Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12824 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — community workers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu x-xogħol tal-community workers fil-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-community workers qed jagħmlu xogħol ta’ maintenance ta’ natura varja li tinkludi wkoll li jieħdu ħsieb il-ġonna, xogħol klerikali jew xogħol ta’ tindif skont l-abbilità tagħhom.
Leg 11 PQ #12825 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Skema tal-ħaddiema tal-IPSL

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-iskema tal-ħaddiema tal-IPSL taħdimx xorta bejn Malta u Għawdex fejn jidħlu kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi filwaqt li l-ħaddiema tal-IPSL f’Malta qegħdin assenjati ma’ Kunsilli Lokali individwali, il-ħaddiema f’Għawdex, minbarra tnejn, qegħdin miġburin f’pool u jagħmlu xogħolijiet f’lokalitajiet diversi skont il-ħtieġa.
Leg 11 PQ #12826 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilliera li rċevew ittra ta' twissija

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12022, jista' l-Prim Ministru jgħid min huma dawk il-kunsiliera li rċevew ittra ta' twissija mid-dipartiment tal-Gvern lokali minħabba kull tip ta' aġir irresponsabbli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali, ingħataw numru kbir ta’ twissijiet, u peress li fuq medda ta’ sittax-il sena dawn huma konsiderevoli, il-ġbir ta’ din l-informazzjoni jieħu fit-tul u r-riżorsi tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali ma jippermettux dan.
Leg 11 PQ #13331 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

European Institute of Education — bini li m'għandux permessi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10969 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Peress li l-bini f’Ta’ Xbiex (Sir Ugo Mifsud Street, Ta’ Xbiex Terrace) qed jintuża mill-European Institute of Education bħala tuition centre u jinżammu fih lezzjonijiet u korsijiet meta l-bini m'għandux il-permessi meħtieġa mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dan l-użu, tista’ l-Ministru tgħid x’passi se tieħu l-pulizija kontra dan il-ksur tal-ligi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13447 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Inċineratur tal-Marsa — skart bil-cholorine

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni tal-Gvern għal diversi rapporti li l-inċineratur tal-Marsa huwa overstretched? Huwa minnu li l-inċineratur tal-Marsa jista' jaċċetta biss skart b’ċertu livell ta' cholorine fih għaliex jipproduċi d-dioxins, iżda li dan iwassal għal spikes? Matul is-sena 2009 kemm-il darba ntuża s- secondary chamber tal-inċineratur, aktar u aktar billi dan suppost jintuża meta jkun hemm il-problemi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux magħruf x'qiegħed jingħad bit-terminu 'overstretched'. Il-kontroll tal-kontenut ta' chlorine fl-iskart huwa l-mezz illi bih ikun ikkontrollat il-levelli ta' dioxins fl-emissjonijiet. Il-kontenut massimu ta' chlorine huwa rregolat mill-permess tal-IPPC. Is-'secondary chamber' huwa parti integrali mill-istruttura tal-impjant, illi għandu l-funzjoni illi l-iskart hu maħruq kompletament u hekk jiġi żgurat illi l-emissjonijiet huma skont il-livelli meħtieġa. Din l-istruttura hija intiża għal użu kontinwu u mhux bħala miżura ta' emerġenza.
Leg 11 PQ #13471 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini ta' parlament ġdid

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13024 u ċioe: Billi l-pjan strutturali jgħid li Parliament and Ministries will concentrate in the Palaces and Auberges of Valletta, jista' l-Prim Ministru jgħid kif jirrikonċilja dan kollu mal-pjanijiet tal-Gvern li jibni Parlament ġdid qrib Bieb il-Belt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13024.
Leg 11 PQ #13473 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rapporti fuq West African Chemical Dumping

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13026 u jgħid x'azzjoni ħa l-Gvern dwar diversi rapporti fil-media u allegazzjonijiet li Malta hija hub tal-West African Chemical Dumping?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13026.
Leg 11 PQ #14069 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Planning regulations fil-konfront tal Belt Valletta

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 13166 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm mill-planning regulations ġew riprodotti fil-planning regulations kontemporanji u f'liema source of law?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14096 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta u Għawdex — applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13257 u 12560, 12276 u 11830 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges f'Malta u Għawdex? X'inhi l-policy tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar ix-shooting ranges?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14252 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Interim From: JEFFREY PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — informazzjoni dwar bordijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministrujinforma lill-Kamra tar-Rappreżentanti kif ġej: a.Liema Bordijiet jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? b.In-numru ta’ diretturi fuq dawn il-bordijiet? ċ.Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel? d.Kemm hemm Chairpersons nisa fuq il-Bordijiet tal-Ministeru konċernat? e.Kemm inħatru diretturi u chairpersons wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14277 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati li jitħallsu mill-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti l-figuri ta' dawk l-impjegati kollha li jitħallsu mill-Gvern maqsumin abbażi ta' nisa u rġiel? X'tip ta' kuntratt: definit/indefinit, konsulenti u kull impjegat b'tip ta' kuntratt ieħor għas-snin 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #14278 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati nisa u rġiel - rtiraw bl-età

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti l-figuri ta' kemm impjegati, nisa u irgiel, fis-Servizz Pubbliku rtiraw bl-età fl-2005, 2006, 2007, 2008 u 2009? Kemm minnhom ingħataw xi tip ta' xogħol ieħor wara li rtiraw abbazi ta' sess u sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-totali ta’ persuni li rtiraw mis-Servizz Pubbliku bl-eta’ bejn is-snin 2005 u 2009, kif ukoll dawk li ngħataw xi tip ta’ xogħol ieħor fl-istess Servizz wara li rtiraw bl-eta’, huma kif jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-figuri huma maqsumin skond is-sess u s-sena li l-persuni rtiraw fiha. Dawn il-figuri jinkludu wkoll uffiċjali pubbliċi li kienu sekondati jew ddettaljati ma’ entitajiet, korporazzjonijiet jew awtoritajiet tal-Gvern. Mit-total ta’ dawk il-persuni li ngħataw xogħol ieħor wara li rtiraw, 46 minnhom reġgħu temmew l-impjieg tagħhom.
Leg 11 PQ #14279 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — impjegati li se jirtiraw

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti l-figuri ta' kemm impjegati, nisa u rġiel, fis-Servizz Pubbliku hu previst li ser jirtiraw fl-età ta' 61 sena fl-2010, 2011, 2012, 2013 u 2014?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni fis-Servizz Pubbliku li ser jilħqu l-eta’ ta’ 61 sena bejn din is-sena u s-sena 2014, maqsumin bejn nisa u rġiel, sena b’sena, huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #14341 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEUSAC — Funding Unit - għajnuna lill-kunsilli lokali u NGOs

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mit-twaqqif f’Novembru 2008 tal-Funding Unit fi ħdan il-MEUSAC lil liema kunsilli lokali u NGOs ġiet offruta għajnuna teknika biex jagħżlu programmi tal-Unjoni Ewropea u biex jimtlew applikazzjonijiet għall-fondi taħt programmi tal-Unjoni Ewropea? X’kienu l-programmi li applikaw għalihom u jekk dawn kienu milqugħa, x’kienet l-għajnuna mogħtija mill-Unjoni Ewropea u għaliex intużat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Funding Unit tal-MEUSAC beda jopera f’Novembru 2008. Il-MEUSAC assista entitajiet tal-gvern, kunsilli lokali u organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-mili ta’ applikazzjonijiet għal proġetti taħt xi programm tal-UE. Bejn Diċembru 2008 u Jannar 2009, saru ’l fuq minn 200 laqgħat individwali ta’ informazzjoni bejn uffiċjali tal- Funding Unit tal-MEUSAC u kunsilli lokali kif ukoll NGOs fuq assistenza teknika fil-mili ta’ l-applikazzjonijiet. Matul l-istess perjodu, ġew sottomessi 84 applikazzjoni minn kunsilli lokali, kif ukoll 36 applikazzjoni minn NGOs, u 7 applikazzjoni minn Dipartimenti tal-Gvern bl-assistenza teknika tal—MEUSAC. Il-programmi huma: Europe for Citizens, Youth in Action, MED, ERDF, EAFRD, - Fondi Rurali Miżuri 313 u 323, ENPI. Minn dawn l-applikazzjonijiet, s’issa rriżultaw dawn il-fondi li ġew allokati lill-Kunsilli Lokali: €1,329,295.50 L-interpellant japprezza li r-relazzjoni bejn il-MEUSAC u l-klijenti tagħha hi waħda ta’ natura fiduċjarja u li l-MEUSAC mhiex fil-pożizzjoni li tiżvela min huma l-klijenti tagħha mingħajr il-kunsens tagħhom.
Leg 11 PQ #14363 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet pendenti - titjib ta' faċilitajiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14170, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif mitlub għal dawk li huma faċilitajiet sportivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14367 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar, Mellieġa, Naxxar u Imġarr — korsijiet organizzati mill-ITS

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentament in-numru ta' studenti mill-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Naxxar u Imġarr li qed jattendu xi wieħed mill-korsijiet organizzati mill-Istitut tal-Istudji Turistiċi? Liema korsijiet qed jattendu dawn il-persuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14375 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord tad-DCC — interviews

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm persuni applikaw għall-ħatra fil-Bord tad-Development Control Commission? Jista' jgħid min huma l-persuni li applikaw u r-riżultati li ġabu waqt l-interviews? Jista' jgħid min huma l-persuni li ġew magħżula għat-tieni interview u kemm ġabu marki rispettivament? Jista' jgħid min kienu l-persuni fuq il-panel ta' l-interviews?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12750 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — flus allokat fil-Budget

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-allokazzjoni tal-flus lill-kunsilli lokali ta' Għawdex fil-Budget 2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi l-allokazzjoni finanzjarja li l-Kunsilli Lokali f’Għawdex ser jieħdu għas-sena 2010.
Leg 11 PQ #12751 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — servizz lir-residenti Għawdxin

Question

B'referenza għar-rapport li deher fuq in-Nazzjoni tas-Sibt 14 ta' Novembru 2009, bl-isem "Is-Sindki Għawdxin Sodisfatti bil-Budget", fejn intqal li l-kunsilli lokali Għawdxin se jkollhom l-għodda meħtieġa biex jagħtu l-aqwa servizz lir-residenti, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi din l-għodda meħtieġa biex jagħtu l-aqwa servizz lir-residenti Għawdxin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Kumitat ta’ Għawdex peress li l-imsemmija stqarrija nħarġet mill-imsemmi Kumitat tar-Reġjun ta’ Għawdex, li hu kompost mir-rappreżentanti tal-erbatax-il kunsilli lokali f’Għawdex. Inżid li l-gvern f’dawn l-aħħar xhur ħa numru ta’ miżuri sabiex jissaħħu l-kunsilli lokali, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Fost il-miżuri ta’ min isemmi ż-żieda fl-allokazzjoni finanzjarja diretta, l-għoti ta’ aktar riżorsi umani, 24 skema ta’ fondi speċjali, għajnuna biex il-Kunsilli Lokali jiksbu fondi tal-Unjoni Ewropea, qafas legali biex bih joperaw aħjar u taħriġ f’diversi oqsma.
Leg 11 PQ #12752 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali t' Għawdex — miżuri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-miżuri kollha mħabbra fir-rigward tal-kunsilli lokali t' Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-miżuri mħabbra kemm fl-Estimi Finanzjarji għas-Sena 2010 għall-Kunsilli Lokali kif ukoll fondi oħra disponibbli taħt skemi oħra (bħall-Urban Improvement Fund ta’ l-Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar u fondi ta’ l-Unjoni Ewropea), ma jagħmlux distinzjoni bejn Kunsilli Lokali f’Malta u Kunsilli Lokali f’Għawdex. Nirreferi l-Onor Interpellant għall-Memo 84/2009 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali li telenka l-iskemi u l-fondi kollha disponibbli għall-Kunsilli Lokali u li kopja tagħha intbgħatitlu meta nħarġet bħal ma jintbgħatulu l- memos kollha.