Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12021 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li qed jiġu investigati mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali dwar xi abbuż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li nirreferi l-Onor Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 12021, ninfurmah illi l-każijiet illi bħalissa qegħdin jiġu mistħarrġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali huma kif inhu mniżżel fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-inċineratur tal-Marsa qiegħed joffri d-data dwar l-operat tiegħu in real time? Għadha teżisti l-prassi li l-inċineratur jagħmel downloading tal-emissjonijiet kull nofs siegħa u wara d-data tintbagħat lill-organizzazzjoni Taljana għall-awditjar li wara tiġi mibgħuta lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Faċilità tal-Inċineratur tal-Marsa hija obbligata tipprovdi lill-pubbliku readings kull nofs siegħa u kull ġurnata permezz tal-internet. Din l-informazzjoni qiegħda tiġi provduta fuq is-sit eletroniku tal-WasteServ http://www.wasteservmalta.com/main.asp?ID=19&TAB=Tab5
Il-WasteServ infurmat lill-MEPA li fil-preżent qegħda l-ewwel tgħaddi l-informazzjoni lill-kumpanija li mingħandha nxtara l-apparat u wara tippubblika l-informazzjoni fuq is-sit elettroniku. Il-WasterServ nfurmat ukoll lill-MEPA li qabbdet kumpanija barranija biex ittejjeb is-sistema.
Jista' l-Prim Ministru jispjega xi jrid jagħmel ċittadin li jkun irid jinvesti u jħaddem in-nies miegħu u meta jmur biex japplika għal permess ma jinħariġlux, meta l-bitħa tiegħu fiha 5 piedi bi 14-il pied filwaqt li bitħa ma' bitħa miegħu jkun hemm binja oħra li ngħatat permess u din għandha bitħa ta' 5 piedi bi 12 il-pied? Meta dan ċ-ċittadin mar fil-kumpanija tal-perit tiegħu biex jara x'ġara u staqsa għaliex lilu ma tawhx permess u lil dak li għandu bitħa ma' bitħa miegħu ngħata, ir-risposta kienet "dik mhux biċċa tiegħek". Jista' jgħid meta ċittadin jiġi ffaċċjat b'din l-arroganza, fejn jista' jirrikorri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor Interpellant jgħaddi l-informazzjoni lil Awtorità kompetenti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qiegħed isir biex jara kif sejjer jiġi affetwat qiegħ il-baħar ta' taħt il-fish farms? Sar xi studju dwar dan? Jista' dan l-istudju jiġi pubblikat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħala parti mill-proċess tal-Environmental Impact Assessment, dejjem isir studju fuq qiegħ il-baħar sabiex jiġi evalwat il-potenzjal għal ħsara ambjentali. Kull permess illi jinħareġ ikollu kundizzjoni illi jsir monitoraġġ tal-ambjent. Il-MEPA iżżomm dawn l-istudji dawn l-istudji u huma aċċessibli għal kull min għandu interess fihom. Dawn l-istudji huma wisq voluminużi biex jiġu ppublikati.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ilhom joperaw il-fish farms f'Malta? Kemm żdiedu minn mindu kien hemm l-ewwel fish farm sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel fish farm beda jopera fl-1991. illum hemm ħames kumpaniji li joperaw 8 siti. Dawn ma jinkludux iż-żewġ kumpaniji illi qedgħin jerġgħu fl-akwaculture zone.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm longitudinal study dwar l-effett li jistgħu jħallu l-fish farms fuq il-baħar ta' Malta? Jekk iva, jista' jippublika dan l-istudju? Jekk qatt ma sar studju, jista' jgħid jekk huwiex bi ħsieb li jsir wieħed?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull staġun isiru studji tal-effett tal-akwakultura f’kull sit. Dan jinkludi rapport illi jqabbel is-sitwazzjoni fil-preżent ma’ dik tal-passat.
N.B. Longitudinal study is a medical term for time based series observations.
Ministeru ta’ l-Edukazzjoni — ftehim dwar il-gradi differenti tal-Kindergarten Assistant
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7843 u jgħid kemm ilu l-Management and Personnel Office jipproċessa l-ftehim iffirmat bejn il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u l-Malta Union of Teachers li jinkorpora wkoll il-ftehim dwar il-gradi differenti tal-Kindergarten Assistants? Meta hemm il-ħsieb li jintemm dan l-ipproċessar biex il-ftehim ikun jista’ jidħol fis-seħħ? Hemm xi aspetti problematiċi f’dan il-ftehim? Jekk iva liema huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-ftehim imsemmi bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Malta Union of Teachers u sussegwentement il-Memorandum of Understanding iffirmat f’Mejju 2009 fuq il-kategorija tal-Kindergarten Assistants qed jiġi mplementat skond il-provediment tal-istess ftehim.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8313 u jgħid x’passi konkreti ħadet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fit-Triq il-Pont li 18-il xahar ilu ċediet f’Santa Maria Estate fil-Mellieħa u nħarget Enforcement Order ECF00021/08 u r-residenti gew imwegħda li minbarra li tissewwa l-ħsara kollha meħtieġa, il-wied jerġa’ jiġi għal li kien bit-tħawwil tas-siġar mitlufa, il-bini tal-ħitan li waqgħu u t-tneħħija tal-ħaxix ħazin? L-awtorità meta se tara li jittieħdu l-passi mwegħda peress li minkejja li għadda ħafna żmien s-sit għadu maqlugħ u ikrah?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tablet ill-Perit inkarigata mix-xogħol sabiex tħejji rapport dwar kif din il-parti tal-wied se titranġa lura għall-istat oriġinali. Skond id-diskussjonijiet li saru, l-ħsara kellha tissewwa u s-sit kellu jiġi rranġat biex l-ekoloġija tal-post tkun tista’ tibda tirriġenera waħidha b’mod naturali.
Dan ir-rapport kien tħejja u kien ġie approvat mill-MEPA. Minn spezzjoni riċenti, jirriżultà li x-xogħlijiet ta’ restawr ambjentali li kellhom isiru, inkluża t-tiswija tal-ħitan, diġà seħħew b’mod sodisfaċenti u għalhekk l-każ ta’ infurzar (ECF 021/08) jista’ jingħalaq.
kunsilli lokali — strateġija ġdida ta' ġbir tal-iskart
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li niedew strateġija ġdida għall-ġbir tal-iskart bl-iskop li l-komunità kummerċjali u residenzjali jkunu moqdija bir-riżultat li l-lokalitajiet ikunu aktar nodfa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun speċifiku fil-mistoqsija tiegħu, u ċioè jekk hux qed jirreferi għall-kuntratt tal-ġbir tal-iskart domestiku mħallat.
kunsilli lokali — inizjattivi dwar l-ambjent u l-iskart
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-inizjattivi għall-kunsilli lokali dwar l-ambjent u l-iskart?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li matul is-sena 2009 kien hemm diversi skemi li b’xi mod jolqtu il-qasam ta’ l-ambjent. Dawn kienu:
· Skema ta’ Proġetti Pilota għall-Lokalitajiet Sostenibbli
·
Green Challenge Award
· Skema dwar l-
Energy Saving
· Premju Lokalitajiet Indafa
· Fondi Speċjali għal Lokalitajiet bi Bżonnijiet Speċjali
· 3 Proġetti Pilota dwar Studju għal Lokalitajiet Sostennibbli
· Ġbir ta’ oġġetti tal-ħadid mitluqa ġewwa l-lokalitajiet kollha madwar Malta u Għawdex
· Inizzjattivà bi sħab bejn il-Pulizija, l-Ispetturi tal-ambjent (MEPA) u l-Gwardjani Lokali fejn kien hemm perjodu ta’ twissijiet għal kontravenzjonijiet relatati mal-liġijiet tal-ambjent u wara dan il-perjodu, l-għoti ta’ multi.
Ta’ min isemmi wkoll illi matul is-sena 2009 ġie mgħoddi lill-Kunsilli Lokali kollha d-dokument ta’ l-offerta għal ġbir ta’ skart imħallat. Dan id-dokument hu intiż sabiex jogħla il-livell ta’ servizz mogħti lill-komunità permezz ta’
standards
ġodda. Dan id-dokument ġie mfassal kemm fuq l-istrateġija nazzjonali dwar l-iskart kif ukoll wara diskussjonijiet twal mal-entitajiet kollha interessati fosthom; il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, Ministeru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment, Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni, Dipartiment għall-Gvern Lokali, Wasteserv Ltd,
General Retailers and Traders Union
, Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-Assoċjazzjoni tas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali Malta. Għal dawn l-iskemi ġew ivvotati €689,900.
Ta’ min iżżid li l-Gvern refa’ l-ispiża tal-kuntratturi għall-iskart separat matul l-2008 u l-2009, kif ukoll għadda fondi lill-Kunsilli Lokali biex jagħmlu tajjeb għat-‘
tipping fees
’ ġewwa l-
landfills
. L-ammont mgħoddi għat-‘
tipping fees
’ għal din is-sena hu ta’ €2 miljuni.
kunsilli lokali — ftehim mal-gvern fuq ġbir ta' skart
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li l-gvern laħaq ftehim magħhom dwar il-ġbir ta' skart kummerċjali mal-lokalitajiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern ma għamel l-ebda ftehim mal-Kunsilli Lokali dwar ġbir ta’ skart kummerċjali kemm imħallat u kif ukoll separat. Il-Gvern kien biss strumentali biex b’konsultazzjoni wiesa’ mal-entitajiet kollha interessati, jitfassal dokument ġdid tal-offerti għall-ġbir ta’ skart imħallat, filwaqt li l-awtorità responsabbli mill-ambjent (MEPA) għandha r-responsabbilità tawtorizza entitajiet li jiġbru u jipproċessaw skart separat.
B'referenza għar-rapport li deher fuq in-Nazzjon tas-Sibt 14 ta' Novembru 2009 bit-titlu "Is-Sindki Għawdxin Sodisfatti bil-Budget", jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħa kontra l-Kumitat tar-Reġjun t'Għawdex li ħareġ stqarrija billi ngħatat l-impressjoni li s-sindki kollha ta' Għawdex qablu mal-budget, meta mhux biss li s-sindki kollha ma kenux preżenti imma fl-ebda ħin ma tkellmu biex joħorġu xi forma ta' stqarrija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kumitati Reġjonali huma entitajiet awtonomi. Huma għandhom kull dritt joħorġu stqarrijiet fejn u kif jidher lilhom. Ovvjament iridu jagħmlu dan b’kull responsabilità u rispett lejn il-fatti. Għalhekk l-Onorevoli Interpellant għandu jirreferi l-mistoqsijiet dwar l-istqarrija ta’ Kumitati Reġjonali ta’ Għawdex lil dan il-Kumitat Konġunt.
Jista' l-Prim Ministru jispjega l-fatt li l-SO2 emissions recorded mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ftit ilu fin-Nofsinhar ta' Malta laħqu ċertu peak ftit wara li l-Marsa Power Station inxtegħlet mill-ġdid wara ix-shut down temporanju tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-livelli tas-sustanzi inkwinanti kollha mkejjla mill-istazzjonijiet ta’ kejl kontinwu li għandha l-MEPA jvarjaw minn kejl għall-ieħor (l-istazzjon ikejjel l-ammont ta’ sustanza fl-arja kontinwament u jikkalkula l-medja ġeneralment kull kwarta) u mhuwiex possibbli illi wieħed jattribwixxi kull varjazzjoni li jkun hemm fl-ammont ta’ sustanza inkwinanti għall-fattur wieħed partikulari. L-iskop ta’ dawn l-istazzjonijiet m’huwiex li wieħed jiddetermina s-sors tat-tniġġiż imma li wieħed ikejjel il-kwalità tal-arja fl-lokalitajiet differenti sabiex ikun jista’ jassessja jekk ikunux qed jiġu rispettati l-valuri tal-limitu stipulati mid-direttiva tal-UE fuq il-kwalità tal-arja.
M’huwiex xjentifikament korrett li wieħed joqgħod jipprova jestrapola konklużjonijiet rigward l-oriġini tal-inkiwnanment minn dawn il-miżurazzjonijiet. Il-MEPA tista’ tikkonferma li f’dak li għandu x’jaqsam mad-diossidu tal-kubrit (SO2), s’issa għadhom ma ġewx irreġistrati
exceedances
kemm tal-
hourly limit value
ta’ 350ug/m3 kif ukoll tad-
daily limit value
ta’ 125ug/m3 stipulati mid-direttiva 1999/30/EC kif trasposta minn AL 224/2001 mill-istazzjon ta’ kejl kontinwu fiż-Żejtun mill-2007 s’issa.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm kontravenzjonijiet tat-traffiku, u mhux ta' traffiku rapportati mill-gwarjani lokali tul is-sena 2009? Jista' jaqsamhom lokal b'lokal? Jista' jgħid x'kienet r-raġuni tal-kontravenzjoni u kemm nġabru flus minn dawn il-kontravenzjonijiet ?
Local Enterprise Award u Green Challenge Award — sejħa għall-produzzjoni tal-preżentazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ħarġet sejħa għall-offerti għall-produzzjoni tax-xandira tal-preżentazzjoni tal-Local Enterprise Award u Green Challenge Award tal-Kunsilli Lokali? Liema kienu l-kumpaniji li applikaw u, kemm kien il-valur tal-offerti li ntefgħu? Liema kumpanija ntgħażlet? Fuq liema kriterji ntgħażlet din il-kumpanija? Jekk ma saritx sejħa għall-offerti, b'liema mod saret l-għażla? Liema kienu l-kumpaniji li applikaw, kemm kienu l-valur tal-offerti li ntefgħu u liema kumpanija ntgħażlet? Fuq liema kriterji ntgħażlet din il-kumpanija? Jekk ma saritx sejħa għall-offerti, b'liema mod saret l-għażla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li fit-22 ta’ Awwissu 2009, ħarġet sejħa fil-gazzetti għall-Production Houses interessati li jorganizzaw l-attività ta’ l-għoti ta’ premjijiet għall-Gvern Challenge Awards u Local Enterprise Support Awards. Ġiet sottomessa applikazzjoni waħda biss – dik ta’ Where’s Everybody. Il-valur ta’ l-offerta mitfugħa kienet ta’ €26,000.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13634, 13138 u 10806 u jgħid kemm saru riċevimenti f'dawn l-aħħar ħames xhur organizzati jew kordinati mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'kienet l-okkazjoni? Kemm kien hemm persuni mistiedna għal kull riċeviment? Kemm attendew? Kemm swiet l-okkażjoni?
MEPA — applikazzjonijiet pendenti - titjib ta' faċilitajiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-bini, jew titjib ta' faċilitajiet madwar Malta u Għawdex? Fejn jinsabu dawn l-applikazzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità għandha bżonn iktar dettalji biex tkun tista’ twieġeb aħjar din il-mistoqsija.
kunsilli lokali li ffirmaw ftehim mal-Kumpanija Green MT
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li ffirmaw ftehim mal-Kumpanija Green MT, li hi kumpanija tal-GRTU, fejn se jkunu responsabbli mill-ġbir tal-iskart f'dik il-lokalità? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull kuntratt li ġie iffirmat minn xi kunsill lokali mal-Green MT?