Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #13013 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — nies li jivvutaw skond il-ħames reġjuni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' nies li jivvotaw skond il-ħames reġjuni l-ġodda kif komposti fil-Liġi tal-Kunsilli Lokali, reġjun reġjun?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta’ persuni li huma rreġistrati bħala votanti fl-aħħar reġistru elettorali tal-Kunsilli Lokali (Ottubru 2009) skont il-ħames reġjuni huma: Reġjun Għawdex: 29,768 Reġjun Tramuntana: 74,640 Reġjun Ċentrali: 86,272 Reġjun Nofsinhar: 78,886 Reġjun Xlokk: 73,657 Madankollu, meta ġew iffurmati r-Reġjuni, ittieħdu inkonsiderazzjoni fatturi oħrajn bħal eżempju: il-popolazzjoni f’kull reġjun. Tajjeb ngħid li l-popolazzjoni f’dawn ir-reġjuni hija: Għawdex: 37,224 Tramuntana: 93,945 Ċentrali: 106,725 Nofsinhar: 95,242 Xlokk: 100,462
Leg 11 PQ #13114 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — attivitajiet organizzati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'riżultat tal-fond ta' €277,000 bejn l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta u d-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex jiġu organizzati attivitajiet differenti fil-lokalitajiet tagħhom, kemm se toħoroġ l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-fond ta’ €277,000, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu se tkun qed toħroġ €100,000 sabiex jiġu organizzati attivitajiet kulturali mill-kunsilli lokali fil-lokalitajiet tagħhom.
Leg 11 PQ #13687 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — kwalifiki minimi għal spetturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki minimi basiċi mitluba fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kull meta ssir sejħa għall-mili tal-postijiet vakanti ta' spetturi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bil-kwalifiki kurrenti applikabbli għal postijiet vakanti ta' spetturi.
Leg 11 PQ #13760 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Waste Packaging producers - audit trail

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm u liema skemi ta’ waste packaging producers għandhom audit trail tal-operat tagħhom mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Minn kemm ilhom joperaw dawn l-audit trails f’kull każ partikulari? X’inhi l-fehma uffiċjali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar dan l-operat? L-Awtorità tiddistingwi bejn waste packaging producers u collector? Jekk iva, kif? Jista' jassigura lill-Kamra li fl-analiżi u fil-monitoraġġ tagħha l-Awtorità tiżgura li l-kumpaniji taħt kunsiderazzjoni fejn jidħol monitoraġġ huma konformi mad-definizjoni ta’ producer skond it-termini tal-Att dwar Eko Kontribuzzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-produtturi ta' l-ippakkjar għandhom l-obbligu li jirreġistraw mal-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) bħala hekk imsemmija, kif ukoll li jipprovdu d-data f'dan ir-rigward. Kull produttur huwa obbligat li jżomm audit trail adegwata ta' l-operat tagħhom sabiex tiġġustifika l-ammonti li ġew impoġġiha fuq is-suq kif ukoll dak li ġie rkuprat/riċiklat. Hemm ukoll numru ta' produtturi li jagħżlu li jissieħbu ma' skema sabiex din tilħaq l-obbligi tagħhom għan-nom tal-produtturi membri tagħhom. F'dan il-każ l-iskema għandha l-obbligu li żżomm l-audit trail hi, u għandha obbligu ieħor li tqabbad awditur sabiex jagħmel dan. Bħalissa l-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) qed tħejji pjanijiet sabiex toħroġ tender sabiex t'ingaġġa awdituri jgħinu lill-Awtorità ssaħħaħ din is-sistema u bl-għan li l-audit trails tal-produtturi jiġu verifikati. Iva, l-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tiddistingwi bejn produtturi ta' l-ippakkjar u collectors . Produtturi ta' l-ippakkjar huma dawk li jpoġġu materjal ta' l-ippakkjar fuq is-suq Malti, jew permezz ta' importazzjoni jew produzzjoni, u kif ġa msemmi għandhom l-obbligu li jirreġistraw mal-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Il- collectors huma dawk li jiġbru l-iskart, u huma wkoll suġġetti għar-reġistrazzjoni tal-vettura tagħhom. L-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) mhijiex l-Awtorità kompetenti fir-rigward tal-Att dwar l-Eko Kontribuzzjoni.
Leg 11 PQ #14419 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Green Challenge Award

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14062 u jikkonferma li minkejja talbiet ripetuti, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ma ngħatatx id-dritt li tappunta rappreżentant fuq il-bord tal-għażla tal-Green Challenge Award tal-Kunsilli Lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kien hemm talba waħda li ġiet imwieġba fejn ingħatat ir-raġuni għal dan u din kienet sabiex l-ebda membru fuq il-ġurija ma jista’ b’xi mod ikollu kunflitt ta’ interess. Dan peress illi l-membri kollha tal-Ass Kunsilli Lokali huma Sindki jew Kunsilliera f’xi wieħed mill-Kunsilli Lokali u din kienet kompetizzjoni bejn il-Kunsilli Lokali kollha ta’ Malta u Għawdex.
Leg 11 PQ #14420 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Green Challenge Award

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14061 u jgħid min kienu l-membri tal-bord tal-għażla tal-Green Challenge Award tal-Kunsilli Lokali? B'liema kriterji ingħataw il-punti għal dan il-premju? Jista' jippubblika lista sħiħa u ċertifikata tal-punti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-membri tal-ġurija kienu s-Sur Natalino Attard, Direttur Gvern Lokali, is-Sur Anton Vella fis-Segretarjat tal-Ministeru għall-Finanzi l-Ekonomija u l-Investiment fil-unit inkarigata mill-intrapriżi żgħar u medji (SME’s), is-Sinjura Marija Buttigieg, Assistent Direttur fis-Segretarjat tal-Ministeru għall-Finanzi l-Ekonomija u l-Investiment fil-unit inkarigata mill-intrapriżi żgħar u medji (SME’s), is-Sinjura Cynthia Misokova fit-Taqsima Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u s-Sur Vince Attard, Kap Eżekuttiv tan-Nature Thrust. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- Guidance Notes dwar l-iskema u li abbażi tagħhom ingħataw il-punti. Qed inpoġġi wkoll il-lista ta’ l-Applikanti kollha u dawk li ġew eliġibbli għas-semi finali.
Leg 11 PQ #14421 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali — rappreżentant

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14060 u jikkonferma li minkejja talbiet ripetuti, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ma ngħatatx id-dritt li tappunta rappreżentant fuq il-bord tal-għażla tal-Local Enterprise Award tal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kien hemm talba waħda li ġiet imwieġba fejn ingħatat ir-raġuni għal dan.
Leg 11 PQ #14422 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Local Enterprise Awards

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14059 u jgħid min kienu l-membri tal-bord tal-għazla tal-Local Enterprise Awards tal-kunsilli lokali? B'liema kriterji ingħataw il-punti għal dan il-premju? Jista' jippubblika lista sħiħa u ċertifikata tal-punti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-membri tal-ġurija kienu s-Sur Natalino Attard, Direttur Gvern Lokali, is-Sur Anton Vella fis-Segretarjat tal-Ministeru għall-Finanzi l-Ekonomija u l-Investiment fil-unit inkarigata mill-intrapriżi żgħar u medji (SME’s), is-Sinjura Marija Buttigieg, Assistent Direttur fis-Segretarjat tal-Ministeru għall-Finanzi l-Ekonomija u l-Investiment fil-unit inkarigata mill-intrapriżi żgħar u medji (SME’s), is-Sinjura Cynthia Misokova fit-Taqsima Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli fl-Uffiċju tal-Prim Ministru u s-Sur Vince Attard, Kap Eżekuttiv tan-Nature Thrust. Qed inpoġġi fuq il-Mejda il- Guidance Notes dwar l-iskema u li abbażi tagħhom ingħataw il-punti. Qed inpoġġi ukoll il-lista ta’ l-Applikanti kollha u dawk li ġew eliġibbli għas-semi finali.
Leg 11 PQ #14450 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

informazzjoni dwar lukandi 3-star

Question

B’referenza għat-Tabella 5.5 tal-Economic Survey 2009, bit-titlu Main Types of Tourist Accomodation, jista’ l-Prim Ministru jispeċifika liema kienu l-lukandi 3-star li bejn Diċembru 2008 u Awwissu 2009, żdiedu jew naqsu mal-korp tal-lukandi 3-star biex jagħtu żieda netta ta’ żewġ lukandi fil-perjodu indikat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika marbut bil-liġi li ma jiżvelax informazzjoni li permezz tagħha jistgħu jkunu identifikati individwi jew entitajiet, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata. Rigward proviżjoni ta’ statistika dwar l-alloġġ (accommodation) għat-turisti, l-informazzjoni ser tingħata fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 14451.
Leg 11 PQ #14462 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — nisa tqal li jaħdmu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin, kull xahar separatament, ta' nisa Għawdxin tqal li jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministru biex matul it-tqala tagħhom jiġu trasferiti proviżorjament f'Għawdex? Jista' jgħid meta ntlaqgħet kull talba mill-bord konċernat u jgħid meta ġie awtorizzat it-trasferiment proviżorju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien hemm talba waħda biss ta’ nisa Għawdxin tqal li talbu biex jiġu trasferiti proviżorjament f’Għawdex matul it-tqala tagħhom f’dawn l-aħħar ħames snin. Din it-talba saret fil-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. It-talba ġiet milqugħa f’Ottubru ta’ 2009 u ġiet awtorizzata f’dan l-istess xahar.
Leg 11 PQ #14483 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: NINU ZAMMIT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Freeport — estensjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta approvata li tindika l-area (sq.metres.) ta' estensjoni tal-bankina kif ukoll it-tkabbir tal-quays (metres) fil-Malta Freeport Terminal, liema estensjoni u tkabbir ġew approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-ġimgħa li għaddiet? Jista' jgħid ukoll jekk din l-estensjoni hix marbuta ma' xi obbligazzjoni finanzjarja min-naħa tal-Gvern, bħal ħlas ta' dredging eċċ ., kif ukoll jekk l-istess estensjoni hix se timmodifika jew taffettwa b'xi mod il-parametri tal-kirja u/jew l-liċenzja tal-immaniġġjar tal-Malta Freeport?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14485 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord tad-DCC — Għażla tal-membri

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14158 u jgħid jekk intgħażlux il-membri l-ġodda tal-Bord tad-Development Control Commission ? Jista' jgħid x' weightings saru jew kif ingħataw il-marki waqt l-intervisti li saru fl-għażla ta' dawn l-uffiċjali pubbliċi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess tal-għażla tal-membri li ser jiffurmaw l-Environment and Planning Commission għadu għaddej u għaldaqstant m’huwiex opportun li tingħata risposta.
Leg 11 PQ #14486 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — skema tal-bdil tal-gallariji

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13680 u jgħid għaliex il-maġġor parti tal-familji li daħlu fl-iskema tal-bdil tal-gallariji ta' l-injam mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qabel l-elezzjoni ġenerali, għadhom ma tħallsux minkejja li għaddew aktar minn sentejn? Jista' jgħid meta se jintbagħtu l-ħlasijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi taħt l-iskema ta' Jannar 2008 l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar irċiviet ’il fuq minn 590 applikazzjoni sabiex isiru xogħolijiet fuq il-galleriji ta' l-injam. Bħalissa ġew imħallsa 202 applikazzjoni, hemm 392 applikazzjoni pendenti li minnhom 64 għadhom qed jiġu pproċessati minħabba diversi raġunijiet ta' diskrepanzi fl-applikazzjonijiet milqgħuha. Qed inpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra tabella b'iktar dettalji. Id-diversi lmenti li saru fuq l-ipproċessar huma dovuti għal diversi raġunijiet fosthom: - Id-data ta' l-għeluq għal sottomissjonijiet tal-irċevuti tal-VAT kienet fil-25 ta' Frar 2009. Minħabba l-fatt li kien hemm ħafna mill-applikanti li ma setgħux jagħmlu x-xogħolijiet sa din id-data, il-MEPA estendiet id-data sa l-aħħar ta' Diċembru 2009. - Bosta applikazzjonijiet, li ftit minnhom għadhom qed jiġu spezzjonati, ma kienux jissodisfaw il-linji gwida u l-kriterji ta' l-iskema. - Kien hemm applikazzjonijiet li ma ġewx ippreżentati bid-dokumenti mitluba bħal ma huma pjanti, dettalji tax-xogħolijiet u ritratti. - Kien hemm applikazzjonijiet oħra li ma kienux qed jirriflettu d-dokumenti sottomessi bħal riċevuti tal-VAT u stimi ta' xogħol. - Kien hemm applikazzjonijiet li x-xogħolijiet u d-dokumentazzjoni u l-ispejjeż ma kienux jaqblu. - Il-proċess jinkludi wkoll stadju ta' ipproċessar mill- Unit tal-Finanzi tal-MEPA sabiex tivverifika u tiggarantixxi l-possibilità ta' fondi neċessarji sabiex tħallas skont il- Committment li sar mill-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 11 PQ #14539 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Furjana — Dipartiment tat-Taxxi Interni - xogħlijiet ta' refurbishment

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14372 u jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tatx permess għax-xogħol ta' refurbishment li qiegħed isir fi Block IV tat-Taxxi Interni, fil-Furjana li jinkludi twaħħil ta' aperturi tal-aluminium mal-faċċata ta' bini skedat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12917 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — programmi li bbenefikaw minnhom

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12066 u 10567 u jgħid minn meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea liema huma l-kunsilli lokali li bbenefikaw minn xi programm tal-Unjoni Ewropea? Liema hu l-programm? Kemm kien l-ammont fi flus li ibbenefika minnhom kull kunsill? Kemm kien intitolat li jista' jibbenefika minn dan il-programm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12918 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Unjoni Ewropea — Programmi għal kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12064 u 10564 u jgħid liema huma l-programmi ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea li fil-preżent qed jibbenefikaw minnhom l-kunsilli lokali? X'inhu l-budget ta' kull programm? X'inhu l-iskop ta' kull programm? Liema huma l-kunsilli lokali li qed jagħmlu użu minn kull programm? X'inhu l-perjodu ta' użu għal kull programm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12967 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Commuted Parking Payment Scheme — flus miġbura

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12072 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10545, jista' l-Prim Ministru jgħid fejn marru il-flus li daħlet u ċioe li nġabru mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-Commuted Parking Payment Scheme? B'liema mod ibbenefikaw il-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-flus li nġabru mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-Commuted Parking Payment Scheme sat-30 ta' Settembru 2009 jammontaw għal €11,135,895. Dawn ġew allokati hekk kif ġej: € Kontribuzzjonijiet miġbura minn applikanti 11,135,895 Interessi miġbura 1,521,231 Dħul ieħor 2,329 Tariffi bankarji (718) Tariffi amministrattivi (1,686,915) Inizjattivi u proġetti (941,077) Self għax-xiri ta' Hexagon House (3,094,000) Bilanċ 6,936,746 L-Inizjattivi u proġetti huma hekk kif ġej: Spiża € Proġett tal-Park and Ride 688,612.28 Reklami 2,156.37 Servizz tal-linja b'xejn Milied 2007 128,115.54 Spejjeż oħra 69.88 Studju 11,617.52 Survey 1,276.73 Xogħlijiet fil-Mosta 74,539.94 Xogħlijiet f'Pender Place 11,646.87 Xogħlijiet f'San Ġiljan 7,304.40 Xogħlijiet f'San Pawl il-Baħar 5,648.73 Contribution to a project carried out jointly with Leicester City Council 10,089.19 941,077.00
Leg 11 PQ #12968 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEUSAC — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12085 u ċioe: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10565, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi it-tifsira ta' kull programm: Europe for Citizens, Youths in Action, MED, Youth in Action-EVS, Youth in Action-Youth Initiative, ERDF, ERDF-Education, Rural Funds Measure 313, Rural Funds Measure 323? Jista' jgħid x'benefiċċju għandu kull programm u fejn waslet it-talba li għamlu l-kunsilli lokali għall-applikazzjoni biex jibbenefikaw minn wieħed jew aktar minn dawn il-programmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13614 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — compliance certificates

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13090 u 12762 u jgħid jekk meta jinħarġu compliance certificates mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dawn jintbagħtux bil-posta jew jingħatawx by hand across the counter mill-enforcement officers? Ir-raġuni hija ovvja għaliex meta dawn jinħarġu bl-idejn ir-riskju ta’ korruzzjoni fil-ħruġ ta’ permessi simili jikber. Jekk m'għadhomx jinħarġu by hand, jista' jgħid meta twaqqfet din il-prattika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13090.
Leg 11 PQ #13685 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Uffiċċju tad-Direttorat tal-Ippjanar

Question

Billi dan l-aħħar poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ internal email tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fejn deher ċar li l-Uffiċċju tad-Direttorat tal-Ippjanar kien irrikmanda li m'għandhom jsiru ebda kuntatti diretti mal-Uffiċċju tal-Awditur tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Prim Ministru jirrikonċilja dan ma' tweġiba parlamentari preċedenti fejn ingħatajt x’nifhem li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qatt ma kienet ħarġet struzzjonijiet simili?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.