Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #14231 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Wied l-Infern - tindif

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża minfuqa biex sar tindif fil-Wied tal-Infern fil-limiti taż-Żebbuġ Għawdex, wara tfiegħ illegali ta' radam f'dan il-wied fl-2007?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14234 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Direttur Artistiku — kummissjoni fuq proġett Pjazza San Ġorġ

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-persuna, li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, bħala Direttur Artistku fuq proġetti urbani, tħallas kummissjoni għax-xogħol li wettaq fuq il-proġett tal-Pjazza San Ġorġ? Jekk iva, kemm kienet tammonta din il-kummisjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li se jagħti l-Onorevoli George Pullicino.
Leg 11 PQ #14399 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Complement ta' skrivani mal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' vakanzi li bħalissa hemm f'dak li hu complement ta' skrivani mal-Gvern? Meta hu mistenni li jiġu impjegati l-iskrivani li hemm nieqsa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-postijiet ta’ Skrivan jimtlew skont dawk il-ħtiġijiet tas-Servizz Pubbliku minn żmien għal żmien, hekk kif miftiehma waqt il-capacity building fora li jsiru regolarment bejn il-Management and Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Ministeru tal-Finanzi u l-Ministeri konċernati. Is-sejħa għall-applikazzjoni għall-iskrivani ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern tal-20 ta’ Novembru 2009 u bħalissa l-Bord tal-Eżamijiet qed jagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex isir il-proċess ta’ l-għażla.
Leg 11 PQ #14401 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — terminal tal-passiġieri fiċ-Ċirkewwa

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux minnu li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar approvat pjanti ġodda għat-terminal tal-passiġieri fiċ-Ċirkewwa, li fost l-oħrajn naqqsu t-talba tal-istess Awtorità, li fil-passat b'insistenza talbet li jinbena wave wall li kien se jiswa mijiet ta' eluf ta' liri Maltin (dak iż-żmien)? Jekk fl-affermativ, x'wassal għal din il-bidla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12878 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Flus lill-kunsilli lokali minn ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12061 u ċioe: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10573, jista' il-Prim Ministru jgħid miċ-ċitazzjonijiet li weħlu dawk il-persuni li ħammġu, kemm ħadu flus kull kunsill lokali miċ-ċitazzjonijiet li ngħataw mill-wardens u minn dawk li ngħataw mill-Pulizija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-flus li kull Kunsill Lokali ħa minn ċitazzjonijiet miġbura mill-gwardjani lokali u mill-pulizija kollettivament għal kontravvenzjonijiet ta’ littering. Dan ikopri l-perjodu minn mindu ġiet delegata din l-infurzar tal-liġi (mill-1999 sal-31 ta’ Diċembru 2009).
Leg 11 PQ #12880 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — abbużi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12030 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-investigazzjonijiet li saru fuq abbużi li għamlu xi kunsilli lokali? Liema huma dawn il-kunsilli lokali ? X'kienu l-allegazzjonijiet ta' abbużi ? X'passi ttieħdu mid-dipartiment għall-Gvern Lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12030.
Leg 11 PQ #12881 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — ksur ta' regolament finanzjarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12031 u jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li kisru regolamenti finanzjarji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12030.
Leg 11 PQ #12882 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

post għall-għadd tal-voti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12032 u jikkonferma li l-għadd tal-voti għall-elezzjoniet ġenerali, għall-kunsilli lokali u għall-Membri tal-Parlamentari Ewropew mhux se jibqgħu jsiru n-Naxxar? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għaliex u fejn se jibda jsir l-għadd tal-voti ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12032.
Leg 11 PQ #12916 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environmental Initiatives Partnership Programme — fondi miġbura

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12071 u jgħid fejn marru l-flus mill-fondi li nġabru sal-31 ta' Lulju 2009 mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-Environmental Initiatives Partnership Programme li kien jammonta għall-€2,952.901? B'liema mod il-lokalitajiet ta' pajjiżna bbenefikaw minn dan il-fond ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12071.
Leg 11 PQ #13474 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

advertising campaign dwar il-budget

Question

Jista' Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13021 u jgħid kemm intnefqu flus f'reklami awdjoviżivi u stampati dwar il-budget wara li tħabbar? Liema kienet id-ditta li ħadet ħsieb l-advertising campaign inkluż l-art work flimkien mal-kitba tat-text tar-reklami? Kemm tħallset u kif intgħażlet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li tħallas total ta’ €29,080.42 f’reklami stampati fil-gazzetti lokali, €1162 f’online banners, u €162 f’reklamar fuq ir-radju. Sar avviż dwar il-baġit li ġie mxandar ukoll fuq TVM u Radju Malta permezz tal-Public Service Obligation. Il-Lighthouse Communications Ltd. intgħażlet b’mod dirett biex tikkoordina l-kampanja tal-Baġit u ntefqu total ta’ €18,199.76 fuq produzzjoni ta’ reklami awdjoviżivi għat-televiżjoni, għar-radju, għall-użu online u għall-gazzetti stampati. Dan il-fond intuża wkoll għad-disinn u koordinament ta’ ktejjeb li ntbagħat lir-residenti kollha ta’ Malta u Għawdex, kif ukoll għall-preparamenti ta’ xogħolijiet konnessi u l-produzzjoni ta’ backdrops, pop-up stands u fotografija fost affarijiet oħra. Intefqu wkoll €1217.64 għal reklami bil-kulur li dehru fil-gazzetti stampati. Dawn ġew koordinati mill-kumpanija JP Advertising Limited.
Leg 11 PQ #13495 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Initiative scheme for local councils

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu ġew allokati fondi għall-isports initiative scheme for local councils aktar kmieni din is-sena? Liema kienu l-kunsilli lokali li bbenefikaw minn dan? Kemm kien hemm għaqdiet sportivi li bbenefikaw? Kemm minnhom għad għandhom refużjonijiet pendenti x’jieħdu u kemm ilaħħqu b’kollox individwalment? Meta mistenni jsir dan il-final settlement?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għall-iSports Initiative Scheme tal-2009 ġew ivvotati € 60,000 li ħarġu nofs mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport u nofs mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi dawk il-Kunsilli Lokali li bbenefikaw minn din l-iskema. Dawn il-Kunsilli huma marbutin li jsegwu proċess biex ikunu jistgħu jieħdu dawn l-ammonti, fosthom li jipproduċu evidenza tal-avveniment u tal-infieq li jkunu għamlu. S’issa huma tlett Kunsilli li bagħtu id-dokumenti kollha u tħallsu. Dawn huma il-Mellieħa, ir-Rabat (Għawdex) u ix-Xagħra (Għawdex).
Leg 11 PQ #13505 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Flyash

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mistennija toħroġ il-permessi għall-esportazzjoni tal-flyash li għadu maħżun Delimara sakemm joħorġu dawn il-permessi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-permess għall-esportazzjoni tal-flyash (Ref MT 08/000014) inħareġ fl-20 ta' Novembru 2009.
Leg 11 PQ #13556 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti mhux aċċettati għall-fond ambjentali mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13085, 12818 u 12351, li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu, u jikkonferma li Malta hija waħda minn erba' stati membri tal-Unjoni Ewropea li naqset milli tibbenefika mill-fond ambjentali ta’ €207 miljun tal-Unjoni Ewropea allokati lill-proġetti ambjentali taħt il-Life Programme għas-sena li għaddiet? Jikkonferma li l-erba' proġetti sottomessi minn pajjiżna lkoll ġew skwalifikati minħabba li ma laħqux il-livelli u s-selection criteria meħtieġa? Bħala Gvern Malti, jista' jgħarrafna għaliex l-ebda proġett Malti ma ġie approvat jew saħansitra aċċettat u dan meta pajjiż żgħir ġirien tagħna li ssieħeb magħna bħal Ċipru, irnexxielu jirċievi 'l fuq minn €6 miljun b’rabta ma' ħames proġetti differenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-applikazzjonijiet sottomessi minn enti pubbliċi (il-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u l-WasteServ Malta) għall-finanzjament taħt il-Life Programme fis-sejħa tal-2008 u deċiżi matul is-sena li għaddiet flimkien mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Ma nistax inpoġġi informazzjoni dwar iż-żewġ applikazzjonijiet l-oħra għax m’humiex minn enti kontrollati mill-Gvern. Il-Gvern jixtieq li jsir użu massimu minn pajjiżna mill-fondi taħt il-programmi tal-UE. Għar-rigward dan il-programm, matul is-sena li għaddiet saru numru ta’ seminars u laqgħat individwali għal partijiet interessati biex jipprovdu kemm informazzjoni u assistenza.
Leg 11 PQ #14184 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni Enemalta — Principal Technical Officer

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13791 u jgħid x'inhi l-pożizzjonii tiegħu dwar il-każ fejn l-Uffiċċju tal-Ombudsman sab li impjegat tal-Enemalta li ma kienx aċċettat għal kariga ta' Principal Technical Officer mill-Human Resources Department spiċċa xorta ingħata dan l-impjieg wara li intervjena għan-nom tiegħu c-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta, li dettalji tiegħu qed jintbagħat separatament? Qed ikunu kkunsidrati li jittieħdu passi dwar dan il-kaz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14183.
Leg 11 PQ #14372 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Furjana, Taxxi Interni — xogħlijiet ta' refurbishment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tatx permess għax-xogħol ta' refurbishment li qiegħed isir fi Block IV tat-Taxxi Interni, fil-Furjana li jinkludi twaħħil ta' aperturi tal-aluminium mal-faċċata ta' bini skedat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14395 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' kunsilli lokali li talbu biex jieħdu sehem f'inizjattiva pożitiva dwar il-bini/tiswijiet ta' ħitan tas-sejjieħ? Liema huma dawn il-kunsilli lokali? Meta hu mistenni li jkun hemm deċiżjoni dwar dawn it-talbiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14437 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender documents sottomessi rigward proġetti finanzjati jew ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea f'din l-aħħar sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onorevoli Interpellant hu nfurmat li d-dokumenti li qed jitlob jikkontjenu nformazzjoni ta’ natura kummerċjali u għalhekk mhux indikat li ‘tender documents’ jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #12766 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — vetturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12019 u jgħid kemm hu n-numru ta' vetturi li għandu fuq ismu kull kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 12766 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #12811 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — riżorsi umani

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12026, jista' l-Prim Ministru jgħid kif inhu mistenni l-Gvern ikompli jgħin lill-kunsilli lokali b'riżorsi umani kull fejn huwa possibbli? Jista' jgħid jekk hemmx xi kunsilli lokali li għamlu talba biex iżidu l-impjegati mal-kunsilli lokali tagħhom? Liema huma dawn il-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fejn jidħlu riżorsi umani, il-Gvern jgħin lill-Kunsilli Lokali b’diversi modi. Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali għandhom diversi ħaddiema tal-IPSL (ex-tarznari), ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħolijiet, ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma kif ukoll persuni li jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni tat-Taħriġ u l-Impjieg assenjati magħhom. Il-Kunsilli Lokali ma joħorġux is-salarju ta’ dawn il-ħaddiema. F’dan ir-rigward nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13648. Barra minn hekk, fl-emendi l-ġodda tal-Att dwar Kunsill Lokali (KAP 363), il-Gvern daħħal klawsola li biha kull Kunsill li jħoss il-ħtieġa li jimpjega persuni klerikali aktar mil-limitu stabbilit mil-liġi, jista’ jagħmel dan wara li jkun għamel talba ġustifikata lid-Dipartiment għal Gvern Lokali.
Leg 11 PQ #12817 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Ħaddiema tal-IPSL

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12024 u jgħid kemm għandu ħaddiema tal-IPSL kull kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.