Jista' l-Ministru jgħid kemm ghandhom talbiet biex jipprovdu oxygen concentrators lin-nies magħluqin f’darhom li jbatu minn qtuħ akut ta' nifs u li sal-lum qed ikollhom jiddependu fuq ċilindri tqal tal-ossiġenu għal ħafna sigħat tal-ġurnata? Dan l-apparat jipprovdih l-Isptar Mater Dei jew tiksbu u jew tikrih minn x’imkien? Jista' jgħid kemm hemm concentrators simili fid-djar ta’ familji Maltin ipprovduti minn Sptar Mater Dei? X’waiting list hemm bħalissa biex servizz simili jiġi provdut?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li t-talba għal Oxygen Concentrators hija ta’ 182 u dawn kollha tqassmu lill-pazjenti fid-djar tagħhom. 122 ġew provduti mill-isptar Mater Dei u s-60 l-oħra ġew mikrija. Il-waiting list ta’ pazjenti bħalissa mill-bidu ta Novembru 2011 hija ta 11 il-pazjent.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — kiri ta' vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vetturi mill-bidu tas-sena 2008 sa Novembru tas-sena 2011 għall-użu tal-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-numru ta’ vetturi li kera l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità għas-snin imsemmija, huwa hekk:
2008 – mitejn u dsatax (219)
2009 – tliet mija (300)
2010 – ħames mija u sitta u tmenin (586)
2011 (sa Novembru) – seba’ mija u tlieta u ħamsin (753)
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm infermiera, ħaddiema soċjali, tobba u speċjalisti li bħalissa qed jagħtu s-servizz tagħhom fl-Isptar Mater Dei? Kemm-il siegħa fil-ġimgħa jaħdmu dawn il-professjonisti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita — nefqa globali fuq hospitality
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Appuntament għall-mammogram u test tal-bone density
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30503 u ċioe: Peress li l-persuna, li d-dettlaji tagħha qed jintbagħtu separatament, ilha tipprova tagħmel appuntament l-Isptar Mater Dei sabiex tagħmel mammogramm u test tal-bone density u dan għaliex kull meta tmur l-isptar biex tagħmel appuntament qed ikollha tagħmel hemm ħin twil u minħabba impenji ta' xogħol ma tkunx tista' toqgħod hemm u qalulha li mhux possibbli tagħmel appuntament permezz tat-telefon, jista' l-Mnistru jara li din il-persuna tingħata appuntament u fuq kollox jista' jara kif persuni li minħabba l-impenji tagħhom ma jkunux jistgħu jmorru l-isptar biex jagħmlu appuntament ikunu jistgħu jagħmluh permezz tat-telefon?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-appuntamenti ġewwa l-Breast Clinic isiru f’żewġ modi. Pazjenti huma mitluba jew iġibu r-referenza tat-tabib personalment jew inkella jibagħtu kopja ta’ l-istess referenza. Meta jiġu pazjenti b’referenzi li huma meqjusa urġenti, dawn jinqdew qabel nies oħra li jkunu qed jistennew fil-clinic.
Rigward il-bone density test, il-prassi li tigi segwita biex wieħed ikun jista’ jagħmel it-test huwa dan.
Il-formola speċifika li titlob għall-bone density trid tkun mimlija kif suppost mill-ispeċjalista. Din tiġi mpustata lid-dipartiment tal-bone density u dawn tal-aħħar jieħdu ħsieb jagħmlu appuntament u jinfurmaw lil klijent bil-miktub dwar il-ġurnata u l-ħin tal-appuntament. Taħt l-ebda ċirkostanza l-klijenta ma tiġi mitluba biex tiġi personalment id-dipartiment biex tagħmel appuntament.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-Isptar Mater Dei hemmx apparat biex isir EEG 24 siegħa? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li pazjenti li għandhom bżonn EEG 24 siegħa qed jintbagħtu l-Ingilterra ħalli ssirilhom l-investigazzjoni neċessarja?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-magna tal-Video-EEG Long Term Monitoring tinsab istallata fin-Neuromedical Ward fl-Isptar Mater Dei. sabiex tkun tista’ tintuża. Għad hemm bżonn ta’ faċilitajiet speċifiċi min-naħa tat-Teknoloġija tal-Informatika. Dawn huma fil-proċess li jiġu implimentati. Sakemm is-sistema tkun tista’ taħdem, pazjenti li għandom bżonn ta’ dan it-test qed ikunu riferuti barra.
Billi l-mistoqsijiet parlamentari 30337 u 30509 għadhom bla risposta, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fid-Dar tal-Anzjani tal-Gvern tal-Mosta, ż-żewġ lifts li hemm, wieħed ilu wieqaf kważi ħdax-il sena u l-ieħor ilu kważi xahrejn ma jaħdimx?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fid-Djar tal-Anzjani tal-Mosta hemm żewġ liftijiet.
Il-
passengers lift
, kien problematiku għal numru ta’ snin. F’Awwissu 2010 ġie ċċertifikat li ma jistax jissewwa. Id-Dipartiment tal-Anzjani qed jaħdem biex joħroġ
tender
għal
lift
ġdid.
Sadanittant kien qed jintuża l-i
strecher lift
li sa minn Lulju 2011 kellu xi problemi tekniċi. Ittieħdu diversi miżuri sabiex dan jissewwa. Fuq parir ta’ grupp tekniku, id-dipartiment ħareġ talba għall-
quotations
għal min hu interessat. It-talba tagħlaq nhar l-Erbgħa 30 ta’ Novembru 2011.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-messaġġiera li hemm fid-Dipartiment tas-Saħħa, ma ngħatawx uniformi? Meta kien l-aħħar li dawn il-messaġġiera ngħataw uniformi? Jekk se jingħataw uniformi, meta se tingħatalhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment konċernat wasal fi tmiem tal-proċess meħtieġ biex fil-jiem li ġejjin tingħata l-uniformi tax-xitwa lill-messaġġiera li huma intitolati għaliha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet fl-isptarijiet privati bejn Jannar u Ottubru 2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Informat lid-Dipartiment tal-Informazzjoni fuq is-Saħħa u Riċerka m’għandux informazzjoni dwar kemm saru operazzjonijiet fl-isptarijiet privati bejn Jannar u Ottobru 2011 peress illi l-isptarijiet privati s’issa mhumiex obligati jirraportaw din l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq f'operazzjonijiet il-Gvern fi sptarijiet privati bejn Jannar u Ottubru 2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul din is-sena sal-20 ta’ Ottubru, in-nefqa ta’ operazzjonijiet fl-isptarijiet privati kienet ta’ erbgħin elf, tminn mija u għaxar Ewros (€40,810.00).
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm operazzjonijiet li se jsiru fl-isptarijiet privati u kemm se jiswew? Meta huwa ppjanat li dawn l-operazzjonijiet isiru?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Gvern iffirma żewġ kuntratti għall-Outsourcing ma’ kliniċi Privati. Dawn il-kuntratti jkopru 2,500 operazzjoni tal-katarretti u l-istess kuntratti huma valida għall tnax il-xahar. Informazzjoni dwar kemm ser jiswew l-operazzjonijiet hija ta’ natura kummerċjali u għalhekk mhux etiku li din l-informazzjoni tingħata.
operazzjonijiet li ntgħażlu biex isiru fi sptarijiet privati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif intgħażlu l-operazzjonijiet li saru fl-isptarijiet privati? X'tip ta' interventi kienu u għaliex intgħażlu huma u mhux operazzjonijiet ta' natura differenti minnhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Qed nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-kuntratti ta’ Outsourcing dwar l-operazzjonijiet tal-Katarretti. Għalhekk ninforma lill-Onor. Interpellant li pazjenti li ilhom l-aktar fuq il-lista huma l-pazjenti li qegħdin jinqdew l-ewwel.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-waiting time ta' appuntament ma' professur fl-Out Patients Clinic jekk tabib jibgħat pazjent b'referral ticket u jitolbu appuntament għall-SOP, MOP, Oftalmologija u Diabetic Clinics?
Response (CASSAR, JOSEPH)
M’hinix f’pożizzjoni li ngħid x’inhu l-waiting time għaliex dan ivarja skont l-urġenza tal-każ u l-professur li għandu ġie riferut il-pazjent. Ta’ min wieħed jinnota illi każijiet urġenti li jiġu riferuti għand xi professur/konsulent fit-taqsima tal-out-patients, jiġu trattati fl-iqsar żmien possibli u, b’mod regolari, dan isir fi ftit jiem.
Jista' l-Ministru jara li jiżdiedu s-sigħat tas-servizz ta' home help lill-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fejn membru tal-istess familja għandu diżabilità u għandu bżonn ta' aktar għajnuna?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li klijenti tas-Servizz tal-Home Help li jkunu jixtiequ jżidu s-sigħat iridu japplikaw biex b’hekk il-Bord tal-Allokazzjoni jkun jista’ janalizza t-talba u jiddeċiedi jekk għandux jiżdied l-ammont ta’ sigħat. F’dan il-każ qatt ma saret talba biex jiżdiedu s-sigħat.
każ ta' anzjana biex tmur fir-residenza San Vinċenż de Paul
Question
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-anzjana li d-dettlaji dwarha qed jintbagħtu separatament, li bħalissa qiegħda l-Isptar Mater Dei u applikat biex tmur fir-Residenza San Vinċenz de Paul peress li għandha kundizzjoni u m'għandha lil ħadd li jista' jdur biha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjana li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kienet pazjenta fl-Isptar Mater Dei minn fejn applikat biex tidħol fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul. Is-Social Report sar fil-15 ta’ Novembru u l-applikazzjoni u Social Report waslu fid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunta’ fit-22 ta’ Novembru 2011.
Sfortunatament l-anzjana ġiet nieqsa fis-17 ta’ Novembru 2011.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29639 u jara każ ta' anzjani li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, li qegħdin f'home li hija sussidjata mill-gvern, peress li dawn jinsabu f'post lower ground?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjani li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant ġew rikoverati ġewwa sptar privat sakemm jinstab post alternattiv għal kura fit-tul skont il-bżonnijiet kliniċi tagħhom.
Peress li n-nies li applikaw għal xiri ta' oqbra rċevew ittra fit-30 ta' Awwissu fejn tgħid li se jitħaffru 2782 oqbra fejn 2500 minnhom se jitqassmu lill-pubbliku u l-prezz mitlub għax-xiri kien ta' €3494 u issa qed jintalbu jħallsu €8,000 u allura l-prezz sar aktar mid-doppju, jista' l-Ministu jagħti spejgazzjoni eżatta għaliex seħħ dan?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-valur tal-oqbra fl-ittra msemmija kien fuq spejjeż prevalenti. L-estensjoni taċ-ċimiterju se issir fuq pjanta li tirrispetta l-istil li fuqu kien tfassal iċ-ċimiterju oriġinarjament ċioe’ mill-Perit Emmanuele Luigi Galizia. Għaldaqstant minbarra l-valur ta’ tħammil, bini ta’ qobra, passaġġi, toroq, eċċ, il-valur jinkludi wkoll l-art meħtieġa sabiex fuqha jinbnew l-oqbra ġodda.
każ ta' anzjana li trid tmur id-Dar tal-Anzjani ta' Bormla
Question
Jista' l-Minsitru jara li jitmexxa l-każ tal-anzjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li ilha li applikat biex tidħol fid-Dar tal-Anzjani ta' Bormla imma sal-lum għadha bla risposta? Jista' jara x'jista' jsir biex din l-anzjana li x-xewqa tagħha hi li tibqa' f'Bormla jkollha ċ-ċnas li tmur hemm?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-każ tal-anzjana msemmija f’din il-mistoqsija parlamentari deher quddiem il-Bord tal-Ammissjoni tlett darbiet f’dawn id-dati: 20 ta’ Marzu 2009, 15 ta’ Novembru 2010 u 19 ta’ Mejju 2011. Il-Bord approva li din l-anzjani tidħol fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla u nformaha b’ittra f’kull data imsemmija hawn fuq, li tqiegħdet fil-lista ta’ stennija skont il-mertu tal-każ. B’hekk din l-anzjana tiġi nfurmata meta jkun il-waqt li tiġi ammessa f’din id-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla.