Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li organizzaw attivitajiet kulturali b'kollaborazzjoni mas-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni fix-xhur ta' Settembru, Ottubru u Novembru? Kemm ġew mogħtija flus mis-Segretarju Parlamentari għal kull attività? Kemm ħarġu flus il-kunsilli lokali għal kull attività
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kunsilli Lokali li organizzaw attivitajiet kulturali b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari ghall-Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni fix-xhur ta’ Settembru, Ottubru u Novembru 2009 kienu kif indikat fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
F’din it-tabella qed jiġi indikat ukoll kemm ħareġ il-Gvern għal dawn l-attivitajiet.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11851 u jgħid kemm iddaħħlu impjegati ġodda fil-kunsilli lokali minn April 2008 sal-lum? F'liema kunsill?
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali kollha li qed jużaw sistema ġdida ta' dawl li taħdem bl-enerġija tax-xemx? Liema huma d-ditti li qed jagħmlu dan ix-xogħol mal-kunsilli lokali?
Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod il-kunsilli lokali se jkollhom rwol iżjed attiv fit-twettiq tal-viżjoni tal-Gvern Ċentrali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għad-dokument tat-tiġdid tal-Kunsilli Lokali ‘Biex il-Kunsill Jagħtik l-Aqwa Servizz’, fejn fost l-oħrajn jissemmew il-proposti ta’, One Stop Shop, Lokalitajiet Sostenibbli, Patrimonju Naturali u Storiku, Promozzjoni ta’ ħiliet artistiċi fil-komunita`, Ħidma Soċjali (b’kollaborazzjoni ma Aġenziji nazzjonali u N.G.O’s), Parteċipazzjoni sħiħa tar-residenti fl-inizjattivi mill-Gvern Lokali.
L-Onorevoli Interpellant jista wkoll jinnota it-13–il funzjoni ġdida tal-Kunsilli Lokali li daħlu b’mod statutorju fl-artikolu 33 ta’ l-Att dwar il-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta l-Gvern nieda l-kunċett ta' lokalitajiet sostenibbli kif qed jgħin il-Gvern Ċentrali biex kull kunsill lokali jkollu pjan strateġiku sostenibbli għal-lokalità tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12427.
Kunsilli Lokali — impjegati assoċjati fuq Proġetti Ewropej
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11849 u jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li magħhom għandhom impjegati assoċjati direttament fuq Proġetti Ewropej? Taħt liema skema ddaħħlu dawn l-impjegati? Meta daħlu u min huma?
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-15-il kunsill lokali li jiffirmaw konsorzju u imbagħad iffirmaw ftehim ta' koperazzjoni biex iwettqu proġett flimkien dwar enerġija nadifa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-15-il Kunsill Lokali li iffirmuw konsorzju biex iwettqu proġett flimkien dwar enerġija nadifa kienu dawn:
Il-Furjana, Għajnsielem, Ħal Għargħur, Ta’ Kerċem, L-Imġarr, Il-Mellieħa, Il-Mosta, L-Imtarfa, In-Nadur, il-Qala, ir-Rabat (Għawdex), Ta’ Sannat, Ix-Xagħra u iż-Żebbuġ.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — compliance certificates
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk meta jinħarġu compliance certificates mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dawn jintbagħtux bil-posta jew jingħatawx by hand across the counter mill-enforcement officers? Ir-raġuni hija ovvja għaliex meta dawn jinħarġu bl-idejn ir-riskju ta’ korruzzjoni fil-ħruġ ta’ permessi simili jikber. Jekk m'għadhomx jinħarġu by hand, jista' jgħid meta twaqqfet din il-prattika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull compliance certificate li jinħareġ mill-Awtorità, jintbagħat bil-posta reġistrata lill-applikant innifsu skont l-indirizz indikat fid-dikjarazzjoni. S’issa, jekk dan l-applikant jew ossija min issottometta t-talba jkun jixtieq jiġbor iċ-ċertifikat personalment, ikun jista’ jagħmel hekk biss billi jippreżenta l-karta ta’ l-identità u jiffirma fuq reġistru apposta qabel jieħu d-dokument. Għaldaqstant iċ-ċertifikati ma jingħatawx by hand across the counter mill-enforcement officer. Dan isir sabiex kemm hu possibli titnaqqas iċ-ċirkolazzjoni fl-idejn ta’ dawn id-dokumenti u jkun aċċertat li dawn waslu għand l-applikanti. Is-sistema kif imsemmija nbdiet f’Diċembru 2005.
Dan is-sajf (minn Awwissu 2009) ġiet introdotta ukoll is-sistema amministrattiva illi min jissottometti applikazzjoni għall-
compliance certificate
, irid jiffirma li għamel hekk u jekk mhux perit, tittieħed ukoll kopja tal-Karta ta’ l-Identità tiegħu. Bħalissa qed tiġi mistħarrġa ukoll sistema illi l-
Compliance Certificates
li ma jintbagħtux bil-posta lill-applikanti, għax tkun saret talba speċifika f’dan ir-rigward, ikunu jistgħu jinġabru biss personalment mill-applikant innifsu u mhux minn nies oħra. Bħalma diġà qed jiġri, meta ssir talba f’dan is-sens, il-
Compliance Certificate
ma jingħatax
across the counter
mill-
Enforcement Officer
tad-distrett imma minn uffiċċju partikolari fl-
Eforcement Unit
f’Malta.
Ħatra tal-President u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Parlament x'pożizzjoni ħa fl-aħħar laqgħa msejħa informali tal-Kapijiet tal-Gvern tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta' Novembru, 2009 fil-proċess li eventwalment wassal għall-ħatra tal-President u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea? Kellu xi ismijiet f'moħħu? Ippropona xi ismijiet hu stess qabel ma saret l-għażla finali? Jista' jgħid min kienu l-persuni li ġew shortlisted sakemm eventwalment intgħażlu s-Sur H. Von Rumpuy u Lady Ashton? Stante li l-komunikazzjoni uffiċjali tal-Consilium tgħid li "the Heads of State reached a political agreement" mingħajr ma tintuża l-kelma unanimous, jista' jinforma lill-Parlament jekk l-għażla saritx b'xi tip ta' vot fejn kull Kap ta' Stat jiddikjara jekk jaqbilx ma' xi isem jew inkella b'consensus? Jista' jgħid x'pożizzjoni kellu l-Gvern Malti fuq l-għazla tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, li mtliet mis-Sur Pierre de Boissieu? Kellu xi ismijiet alternattivi f'moħħu? Jista' jgħid liema kienu l-ismijiet ta' xi persuni oħrajn li kienu fuq quddiem nett biex jimtlew dawn il-karigi sakemm fl-aħħar imtlew mis-Sinjuri Von Rumpuy, Ashton u de Boissieu? F'dan il-proċess kollu sakemm fl-aħħar imtlew dawn it-tliet siġġijiet, issemmew xi persuni ta' ċittadinanza Maltija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fir-rigward tal-karigi tal-President tal-Kunsill Ewropew u tar-Rappreżentant Għoli tal-Affarijiet Barranin u tal-Politikà ta’ Sigurtà, kien hemm qbil ġenerali bejn il-Kapijiet ta’ Gvern ta’ l-Unjoni Ewropea. Kien hemm qbil dwar il-fatt li waħda minn dawn il-karigi għandha tkun okkupata minn kandidat tal-grupp tal-Partit Popolari Ewropew u l-oħra minn kandidat tal-grupp tas-Soċjalisti.
Peress illi 14-il Kap ta’ Gvern tas-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jagħmlu parti mill-grupp tal-Partit Popolari Ewropew u 7 oħra jagħmlu parti mill-grupp tas-Soċjalisti, ġie deċiż li l-President tal-Kunsill Ewropew għandu jiġi mill-grupp tal-Partit Popolari Ewropew. Ta’ min jinnota li l-Kapijiet ta’ Gvern tal-grupp tal-Partit Popolari Ewropew ma kellhomx kandidat formali għall-kariga ta’ President u lanqas is-Soċjalisti. Pero`, filwaqt illi l-Kapijiet ta’ Gvern tal-grupp tal-Partit Popolari Ewropew ma kellhomx kandidat formali għall-kariga ta’ Rappreżentant Għoli tal-Affarijiet Barranin u tal-Politikà ta’ Sigurta`, il-grupp tas-Soċjalisti innominaw lil Catherine Ashton għal din il-kariga. Bħal kull proċess ta’ għażla fl-UE hemm ammont ta’
consensus building
fir-rigward ta’ kandidaturi aċċettabbli għall-membri kollha tal-Kunsill Ewropew. Ma kien hemm l-ebda vot formali għal dawn iż-żewġ ħatriet, iżda intlaħaq
consensus
dwar il-ħatra ta’ van Rompuy. Jien ninsab konvint li dawn iż-żewġ individwi jirrappreżentaw għażliet eċċellenti għal dawn il-karigi. Għaldaqstant nixtieq ninforma l-Kamra li l-President tal-Kunsill Ewropew ser iżur Malta fit-13 ta’ Jannar 2010.
Fir-rigward tal-għażla tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Ewropew, din il-ħatra hija biss għal żmien stipulat ta’ tmintax-il xahar. F’dan il-kuntest, kien hemm qbil li Pierre de Boissieu, li kien ilu jokkupa l-kariga ta’ Viċi-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Ewropew mill-1999, għandu jkompli l-ħidma tiegħu fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Ewropew.
Ma kien hemm l-ebda kandidat Malti għal dawn il-karigi.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12762 u jgħid jekk meta jinħarġu compliance certificates mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dawn jintbagħtux bil-posta jew jingħatawx by hand across the counter mill-enforcement officers? Ir-raġuni hija ovvja għaliex meta dawn jinħarġu bl-idejn ir-riskju ta’ korruzzjoni fil-ħruġ ta’ permessi simili jikber. Jekk m'għadhomx jinħarġu by hand, jista' jgħid meta twaqqfet din il-prattika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12762.
MEPA — sejba arkeologika ħdejn sptar ġdid f'Bulebel
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’sorvelja qed tagħmel l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex is-sejba arkeologika li nstabet ġewwa Bulebel fejn qed jinbena sptar privat tigi mħarsa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħadet il-passi neċessarji meta nħareġ il-permess għall-iżvilupp billi nkludiet kundizzjoni li x-xogħolijiet kellhom jiġu sorveljati peress li fl-inventarju tal-wirt nazzjonali li għandha l-MEPA, hemm dokumentazzjoni illi fis-sit in kwistjoni kienu nstabu fdalijiet arkeoloġiċi fil-passat.
Waqt ix-xogħolijiet instabu numru ta’ oqbra u fdalijiet arkeoloġiċi oħra u l-MEPA ħarġet Ordni ta’ Emerġenza għall-Konservazzjoni sabiex dawn jiġu salvati u ma jinqerdux. Ix-xogħolijiet ġew temporanjament sospiżi u saru numru ta’ laqgħat bejn il-MEPA, l-applikant, il-perit u s-Sovvrantendenza tal-Wirt Kulturali sabiex jintlaħaq ftehim dwar kif għandu jitkompla x-xogħol fl-aħjar interess tal-partijiet kollha.
Kien konkluż illi s-Sovvrantendenza għandha tagħmel aktar investigazzjonijiet f’parti oħra tas-sit sabiex jiġi stabbilit hux possibli li l-bini tal-isptar isir f’dan il-lok alternattiv. Sa dan it-tant, il-MEPA qegħda tassigura illi x-xogħolijiet ikunu konformi mal-permess ta’ żvilupp billi x-xogħolijiet kollha jkunu sorveljati u sa dan it-tant qegħda tistenna risposta dwar ir-riżultati ta’ l-investigazzjonijiet mis-Sovvrantendenza tal-Wirt Kultulali b’konformità mal-liġi tal-Wirt Kulturali.
Jista' l-Prim Ministru jagħti elenku tal-proprjetajiet fil-Belt Valletta li ġew skedati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar taħt Grade 1?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kemm kellha tiġbor penali fis-sena 2009? Kemm ġabret minnhom sal-lum? Jista' jagħti wkoll il-figuri għas-snin 2007 u 2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jindika b'mod aktar ċar għal xiex qed jirreferi bil-kelma "penali". Dan sabiex l-Awtorità tkun tista' tagħti l-infomazzjoni korretta.
Hexagon house — air quality - Environment Protection Directorate
Question
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li kien sar studju mill-professur li dettalji tiegħu qed jinbagħtu separatament, dwar l-air quality u l-irwejjaħ li kien hemm qrib Hexagon House? Meta sar? Jista' jiġi ppubblikat? L-istudju janalizza l-preżenza tal-hydrogen sulphide u l-mercaptans - żewġ gassijiet allegatament preżenti fl-arja? Dan l-istudju sar qabel ma daħlu l-istaff tal-Environment Protection Directorate fil-premises jew wara? L-istudju ħa in konsiderazzjoni potentially toxic inorganic substances?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jista' jiġi kkonfermat li l-Professur Alfred J Vella kien għamel studju għall-MEPA datat 29 ta’ Ġunju 2008. Dan ir-rapport identifika s-sorsi kollha possibbli li jistgħu jikkontribwixxu għall-irwejjaħ f'dawk l-inħawi u sar bħala eżerċizzju ta' Saħħa u Sigurtà fuq il-post tax-xogħol bħala parti minn "occupational risk assessment" għall-impjegati tal-MEPA. Dan l-ewwel studju sar qabel iż-żmien li l-istaff daħal fil-bini ta' Hexagon House.
F'dan ir-rapport is-sustanzi "
volatile organic compounds
" (VOCs) ġew analizzati minħabba l-fatt illi x-xogħol tas-sorsi possibbli fl-inħawi huwa relatat ma' attivitajiet li jagħmlu użu minn fjuwils. Dawn il-VOCs huma preżenti fil-fwar tal-
petrol
u d-derivati tiegħu u wkoll jkunu preżenti meta materjal organiku jiġi maħruq. Il-VOCs huma tossiċi u jistgħu jikkawżaw ħsara għall-persuni li huma esposti għalihom f'livelli għoljin. Minn dawn il-VOCs, il-benzin huwa l-ikbar sustanza ta' nkwiet għaliex jista' jikkawża mard serju. F'dan ir-rapport kampjuni tal-VOCs inkluż il-benzin ġew meħuda barra u ġewwa l-bini ta' Hexagon House. Il-livell tal-benzin instab taħt il-livelli stipulati fid-Direttivi ta' l-Unjoni Ewropea. Dan il-monitoraġġ baqa’ għaddej u għadu għaddej sa llum.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja ta' dan ir-rapport.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi stqarrija oħra datata 15 ta' April 2009, il-Professur Alfred J Vella, wara riżultati addizzjonali, ikkonferma li m'hemmx perikolu għal ħaddiema f'Hexagon House. Hemm ukoll provi, minn kampjuni li jittieħdu fuq bażi kontinwa, li m'hemmx problemi bil-livelli ta'
hydrogen sulphide
fil-bini.
Hexagon House — air quality - sustanzi potenzjalment perikolużi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-istudji li għamel il-professur li dettalji tiegħu qed jinbagħtu separatament, dwar l-air quality qrib Hexagon House identifikawx kumpanija speċifika bħala emitter sinifikanti ta' sustanzi potenzjalment perikolużi? Jekk iva, liema kienet? X'passi ħadu l-awtoritajiet dwar dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudju li għamel il-Professur Alfred J Vella għall-MEPA identifika s-sorsi kollha possibbli li jistgħu jikkontribwixxu għall-irwejjaħ f'dawk l-inħawi imma ma wasal għall-ebda konklużjoni ta' liema hu s-sors.
Nirreferi wkoll lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 13234.
Hexagon House — air quality - Health and Safety Procedures
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fl-istudji li għamel il-professur, li dettalji tiegħu qed jinbagħtu separatament, dwar l-air quality qrib Hexagon House ġewx mgħarbla l-Health and Saftey Procedures tal-kumpanija allegatament responsabbli għal dan it-tniġġiż tal-arja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Prof Vella kien ikkummisjonat jagħmel biss analiżi tal-kwalità ta' l-arja interna ġewwa Hexagon House kif kienet taffettwa lill-impjegati tal-MEPA. Ir-rapporti jistabbilixxu diversi sorsi potenzjali tat-tniġġiż kif ukoll li l-livelli kif attwalment elevati ma kienux ta' dannu għas-saħħa ta' l-impjegati. Ta' min isemmi li, l-irwejjaħ huma aktar ta' inkonvenjent milli dannu għas-saħħa.
Hexagon House — kundizzjonijiet dwar l-odour emissions
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-permess oriġinali li nħareġ lill-kumpanija konċernata li allegatament hija pollutant tal-arja qrib Hexagon House, qattx kien hemm xi kundizzjonjiet dwar l-odour emissions?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex iforni iktar dettalji sabiex id-domanda tkun iktar ċara u nkun nista’ inwieġeb aħjar.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma l-postijiet f'Malta u Għawdex indikati bħala offroading sites? Kemm inħarġu permessi mis-sena 2000 sal-lum għall-avvenmenti ta' offroading?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda post indikat bħala offroading site f'Malta u Għawdex. Fir-rigward ta' permessi, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2005 sal-lum nħarġu disa' permessi għall-offroading, għall-avvenimenti partikolari ta’ dan it-tip.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont, sena b'sena ta' kemm applikazzjonijiet għall-permessi ta' żvilupp ġew imressqa mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjnet u l-Ippjanar mill-2006 sal-ġurnata tar-risposta li tiġi ppreżentata, u kemm damet kull applikazzjoni sabiex ġiet approvata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jista’ l-Onorevoli Interpellant jiċċara jekk hux qed jirreferi għal applikazzjonijiet li saru mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar infisha u ġew approvati jew applikazzjonijiet quddiem l-istess Awtorità li ġew approvati?