l-appelli li qed jistennew deċizjoni/sentenza? Kemm-il xahar ilhom jistennew din id-deċizjoni/sentenza?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lil-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12330.
Leg 11 PQ #13908 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (inkluż dawk fi stadju ta’ rikonsiderazzjoni) li jirrigwardaw serer għal skop agrikolu? Jista' jagħti rendikont ta’ dawn l-applikazzjonijiet u jiddistingwi bejn dawk li qed jistennew l-ewwel deċiżjoni u dawk li jinsabu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni? Jista' jgħid xahar b’xahar kemm dawn l-applikazzjonijiet ilhom pendenti? Fil-każ ta’ dawk l-applikazzjonijiet li jinsabu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni, jista' jgħid meta ttieħdet l-ewwel deċiżjoni u allura kemm ilhom jistennew għar-rikonsiderazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12015 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — segretarju eżekuttivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li m'għandhomx segretarju eżekuttiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent hemm sitt (6) Kunsilli li għandhom Deputat jew Aġent Segretarju Eżekuttiv. Dawn huma: Bormla, Fontana, Għajnsielem, ta’ Kerċem, Safi u Mtarfa. Inbeda l-proċess f’dawn il-Kunsilli sabiex qabel tidħol fis-seħħ l-emenda fil-liġi li tali kariga timtela minn uffiċjali pubbliċi li jkunu f’ pool ta’ Segretarji Eżekuttivi wara li jkunu segwew kors apposta, dawn il-postijiet vakanti jimtlew bil-proċedura li kien hemm fil-liġi qabel ġiet emendata. Fir-rigward tal-Kunsill Lokali ta’ Bormla, jidher li hemm xi diffikultajiet fil-konkulżjoni ta’ dan il-proċess peress li qed jirriżulta li l-kunsill lokali ma mexiex mal-proċedura stabbilità bil-liġi.
Leg 11 PQ #12021 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li qed jiġu investigati mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali dwar xi abbuż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment jirċievi diversi rapporti dwar allegati abbużi. Tali allegazzjonijiet ivarjaw minn allegati ksur tal-kodiċi ta’ etika sa allegati irregolaritajiet aktar serji, bħalma huma allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet finanzjarji, dwar offerti jew ta’ natura kriminali. Fil-każ ta’ l-aħħar meta d-Dipartiment ikun sodisfatt li hawn raġunijiet validi għal investigazzjonijiet mill-pulizija dan jgħaddi l-każ lilhom. Il-każijiet li preżentament qed jiġu mistħarrġa (u ċioé li huma pendenti) mid-Dipartiment huma: - Allegazzjonijiet illi l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa qed jinkludi pagamenti ġodda fil-listi ta’ pagamenti li diġà ġew approvati; - moniteraġġ tal-Kunsill Lokali Mosta wara li nħariġlu Avviż Formali f’Mejju 2009; - Rapport illi l-Kunsill Lokali tal-Mosta ħareġ sejħa għall-offerti għal servizz ta’ perit li fiha nklużi kundizzjonijiet li jistgħu jkunu diskriminatorji; - ilment mill- General Retailers’ and Traders’ Union dwar kif ingħata t- tender dwar il-ġbir tal-iskart fil-Kunsill Lokali ta’ Pembroke; u - ilment mill- General Retailers’ and Traders’ Union dwar kif ingħata l-kuntratt dwar servizz ta’ emerġenza għall-ġbir tal-iskart fil-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan. - allegazzjoni dwar aġir arbitrarju mis-Sindku taż-Żebbuġ (Għawdex) li jagħti ordnijiet mingħajr l-approvazzjoni tal-Kunsill; - allegazzjoni li Kunsill Lokali taż-Żebbuġ (Għawdex) ta’ xogħol b’mod dirett lil persuna partikulari; - Ilment mill- General Retailers’ and Traders’ Union li l-Kunsill Lokali taż-Żurrieq ser iħaddem opeatur għall-ġbir tal-iskart meta dan mhux attrezzat biex jagħmel dan ix-xogħol; - Rapport dwar il-metodu tal-għażla tas-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ Bormla Il-lista ma tinkludix każijiet li wara stħarriġ mid-Dipartiment għaddew lill-awtoritajiet kompetenti (bħal Pulizija, Awditur Ġenerali, Direttur Ġenerali tal-VAT) u ma tinkludix ukoll każijiet fejn minkejja li kien sar rapport, il-każ ikun wieħed li jeħtieġ kjarifika u mhux investigazzjoni.
Leg 11 PQ #12030 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — abbużi

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-investigazzjonijiet li saru fuq abbużi li għamlu xi kunsilli lokali? Liema huma dawn il-kunsilli lokali ? X'kienu l-allegazzjonijiet ta'abbużi ? X'passi ttieħdu mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-investigazzjonijiet li għamel id-Dipartiment għall-Gvern Lokali.
Leg 11 PQ #12071 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environmental Initiatives Partnership Programme — fondi miġbura

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn marru l-flus mill-fondi li nġabru sal-31 ta' Lulju 2009 mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-Environmental Initiatives Partnership Programme li kien jammonta għall-€2,952.901? B'liema mod il-lokalitajiet ta' pajjiżna bbenefikaw minn dan il-fond ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-fondi li nġabru sal-31 ta' Lulju 2009 mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-Environmental Initiatives Partnership Programme intużaw €897,764.32. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji ta' kif intuża dan l-ammont.
Leg 11 PQ #12072 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Commuted Parking Payment Scheme — flus miġbura

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10545, jista' l-Prim Ministru jgħid fejn marru l-flus li daħlet u ċioe li nġabru mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-Commuted Parking Payment Scheme? B'liema mod ibbenefikaw il-kunsilli lokali ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-flus li nġabru mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-Commuted Parking Payment Scheme sat-30 ta' Settembru 2009 jammontaw għal €11,135,895. Dawn ġew allokati hekk kif ġej: € Kontribuzzjonijiet miġbura minn applikanti 11,135,895 Interessi miġbura 1,521,231 Dħul ieħor 2,329 Tariffi bankarji (718) Tariffi amministrattivi (1,686,915) Inizjattivi u proġetti (941,077) Self għax-xiri ta' Hexagon House (3,094,000) Bilanċ 6,936,746 L-Inizjattivi u proġetti huma hekk kif ġej: Spiża € Proġett tal-Park and Ride 688,612.28 Reklami 2,156.37 Servizz tal-linja b'xejn Milied 2007 128,115.54 Spejjeż oħra 69.88 Studju 4,810.16 Survey 1,276.73 Xogħolijiet fil-Mosta 74,539.94 Xogħolijiet f'Pender Place 11,646.87 Xogħolijiet f'San Giljan 7,304.40 Xogħolijiet f'San Pawl il-Baħar 5,648.73 924,180.90
Leg 11 PQ #12333 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — kummissjoni għar-reviżjoni tal-policies

Question

Peress li ftit ġimgħat ilu l-Prim Ministru waqqaf kummissjoni għar-reviżjoni tal-policies tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, billi huwa għażel li jinnomina għadd ta’ persuni li qed jirrappreżentaw lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk inkunx korrett jekk nifhem li l-Users Committees tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u anke għaqdiet ambjentali mhux governattivi, issa għandhom l-obbligu li jaġġornaw regolarment lill-entitajiet li qegħdin jirrapreżentaw dwar l-andament tal-laqgħat li qed ikollhom bħala rappreżentanti tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13087.
Leg 11 PQ #12404 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

numru ta' playgrounds u playing fields

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn playgrounds u playing fields f'Malta u f'Għawdex? F'liema lokalità qegħdin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi l-playgrounds u playing fields li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex.
Leg 11 PQ #12405 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — għajnuna diretta għal servizzi estensivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod se tingħata għajnuna diretta lil dawk il-kunsilli lokali li jridu jagħtu servizzi estensivi kemm lir-residenti u kemm lil dawk li jżuruhom għal diversi raġunijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-diskors tal-Budget mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, taħt it-Taqsima dwar fondi li qed jiġu allokati lill-Kunsilli Lokali għas-sena 2010, ġew elenkati diversi funzjonijiet, fosthom servizzi estensivi. L-iskema li tagħti d-dettalji dwar din il-materja għadha qed tiġi mfassla u malli tkun finalizzata, din tiġi mħabbra permezz ta’ ċirkolari lill-Kunsilli Lokali.
Leg 11 PQ #12406 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — żieda fl-allokazzjoni finanzjarja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod kien hemm żieda fl-allokazzjoni finanzjarja diretta lill-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għas-sena 2010, il-Gvern alloka bħala fondi diretti lill-Kunsilli Lokali l-ammonti kif ġej: 1. € 28,010,000 – li tinħadem skont il-formola li hemm fit-Tmien Skeda ta’ l-Att dwar Kunsilli Lokali 2. € 1,000,000 għall-inizjattivi speċjali tal-Kunsilli Lokali – li huwa vot ġdid 3. € 500,000 bħala fondi ta’ ko-finanzjament ta’ proġetti tal-Unjoni Ewropea – żieda fuq is-sena 2009 ta’ € 197,000; 4. € 1,000,000 fond speċjali għat-toroq – li huwa fond ġdid ieħor; u Barra minn hekk, il-Gvern qabel li, is- surplus funds ta’ madwar 4.5 miljun li jirriżultaw mill-bidla tas-sena finanzjarja tal-Kunsilli Lokali, jibqgħu għall-użu esklussivament tal-Kunsilli Lokali biex jintużaw fost oħrajn għat- tipping fees , fondi speċjali u t-twaqqif ta’ l-uffiċini reġjonali.
Leg 11 PQ #12407 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — impenn f'ħidma fil-qasam soċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif se jimpenjaw ruħhom il-kunsilli lokali f'ħidma fil-qasam soċjali u fil-ħarsien tal-identità lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kriterji għal dawn iż-żewġ oqsma għadhom qed jitfasslu u malli jkunu finalizzati jiġu mħabbra permezz ta’ ċirkolari lill-Kunsilli Lokali kollha.
Leg 11 PQ #12409 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — responsabiltajiet ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma, issa li ġie ppreżentat il-Budget 2010, fejn qed jintqal li l-kunsilli lokali għandhom responsabilitajiet ġodda, liema huma dawn ir-responsabilitajiet ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nurmu 12382 fejn elenkajt ir-responsabbiltajiet kollha li l-Kunsilli Lokali issa għandhom konsegwentament għat-tibdil fil-Att dwar il-Kunsilli Lokali.