Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ikel u fuq take-aways - Infiq

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20517 u jgħid kemm intefqu flus fuq ikel u fuq take-aways mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Pakkett finanzjarju — Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-pakkett finanzjarju tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u li issa assuma r-responsabbiltà ta' Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (ABELA, ROBERT)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ikel u fuq take-aways - Infiq

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq ikel u fuq take-aways mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor, Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Leġiżlazzjoni sussidjarja 549.37 — persuni akkużati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15860 u 17069 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u lill-Ministru għall-Finanzi u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15010, jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport sar mal-Pulizija b'rabta ma' ksur tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.37 - Regolamenti dwar Valutazzjoni u Maniġġjar ta' Ħsejjes fl-Ambjent? Jekk kien il-każ, jista’ l-Ministru jipprovdi d-dati flimkien mal-akkużi u l-lok ta' fejn seħħ il-każ?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Kalkara — Forti Ricasoli - ħażna taż-żejt

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15009, 15859 u 17068 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Finanzi u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14339 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid x'passi qed tieħu biex il-faċilità tal-ħażna taż-żejt ma tibqax fil-Forti Ricasoli fil-Kalkara?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Faċilità tal-Ħażna taż-Żejt

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15008, 15858 u 17067 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Finanzi u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14340 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid jekk hemmx il-ħsieb illi l-faċilità tal-ħażna taż-żejt issir offshore u ma tibqax fil-Forti Ricasoli fil-Kalkara?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18167.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Imħallef Emeritus Antonio Mizzi huwa d-Deputy Chairperson tal-Project Selection Appeals Board fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u għandu ħlas ta’ €7,700 fis-sena.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Events

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm saru events organizzati mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ jista’ jgħid ukoll: (i) x’kienet it-tema; (ii) kemm ġiet tiswa kull event; (iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.); (iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol; (v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li biex tinġabar din l-informazzjoni kif mitluba tinqabeż l-advisory cost.

Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid: i. f’kemm-il deċiżjoni mit-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi ġew mogħtija danni morali a tenur tal-artikolu 21 tal-Kap. 378 mis-sena 2000 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena; ii. kemm kien hemm istanzi fejn it-Tribunal ta d-danni morali massimi ta’ €500; iii. kemm attwalment hemm arbitri li jippresiedu t-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi u f’kull każ jista’ jgħid meta ġew appuntati u meta tispiċċa l-ħatra ta’ kull wieħed minnhom; iv. kemm saru appelli minn deċiżjonijiet mogħtija mit-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena; v. kemm saru talbiet minn nies residenti f’Għawdex quddiem it-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi matul l-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari; u vi. kemm saru talbiet kontra kummerċjanti f’Għawdex quddiem it-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi matul l-2023 sal-ġuranta li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat kif ġej: i. SENA Danni Morali 2022 Nil 2023 23 2024 7 ii. Ninsab nfurmat li kien hemm żewġ istanzi fejn it-Tribunal ta d-danni morali massimi ta’ €500: iii. Nru. Arbitru Bidu tal-Ħatra Tmiem tal-Ħatra 1 Dr. Richard Sladden 23 ta’ Jannar 2023 22 ta’ Jannar 2026 2 Dr. Martha Mifsud 17 ta’ Ġunju 2023 16 ta’ Ġunju 2026 3 Dr. Michela Spiteri 11 ta’ Mejju 2023 10 ta’ Mejju 2026 4 Dr. Mattia Felice 6 ta’ Settembru 2021 5 ta’ Settembru 2024 5 Dr. Charmaine Cherret 12 ta’ Diċembru 2022 11 ta’ Diċembru 2025 6 Dr. Deborah Schembri 12 ta’ Diċembru 2022 11 ta’ Diċembru 2025 iv. APPELLI 2020 3 2021 3 2022 5 2023 9 2024 13 v. Ninsab nfurmat li kien hemm 24 talba minn nies residenti f’Għawdex quddiem it-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi matul l-2023 sal-llum; vi. Ninsab nfurmat li kien hemm 30 talba kontra kummerċjanti f’Għawdex quddiem it-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi matul l-2023 sal-llum.

Direttiva (UE) 2024/1203

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19755 mogħtija fis-seduta tad-19 ta’ Ġunju 2024, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema hu l-Ministeru li qed jieħu ħsieb l-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva (UE) 2024/1203 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali u li tissostitwixxi d-Direttivi 2008/99/KE u 2009/123/K?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru responsabbli huwa dak għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol.

Ħaddiema tas-Servizz Pubbliku — Sejħiet għal Principals u Senior Principals

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta (xahar u sena) ħarġu l-aħħar sejħiet għal Principals u Senior Principals mas-Servizz Pubbliku? Jista’ jgħid ukoll fiex wasal il-proċess u meta se jerġgħu joħorġu (xahar u sena) is-sejħiet għal dawn il-karigi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-aħħar sejħiet għal Uffiċjal Prinċipali u Uffiċjal Prinċipali Anzjan, ħarġu fit-30 ta’ April 2021 u fl-24 ta’ Settembru 2021, rispettivament. Il-proċess fir-rigward taż-żewġ sejħiet huwa magħluq u l-validita’ taż-żewġ riżultati issa skadiet. Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħiet joħorġu skont il-ħtieġa tas-Servizz Pubbliku.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20105 u jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħataw lill-ħaddiema mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16513.

Għawdex — Diversifikazzjoni tal-ekonomija - Proġetti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proġetti hemm maħsuba sabiex Għawdex jiddiversifika l-ekonomija tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Xogħol ta’ refurbishment

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti elenku tal-ispejjeż li ntefqu fuq xogħol ta’ refurbishment fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' f'kull każ jgħid kemm kienet l-ispiża tax-xogħol, fiex kien jikkonsisti x-xogħol, min għamel ix-xogħol, u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'direct order, quotations, tender jew mod ieħor?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Petty cash - Infiq

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti elenku tal-infiq li sar bil-petty cash mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, bejn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali - Press conferences

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid kemm saru press conferences mill-istess Segretarjat Parlamentari u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll: (i) x’kienet it-tema; (ii) kemm ġiet tiswa din il-press conference; (iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.); (iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol; (v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li biex tinġabar din l-informazzjoni kif mitluba tinqabeż l-advisory cost.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza - Press conferences

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, jgħid kemm saru press conferences mill-istess Segretarjat Parlamentari u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll: (i) x’kienet it-tema; (ii) kemm ġiet tiswa din il-press conference; (iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.); (iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol; (v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li biex tinġabar din l-informazzjoni kif mitluba tinqabeż l-advisory cost.

Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kontijiet awditjati tal-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali maqsuma sena b’sena minn kemm ilu mwaqqaf, u jagħti breakdown tal-proġetti li fuqhom intefqu l-flus li daħlu f'dan il-fond?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra. Għalkemm irrid ngħid li r-rapporti awditjati wieħed isibhom online.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Press conferences

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm saru press conferences mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll: (i) x’kienet it-tema; (ii) kemm ġiet tiswa din il-press conference; (iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.); (iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol; (v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li biex tinġabar din l-informazzjoni kif mitluba tinqabeż l-advisory cost.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħataw lill-ħaddiema mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.