Pazjenti tar-Renal Unit f’Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex – tilqima kontra l-COVID-19
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Parlament meta hu maħsub li l-istaff u l-pazjenti tar-Renal Unit f'Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex ser jingħataw it-tilqima kontra l-COVID-19?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istaff kollu ta’ Mater Dei li għandhom clinical contact, kollha ngħataw il-vaċċin kontra l-COVID-19. Rigward pazjenti, Mater Dei ser taddotta l-Prioritisation Plan stabbilit mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. Minn nhar l-Erbgħa 27 ta’ Jannar, Mater Dei ser tibda tagħti l-vaċċin lill-pazjenti mill-Onkoloġija.
Mediċini b’xejn – tibdil tad-disinn u l-ippakkeġġjar tal-mediċini
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Parlament x'inhuma r-raġunijiet għaliex l-għamla u d-disinn tal-ippakkeġġjar tal-mediċini u tal-mediċini nfushom li għalihom hu intitolat b'xejn il-pubbliku, jinbidel daqstant ta’ spiss? Jista' l-Gvern jikkonsidra li jnaqqas jew jevita dan it-tibdil, dan sabiex partikularment l-anzjani u persuni vulnerabbli jkollhom anqas diffikultajiet iżommu mar-rutina tal-mediċini li jieħdu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li x-xiri ta’ mediċini jsir permezz ta’ sejħiet pubbliċi li diversi kumpaniji jistaw jikkompetu, l-għamla u d-disinn tal-ippakkeġġjar tal-mediċini jkun determinat skont min ikun rebaħ is-sejħa.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17438, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid minn min hu kompost il-bord li jiddeċiedi fuq każijiet umanitarji? Jista' jispjega wkoll xi proċedura jew kriterji jsegwi dan il-bord biex jistabbilixxi jekk Learning Support Educator b'każ umanitarju timmeritax li taqbeż il-waiting list u tmur taħdem direttament f'Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-bord imsemmi minnu ma jagħmilx parti mid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa għalhekk nitolbu biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
MCAST — Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport – student ggradwati ingaġġati fl-isptarijiet
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16502, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra fejn u f’liema pożizzjonijiet jistgħu japplikaw l-istudenti li ggradwaw fil-kors Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport fl-Isptarijiet tagħna u jekk ma hemmx, huwiex minnu li ma humiex jiġu rikonoxxuti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kors imsemmi minnu mhuwiex intiż biex jimla xi vakanza speċifika fl-isptarijiet tal-gvern. Madanakollu, gradwati jistgħu japplikaw għal sejħiet li joħorġu minn żmien għall-ieħor skont il-każ.
Sptar Monte Karmeli – Sala Numru 7 tal-Irġiel – TV u siġġijiet
Question
Billi irċevejt bosta lmenti minn diversi qraba tal-pazjenti li jirrisjedu fis-Sala tal-irġiel Nru 7 fl-Isptar Monte Karmeli, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx possibiltà li jiżdied TV ieħor u jiġi aċċertat li jkun hemm biżżejjed siġġijiet quddiem it-TV għax kif inhi is-sitwazzjoni illum, ninsab infurmat li l-pazjenti jridu jistennnew lil xi ħadd iqum biex joqogħdu bilqiegħda jaraw it-TV?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sala tal-isptar imsemmi minnu, kull pazjent għandu fejn joqgħod bil-qegħda. Fil-preżent diġa hemm żewġ televiżjonijiet u qiegħed isir xogħol biex is-sistema tat-televiżjoni tinbidel għal waħda interattiva. B’hekk ikun jista jitwaħħal it-tielet televiżjoni f’parti oħra tas-sala.
Ftuħ ta’ hostels għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm infetħu hostels fil-komunità f’din il-Leġiżlatura sabiex jakkomodaw persuni bi problemi ta’ saħħa mentali? Fejn infetħu dawn il-hostels u kemm hemm persuni jgħixu fihom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’din il-Leġiżlatura infetħu 3 hostels ġodda sabiex jakkomodaw persuni bi problemi ta’ saħħa mentali u hemm 35 persuna tgħix fihom.
Ghalhekk illum hemm 8
hostels
li huma għad-dispożizzjoni tal-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkunsidra li jdaħħal il-pilloli tal-qalb għat-traqqiq tad-demm ix-Xarelto fil-formularju minbarra il-Warfarina, peress li dawn jittieħdu partikolarment mill-anzjani pensjonanti, jiswew madwar €80 fix-xahar, u għandhom inqas riskji mill-Warfarina?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-mediċina msemmija minnu ġiet diskussa fil-kumitat tekniku tal-GFLAC u fiż-żmien li ġej se tiġi diskussa fil-kumitat tal-Advisory Committee for Healthcare Benefits. Nfakkru ukoll illi mill-2013 sal lum fil-formularju tal-gvern, dan il-gvern daħħal diversi mediċini/trattamenti ġodda għal diversi kundizzjonijiet fostom għall-kanċer tal-Prostata, Dijabete’, mard fil-pulmun kif ukoll tilqim lit-tfal fost oħrajn. Dawn jingħataw lill-pazjenti tagħna bla ħlas u li minnhom qed jibbenefikaw eluf ta’ pazjenti.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti dettalji tal-miżuri li qed jittieħdu ħalli jilqgħu għall-bosta varjanti tal-COVID-19 li hawn jiċċirkulaw, bħal dak Brittaniku, Brażiljan, Sud Afrikan u Kenjan, kif ukoll meta beda jittieħed il-genome sequencing tal-persuni pożittivi u jekk tali genome sequencing hux qed isir fuq il-każijiet kollha pożittivi? X'irriżuta s'issa minn dan l-eżerċizzju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-genome sequencing jista 'jsir fuq il-kampjuni pożittivi fil-molecular diagnostics laboratory. Ta’ kull gimgħa qed jittieħed il-genome sequencing minn kampjuni ta’ każijiet pożittivi. Kampjuni magħżula għal dan il-għan jinkludu: Public Health Clusters, random sampling tal-Komunità minn Malta u Għawdex, il-passiġġieri kollha li jirriżultaw pożittivi mill-Ajruport, tfal taħt il-5 snin, tfal bejn il-5 u l-15-il sena, u minn każijiet pożittivi li jkunu għal kura fl-isptar Mater Dei.
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17777, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f'liema stadju waslu l-preparamenti sabiex jinbena sptar akut f'Għawdex, jekk ġiex identifikat is-sit tiegħu, meta ser jibda x-xogħol fuqu, meta hu previst li jitlesta, kemm hu mistenni li ser jiswa u kemm ser ikollu sodod? Jista' jispeċifika jekk dan l-isptar hux ser jinbena mill-Gvern u x'fondi ser jintużaw għal dan l-iskop?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-gvern qed jagħmel valutazzjoni tal-ftehim attwali mal-Konċessjonarju privat u li aktar informazzjoni ssir pubblika ladarba l-gvern iddiġerixxi b'mod eżawrjenti r-riżultat ta’ din il-valutazzjoni li qed titwettaq.
Ministeru għas-Saħħa – tender jew direct order lil kumpanija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, tawx tender jew direct order lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Meta ngħataw, ta’ kemm kienu u abbażi ta’ xiex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika ghal liema perjodu qed jirreferi.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuma t-trattamenti li qed jintużaw u li huma rikomandati biex jiġu trattati l-pazjenti fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika għal liema trattamenti qed jirreferi fil-mistoqsija parlamentari tiegħu.
B'referenza għall-pazjenti li kellhom il-COVID-19 u li tpoġġew fuq ventilator, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid minn mindu bdiet il-pandemija kemm kienu dawk il-pazjenti li tqiegħdu fuq il-ventilator u mietu? Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tabella t’hawn taħt.
Numru ta’ pazjenti li ddaħlu l-
ITU
għal għajnuna ta’
ventilator.
Numru ta’pazjenti li mietu l-
ITU.
Marzu 2019
6
0
April 2019
4
0
Mejju 2019
1
0
Ġunju 2019
1
0
Lulju 2019
0
0
Awwissu 2019
5
3
Settembru 2019
12
6
Ottubru 2019
26
11
Novembru 2019
24
11
Diċembru 2019
20
9
(Korrezzjoni: Ara dokument PL 5932 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 417, nhar it-Tlieta, 19 ta' Jannar 2021)
Pazjenti għat-trattament tal-COVID-19 — Tabib tal-Familja
Question
B'referenza għall-pazjenti li jkunu għat-trattament tal-COVID-19, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta pazjent jistaqsi għat-tabib tal-familja, hux qed jingħata permess u aċċess biex iżuru fis-sala tal-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi biex jitnaqqas il-periklu tat-tixrid tal-virus, l-aċċess għal pazjenti b'Covid 19 huwa limitat anke għall-eqreb qraba. Jekk it-tabib tal-familja jkun jixtieq i¿ur pazjent personalment u l-amministrazzjoni tal-isptar u t-tim mediku li jieħu ħsieb il-pazjent jiġu nfurmati, isiru l-arranġamenti neċessarji biex dan isir bl-iktar mod sigur.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuma l-aktar erba' co-morbidities ta’ dawk il-pazjenti f’termini ta’ persentaġġ li kellhom il-COVID-19 fis-sena 2019 u ta’ dawk li mietu minn din il-marda fis-sena 2019?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2019 ma kien hemm l-ebda persuni f’Malta li kellhom il-Covid-19 u għalhekk lanqas ma kien hemm imwiet relatati mal-Covid-19 fl-2019.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega għalfejn fil-11 ta' Jannar 2021 tlaqqmu biss għaxar impjegati tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex bil-vaċċin kontra l-COVID-19 meta preċedentement kienu qed jitlaqqmu għoxrin kuljum? X'inhi r-raġuni li r-ritmu ta' tilqim kemm fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex kif ukoll it-tilqim in ġenerali hu daqshekk kajman u meta hu maħsub li jiġu mlaqqma l-impjegati kollha tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tilqim kontra l-COVID-19 qiegħed isir b'mod proporzjonali. Il-proporzjon ta’ ħaddiema fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex hu simili għal dak fl-entitajiet u dipartimenti tas-saħħa oħrajn.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet pożittivi għall-COVID-19 fuq persuni li huma Maltin u kemm kien hemm li kienu barranin li jgħixu Malta sat-12 ta’ Jannar 2021?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mis-7 ta’ Marzu 2020 sat-12 ta’ Jannar 2021 kien hemm 14,769 ka¿ tal-Covid-19. Minnhom 12,065 kienu Maltin u 2,596 barranin li jgħixu Malta. Ma hemmx informazzjoni fuq in-nazzjonalita’ ta’ 108 ka¿.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm irċeviet vaċċini Malta f’dawn l-aħħar 15-il jum? X’inhu n-numru uffiċjali ta’ Maltin li ħadu l-vaċċin f’dawn l-istess 15-il jum?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-bieraħ 17 ta’ Jannar kienu ġew amministrati 11,705 dożi tal-vaċċin tal-Covid. Ninfurmah ukoll illi sal-bieraħ kienu waslu Malta 22,650 doża li kienu biżżejjed biex jitlaqqmu 11,325 ruħ. Matul il-ġurnata tal-lum mistenni li jaslu aktar dożi.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16903, minħabba li l-Istrateġija tas-Saħħa Mentali ħarġet sena qabel il-Pandemija tal-COVID-19 u għaldaqstant ma setgħetx antiċipat l-istess pandemija, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid b'liema mod l-Istrateġija antiċipat l-effetti tal-Pandemija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istrateġija ġiet ippjanata sabiex, tkun xi tkun il-kawża, il-problemi tas-saħħa mentali fis-soċjeta Maltija jiġu maqbuda fi stadju bikri, u tingħata l-għajnuna meħtieġa kmieni kemm jista’ jkun. B’hekk tkun iktar effettiva. B’dan il-mod, l-istrateġija qed tgħin sabiex il-problemi ta’ saħħa mentali b’effett tal-pandemija tal-Covid-19 qed jiġu identifikati u kkurati aħjar.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16905, jista' l-Ministru jikkonferma li mhemm l-ebda budget allokat għal dak li qed jikkontempla l-Ministru fir-risposta tiegħu?