Air Monitoring Stations — real-time data fuq il-website
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13011 u jgħid jekk bit-teknoloġija tal-lum il-processing ta’ data li hi riklamata bħala real-time m’għandhiex tieħu sigħat twal bħalma qed jiġri regolarment fil-każ tal-Air Monitoring Stations, ġieli anke aktar minn 12-il siegħa, minkejja li l-update issir kuljum fit-3.00am, kif nhar is-Sibt 21 ta’ Novembru, 2009 l-aħħar data on-line mill-unit taż-Żejtun kienet 0000hrs u sas-7.00am kien għad m'hemm l-ebda update? Teknikament din ma tistax tissejjaħ real-time data kif qed tiġi klassifikata fil-website tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Persuni kwalifikati u speċjalizzati f’real-time data on-line stqarrew miegħi li n-norma hi li bit-teknoloġija tal-lum din qatt m'għandha tieħu aktar minn ftit minuti u f’ħafna każi sekondi.
Jista' l-Prim Ministru jindika meta kienu l-okkażjonijiet fejn kien hemm ħsara u/jew qtugħ tad-dawl f’kull Air Monitoring Unit mill-1 t’Ottubru sal-lum? Għaliex il-units ta’ Kordin u tal-Għarb jagħtu dejjem real-time data kemm raw data kif ukoll processed data u dawk tal-Msida u ż-Żejtun sa sitt sigħat wara nofs il-lejl ta' bejn l-20 u l-21 ta Novembru, 2009 ma kellhom l-ebda data updates għax dawn ma jagħtux processed data? Ġaladarba d-data on-line tal-Imsida u ż-Żejtun hi biss raw data, xi processing ta’ data jsir mis-server fil-Furjana? Kull kemm jiġi ikkalibrat l-apparat li hemm fil-monitoring stations? Dan isir mill-Awtorità dwar l-Istandards ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13011.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu u fejn huma l-lokalitajiet li fihom hemm talbiet għal bini ta' irziezet tal-majjali u tal-baqar rispettivament u li huma pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12015 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li m'għandhomx segretarju eżekuttiv?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm żewġ Kunsilli Lokali li m’għandhomx Segretarju Eżekuttiv. Dawn huma: Bormla u Kerċem. Naturalment, sakemm jinħatar Segretarju Eżekuttiv ġdid, dawn il-Kunsilli għandhom Aġent Segretarju Eżekuttiv biex jaqdi l-funzjonijiet kollha meħtieġa minn Segretarju Eżekuttiv.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11852 u jgħid kull kunsill lokali kemm għandu impjegati? Kemm suppost għandu impjegati kull kunsill?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi n-numru ta’ impjegati (inkluż is-Segretarju Eżekuttiv) li kull Kunsill Lokali għandu.
Skont l-Artikolu 53(1)(a) tal-Att dwar Kunsilli Lokali, Kunsill...”ma jistax jimpjega iktar minn persuna waħda għal kull elfejn u ħames mitt resident...Iżda meta popolazzjoni ta’ lokalità tkun inqas minn elfejn u ħames mija, il-Kunsill jista’ jimpjega persuna fuq bażi
part-time
jew
full time
: Iżsa wkoll Kunsill li skont dan l-artikolu jimpjega persuna waħda biss, jista’ minkejja kif provdut f’dan l-artikolu, jimpjega persuna waħda oħra.”
Bħala parti mit-tiġdid fil-Gvern Lokali, daħlet emenda fl-Att dwar Kunsilli Lokali (Art 53(1)(b) li tistipula li: “Id-Dipartiment Għal Gvern Lokali jista’, wara li ssir talba ġustifikata għal dan l-għan minn Kunsill Lokali, u jkun hemm l-approvazzjoni tal-Ministru, jawtorizza li dak il-Kunsill Lokali jimpjega persuna klerikali aktar mil-limitu stabbilit mil-liġi”.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-filters li hemm fil-lobby area ta' Hexagon House jilqgħux biss għal sustanzi organiċi jew anke għal dawk mhux oragniċi bħall-hydrogen sulphide?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-filters stallati ġewwa Hexagon House fihom l-activated charcoal u għalhekk jassorbu numru ta' sustanzi, kemm organiċi kif ukoll inorganiċi, fosthom il-hydrogen sulphide.
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'Hexagon House min jiddeċiedi min imur id-dar minħabba raġunijiet ta' saħħa, il-management jew l-impjegat?
F'każ li huwa l-impjegat, ma jaħsibx li r-responsabilità tal-Health and Safety qed tintefa' fuq l-impjegati nfushom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li abbażi tal-proċedura f'każ li jkun hemm xi rwejjaħ, is-senior management tal-Hexagon House, jikkonsulta mar-rappreżentanti tas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, dwar l-azzjoni li għandha tittieħed. Id-deċiżjoni li tittieħed mill-managment flimkien mar-rappreżentanti tas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, tiġi kkomunikata lill-impjegati rispettivi, permezz ta' gwida lill-impjegati ta' x'għandhom jagħmlu fil-każ partikolari.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi qed jieħdu l-awtoritajiet fid-dawl tal-mistoqsija parlamentari 8659, li saret fit-18 ta' Mejju 2009, biex jiġi żgurat li l-permit conditions tal-applikant qed jiġu onorati fir-rigward tal-kumpanija li allegatament qed tniġġes l-arja qrib Hexagon House? X'enforcements saru s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-permessi msemmiha f'PQ 8659 għadhom fl-istadju ta' pproċessar, billi l-operaturi ntalbu mill-MEPA jeżaminaw u jispeċifikaw fid-dettall il-metodi li bihom ser jikkontrollaw l-impatti ambjentali. Il-MEPA ukoll kitbet lill-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma sabiex tieħu passi kontra l-kumpanija li kienet qiegħda titfa’ l-iskart tal-proċessi tagħha fid-drenaġġ b'mod illegali.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13008 u jgħid kemm se jkunu trasferiti suldati Għawdxin lejn Għawdex meta l-Forzi Armati tiftaħ bażi marittima fil-Port ta' l-Imġarr? Kemm-il suldat Għawdxi wera interess s'issa biex jiġi trasferit lejn il-Port ta' l-Imġarr? Meta hi mistennija tinfetaħ din il-bażi marittima?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13008.
Armata — eżenzjoni minn eżerċizzji minħabba injuries
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk membru tal-armata li jkun qed jagħmel xogħol partikulari u ma jagħmilx eżerċizzji minħabba injuries, huwiex sejjer jintlaqat mill-interpetazzjoni tal-artikolu 55 tar-Regolament dwar il-promozzjonijiet b'mod partikulari l-pay increment warrant ? Jara li jekk huwa l-każ, dan fih innifsu jkun qed jagħmel diskriminazzjoni u inġustizzja ma' min ikun hekk?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-kriterji li fuqhom jiġi assessjat suldat għal promozzjoni huma stabbiliti, u kopja tagħhom ġiet mgħoddija lis-suldati kollha permezz ta’ pubblikazzjoni intitolata ‘The Armed Forces of Malta Soldier’s Career Handbook’.
Minn dan id-dokument u dejjem f’konformità ma’ dak kif stipulat f’Kap 220.03 tal-liġijiet ta’ Malta, jirriżulta li promozzjoni għandha tiġi fis-seħħ fuq rakkomandazzjoni bażata fuq effiċjenza, anzjanità, kwalifiki u għażla biex timtela vakanza.
F’każ ta’
injuries
eċċ., il-
handbook
jipprovdi linji gwida ta’ kif għandhom jingħataw il-punti f’tali sitwazzjonijiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm mill-ħaddiema li kienu mal-Malta Drydocks u spiċċaw bl-early retirement scheme qed:
a) Jirreġistraw għax-xogħol?
b) Jaħdmu hawn Malta bħala impjegati?
ċ) Jaħdmu għal rashom?
d) Jaħdmu ma' kumpaniji barra minn Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li, skont l-istatistika miżmuma mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, mill-ħaddiema li spiċċaw bl-Early Retirement Scheme mill-Malta Drydocks:
A) 2 qed jirreġistraw għax-xogħol;
B) 29 qed jaħdmu bħala impjegati;
C) 11 qed jaħdmu bħala
self employed
; u
D) ma tinżammx statistika dwar persuni li jaħdmu ma’ kumpaniji barra minn Malta.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13418 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 13055 dwar il-pompi tal-petrol lokali , jirriżultalu l-Prim Ministru li waħda mill-pompi inkwistjoni u ċioe l-pompa miżmuma mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hija konformi mal-kundizzjonijiet kollha segwenti :
BS7117-1:1991 :
Metering Pumps and Dispensers
EN1360:1997 :
Rubber hoses and assemblies
BS EN 12285-1 :
Fabrication of Steel Tanks
BS EN 13616 :
Overfill Prevention Devices
BS EN 858 :
Separator Systems
PPG3 :
Pollution Prevention Guidelines
BS EN 13160 :
Leak Detection Systems
BS EN 13617 :
Petrol Filling Stations?
Jekk fl-affermattiv, jista' jinvestiga u jirrimedja din l-inġustizzja bla aktar telf ta' żmien għall-partijiet kollha involuti ?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13624, 13456, 13178, 12944 u 12639 u jgħid:
a) X'inhu l-ammont totali ta' flus li Malta ħadet sal-aħħar ta' Ottubru 2009 mill-Unjoni Ewropea?
b) F'liema proġett intnefqu dawn il-flus?
ċ) Kemm kien is-sehem tal-Gvern Malti f'dawn il-proġetti?
d) Kemm hemm nies illum li sabu impjiegi ġodda permezz ta' dawn il-proġetti?
e) Kemm kien il-kontribut totali f'kull forma finanzjarja lill-Unjoni Ewropea minn mindu Malta saret membru sal-aħħar ta' Ottubru 2009?
Jista' l-Prim Ministru jagħti risposti fid-dettall għal kull domanda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li:
(a) L-ammont totali ta’ flus li Malta ħadet mill-Unjoni Ewropea u li daħal fil-Fond Konsolidat sal-31 ta’ Ottubru 2009 kien ta’ €490,308,515. Dan minbarra flejjes li setgħu ħadu kumpaniji privati, għaqdiet mhux governattivi u organizazzjonijiet oħra b’mod dirett mingħand il-Kummissjoni Ewropea jew mingħand aġenziji tal-Unjoni Ewropea.
(b) Il-listi ta’ proġetti ko-finanzjati mill-Fondi Strutturali u mill-Fond ta’ Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea huma ppubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru
http://www.ppcd.gov.mt
.
Il-ħlasijiet isiru dejjem fir-rigward ta’ nefqa relatata ma’ proġetti approvati.
(c) Ir-rata ta’ ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2004-2006 hi ffissata fil-miżuri differenti tal-Programmi differenti (primarjament il-
Programme Complement
tas-
Single Programming Document
) li wkoll jinstabu fuq l-istess sit elettroniku msemmi hawn fuq. Ir-rata ta’ ko-finanzjament telgħet għal 85% tal-ispiża pubblika għall-perjodu 2007-2013.
(d) Hu magħruf li matul il-perjodu 2004-2006 madwar 11,000 persuna ħadu taħriġ permezz ta’ proġetti ko-finanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew. Minbarra dawk li jsibu mpjieg ġdid permezz tal-ħiliet ġodda li jiksbu mit-taħriġ, hemm ukoll dawk li jaħdmu direttament fuq il-proġetti, dawk li jwaqqfu negozju għal rashom u dawk li jiġu ngaġġati minn kuntratturi ta’ xogħol u servizzi li fl-aħħar mill-aħħar iwettqu l-proġetti.
Il-kontribut totali lill-Unjoni Ewropea minn mindu Malta saret Membru sal-31 ta’ Ottubru 2009 kien jammonta għal €305,950,047.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-opinjoni tiegħu dwar il-każ fejn l-Uffiċċju tal-Ombudsman sab li impjegat tal-Enemalta li ma kienx aċċettat għal kariga ta' Principal Technical Officer mill-Human Resources Department spiċċa xorta ingħata dan l-impjieg wara li intervjena għan-nom tiegħu c-Chairman tal-Enemalta, li ismu qed jintbagħat separatament? Qed ikunu kkunsidrati li jittieħdu passi dwar dan il-kaz?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (inkluż dawk fi stadju ta’ rikonsiderazzjoni) li jirrigwardaw irziezet għat-trobbija ta' baqar/għoġġiela u/jew tiġieġ /sriedaq u/jew ħnieżer? Jista' jagħti rendikont ta’ dawn l-applikazzjonijiet u jiddistingwi bejn dawk li qed jistennew l-ewwel deċiżjoni u dawk li jinsabu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni? Jista' jgħid xahar b’xahar kemm dawn l-applikazzjonijiet ilhom pendenti? Fil-każ ta’ dawk l-applikazzjonijiet li jinsabu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni, jista' jgħid meta ttieħdet l-ewwel deċiżjoni u allura kemm ilhom jistennew għar-rikonsiderazzjoni?
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-għadd tal-voti għall-elezzjoniet ġenerali, għall-kunsilli lokali u għall-Membri tal-Parlament Ewropew mhux se jibqa' jsir in-Naxxar? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għaliex u fejn se jibda jsir l-għadd tal-voti ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-post li ntuża għall-għadd tal-voti għall-elezzjonijiet ġenerali, għall-kunsilli lokali u għall-Membri tal-Parlament Ewropew fl-ex Trade Fair Grounds fin-Naxxar m’għadhux aktar disponibbli għal Kummissjoni Elettorali. Dan il-post kien inkera inizjalment fl-2007 għal perjodu ta’ sena u wara diskussjonijiet mas-sid tal-post, il-kirja ġiet imġedda għal sena oħra. Il-Kummissjoni diġà ħadet passet biex jinstab post adegwat għall-għad tal-voti u kitbet lill-awtoritajiet kompetenti dwar dan.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Kampjuni u testijiet ta' trab iswed
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar reġgħet bdiet it-testijiet fuq it-trab iswed li qed jaqa' fuq in-naħa t'isfel ta' Malta? Jekk dawn it-testijiet bdew, jista' jgħid kemm hemm postijiet li minnhom qegħdin jittieħdu kampjuni u liema huma dawn il-lokalitajiet? Jista' jgħid il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni? X'metodoloġija qed tintuża fl-analiżi ta' dawn il-kampjuni? Hemm xi laboratorji barra l-Awtorità li qed jintużaw għall-analiżi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-MEPA ntgħarrfet bil-problema bejn l-aħħar ta' Lulju u l-bidu ta’ Awwissu. Fit-28 ta' Awwissu l-MEPA installat "dust fall out" samplers simli għal dawk skont BS1747 (l-istess tip ta' sampler li ntuża’ fl-istudju li wassal għall-iStacet report). Bi qbil mal-Kunsill Lokali tal-Fgura dawn is-samplers ġew installati f'dawn il-lokalitajiet:
Lokalità 1: Uffiċċju tal-Kunsill fi Triq tal-Karmnu.
Lokalità 2: Binja tal-Kunsill fi Triq Hompesch.
Lokalità 3: Club House tal-Kunsill fi Ġnien Patri Redent Gauci.
Lokalità 4: Residenza privata fiTriq l-Iskola.
Is-
sampler
li l-Mepa kienet installat f'Lokalità 3 (il-
Club House
tal-Kunsill fi Ġnien Patri Redent Gauci.) ma nstabx f'postu u għalhekk l-istudju kompla bit-tlett
samplers
l-oħra.
Intgħażlet il-lokalità tal-Fgura għaliex il-maġġoranza tal-
complaints
ġew minn din il-lokalità. Mit-28 ta' Awwissu sat-22 ta' Ottubru ftit li xejn ddepożita trab iswed f'dawn is-
samplers
u allura ma setgħux jintbagħtu barra għall-analiżi. Fit-22 ta' Ottubru reġgħu ġew installati
samplers
ġodda u dawn reġgħu ġew iċċekkjati fl-aħħar ta' Novembru. F'Awwissu kien ittieħed ukoll kampjun minn residenza privata fi Triq il-Kavallier De Guaras, Tarxien. Dan il-kampjun ġie analizzat fil-Laboratarju tal-Heritage Malta f'Bighi permezz tal-SEM/EDX u ma ġewx irrilevati traċċi ta' nikil u vanadju li jitqiesu bħala
tracers
tal-
heavy fuel oil
użat mill-
power stations
u ta' manjesju li jirriżulta mill-attività tal-
power stations
. Bħalissa il-MEPA qegħda f'diskussjonijiet mal-Professur Alfred J Vella sabiex jagħti pariri lill-MEPA dwar din il-kwistjoni.
Rigward il-metodoliġija, il-MEPA titlob li l-laboratorju li jagħmel l-analiżi jkun akkreditat mill-anqas skont ISO 17025 u preferibbilment li jkun akkreditat għal kull analiżi speċifika li jintalab jagħmel mill-MEPA. Il-Laboratorju jintalab ukoll li jagħmel l-analiżi preferibbilment skont l-i
standard
relevanti tas-CEN, jekk dan ma jkunx jeżisti skont l-i
standard
rilevanti tal-ISO jew ta' xi
standardisation body
ta' xi wieħed mill-istati membru tal-UE. Ġeneralment il-metodi standardizzati għall-analiżi tal-metalli jkunu jinvolvu jew ICP_MS (
inductively coupled plasma mas spectroscopy
) jew AAS (atomic absorption spectroscopy), pero il-MEPA tacetta metodi oħra basta dawn ikunu standardizzati u basta l-laboratorju li jkun qed jagħmel dawn it-testijiet ikun akkreditat.
Id-dewmien sabiex wieħed jasal għal xi konklużjoni ġejja mill-fatt li l-ammont ta' trab iswed li qed jiddepożita u jinġabar bħalissa huwa minimu.
Impact assessment dwar l-inħawi li nbnew il-fish farms
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10738, li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x'impact assessment sar dwar l-inħawi fejn inbnew il-fish farms? Jista' jippubblika r-rapporti li ġew miġbura bħala riżultat tal-impact assessment wara li nbnew il-fish farms?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħala parti mill-proċess tal-Environmental Impact Assessment, dejjem isir studju fuq qiegħ il-baħar sabiex jiġi evalwat il-potenzjal għal ħsara ambjentali. Kull permess illi jinħareġ ikollu kundizzjoni illi jsir monitoraġġ tal-ambjent. Il-MEPA iżżomm dawn l-istudji, u huma aċċessibbli għal kull min għandu interess fihom. Dawn l-istudji huma wisq voluminużi biex jiġu ppublikati.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijiet pendenti quddiem il-bordijiet tal-appell
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li bħalissa jinsabu pendenti quddiem il-Bordijiet tal-Appell? Jista' jgħid kemm minn dawn eżawrixxew il-proċess ta' l-appell u qegħdin sempliċiment jistennew id-deċizjoni/sentenza min-naħa tal-Bord tal-Appell? Jista' jagħti rendikont ta’ dawk l-appelli li qed jistennew deċizjoni/sentenza? Kemm-il xahar ilhom jistennew din id-deċizjoni/sentenza?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B'referenza għall-interpellanza tal-Onorevoli Interpellant irid jingħad li bħalissa hemm 1120 appelli pendenti quddiem il-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar. Minn dawn l-1,120 hemm 110 differiti sine die; 167 differiti bla data għas-sentenza; 20 li għad iridu jiġu appuntati; 826 li qed jinstemgħu; u 17 fejn il-Bord qed jistenna s-sottomissjonijiet bil-miktub biex ikun jista' jgħaddi għas-sentenza. Ma tinżammx statistika dwar kemm-il xahar l-appelli li huma differiti għas-sentenza ilhom jistennew is-sentenza.
lokalitajiet żgħar — elezzjonijiet tal-kumitati amministrattivi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li fil-futur qrib se jkollhom elezzjonijiet tal-kumitati amministrattivi għal-lokalitajiet żgħar (hamlets)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-proċess ta’ identifikazzjoni ta’ fejn ser jitwaqqfu kumitati amministrattivi huwa kważi konkluż u ser jitħabbru fil-ġimgħat li ġejjin.
Hekk kif ikunu identifikati dawn l-
areas
, jistkatta mill-ewwel il-proċess elettorali.