Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaddiema full-time fis-settur tas-saħħa u x-xogħol soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tas-saħħa u xogħol soċjali f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33996.

ħlas lura lil minn għandu pannelli fotovoltaiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċekk ingħata s'issa mill-ARMS Ltd fuq kontijiet tad-dawl f'residenzi u stabbilimenti li waħlu l-pannelli fotovoltaiċi fejn l-ammont ta' enerġija prodott qed ikun akbar mill-konsum tad-dar? Jista' jgħid kemm huwa l-ammont ta' ħlasijiet li hemm pendenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li fl-avviż legali 422 ta’ l-2010, ir-regoli li jirrigwardaw il-Feed-in-tariffs iġġenerati minn installazzjonijiet ta’ panelli voltaiċi, ir-refużjonijiet huma skond il-klawżola numru 8. Din il-klawżola tgħid li sid l-installazjoni tal-pannelli fotovoltaiċi, għandu d-dritt li jitlob sabiex il-bilanċ bejn il-konsum iġġenerat mill-panelli u dak ikkunsmat b’mod normali, jiġi mħallas lura lil l-istess sid permezz ta’ nota ta’ kreditu. Is-sid għandu dritt jitlob għal refużjoni, dejjem jekk jkunu għaddew erba’ billing periods li jinkludu konsum kemm ta’ l-ilma kif ukoll tad-dawl. Għaldaqstant, wara li jkunu għaddew, bejn wieħed u ieħor, l-erba’ billing periods (fejn jidħlu installazzjonijiet ta’ pannelli fotovoltaiċi, kull billing period huwa ta’ sitt xuhur), il-konsumatur/sid l-installazzjoni ta’ l-istess pannelli, jista’ jitlob bil-miktub sabiex jiġi rrifondut lura dak il-kreditu dovut lilu fuq il-konsum iġġenerat, permezz ta’ ċekk jew transfer ta’ l-istess bilanċ dovut, għal fuq kont ieħor li jappartjeni lilu. Minkejja dan kollu, ċertu każijiet straordinarji, jiġu kkunsidrati skond in-natura tal-każ innifsu.

nefqa finali ta’ household consumption

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa finali ta’ household consumption (households final consumption expenditure) nazzjonali kif ukoll għal Malta u għal Għawdex separatament bħala persentaġġ tal-Prodott Domestiku Gross kull sena mill-2000 sal-2010? Jista’ jgħid ukoll x’kienet din in-nefqa ras għal ras kull sena matul l-istess perjodu? Jista’ jagħti dan it-tagħrif f’Euro u f’PPS?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

konsum attwali individwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-konsum attwali individwali ras għal ras fuq bażi nazzjonali kif ukoll għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-2000 sal-2010? Jista’ jgħid ukoll x’kien il-Prodott Domostiku Gross ras għal ras kull sena matul l-istess perjodu? Jista’ jagħti dan it-tagħrif f’Euro u f’PPS?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

depożitu u self mill-banek

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u kemm kien is-self mill-banek f’Għawdex u f’Malta separatament fl-aħħar ta’ Settembru 2011 u fl-aħħar ta’ Diċembru 2011? Kemm kien hemm kontijiet ta’ depożitu u ta’ self rispettivament fl-istess dati? Jista’ jagħti tagħrif dwar is-self maqsum f’home loans, overdrafts u self ieħor?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

valur tal-esportazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta’ affarijiet ta’ merċa (goods) xahar b'xahar minn Settembru 2011 u sa l-aħħar ta’ Diċembru 2011 maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Fabbriki ġoddali mhumiex estensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' 130 fabbrika ġdida mhux estensjonijiet li nfetħu mill-2008 sal-lum? Liema huma u kemm jimpjegaw nies?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kif diġa intqal f’mistoqsija parlamentari 31846, il-kumpaniji kienu 127 u kienu dawk kollha li investew f’pajjiżna, kemm ġodda kif ukoll espansjonijiet. Ukoll kif intqal fl-istess mistoqsija parlamentari dettalji dwar il-kumpaniji ma jistgħux jingħataw minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità kif stabbilit fil-Business Promotion Act.

Capping fuq ir-rebħ tal-lotteriji

Question

Jista' l-Ministru jagħti raġuni valida għaliex fit-tender document tal-Lotteriji daħħal il-capping fuq ir-rebħ tal-lottu, meta jaf li l-pubbliku jilgħab b'mod legali qed jitnaqqsulu mir-rebħ li ħafna drabi jkunu ilu snin jittama li jkollu? Jaħsibx li b'hekk ikun qed jimbotta l-pubbliku biex jirrikorri aktar għal-logħob klandestin li drabi jkun konness m'attivitajiet oħra illegali u kriminali? Jaħsibx li dan se jirriżulta għal tnaqqis fid-dħul mit-taxxa ta' 20% diretta fuq il-bejgħ mill-operaturi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ġlieda kontra kull forma ta’ logħob illegali hija projorita’ għal dan il-Gvern. Dan urejnieħ biċ-ċar bil-liġijietli għaddejna matul l-aħħar snin. Infakkar ukoll li l-proċess marbut mal-għoti tal-konċessjoni tal-Lotterija Nazzjonali għadu għaddej u għalhekk mhux il-waqt li tingħata aktar informazzjoni f‘dan ir-rigward.

Capping fuq il-lottu Pubbliku

Question

Peress li meta, fl-ewwel terminu mogħti lill-operaturi tal-Lottu Pubbliku, l-Gvern kien aċċetta t-talba tal-capping, din il-miżura ddaħħlet għal perjodu ta' sitt xhur, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata ta' kemm-il darba sar tnaqqis jew żieda fir-rebħ f'dan il-perjodu? Kemm kienu l-ammonti fi flus, filwaqt li jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju li sar wara l-perjodu ta' sitt xhur?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34165.

Manutenzjoni tal-impjant tal-Enerġija f'Delimara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn se jkun qed jagħmel u jieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-impjanti tal-enerġija f'Delimara, il-Korporazzjoni Enemalta jew il-privat? Jekk se jkun fdat f'idejn il-privat, jista' l-Ministru jgħid: a) Għalfejn ittieħdet tali deċiżjoni; b) min hija l-kumpanija li se tkun qed tagħmel ix-xogħol; ċ) kif ingħatat il-kuntratt; u d) x'inhuma l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-Korporazzjoni Enemalta b'dan il-ftehim?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Negozjati rigward il-privatizazzjoni tal-Petroleum Division

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk in-negozjati dwar il-privatizzazzjoni tal-Petroleum Division tal-Korporazzjoni Enemalta għadhomx għaddejjin? Jekk fl-affermattiv, ma min qegħdin isiru dawn in-negozjati? Jista' jgħid jekk in-negozjati jispeċifikawx jekk il-Petroleum Division hiex se tinbiegħ bil-ħaddiema li hemm inklużi? Meta hu l-ħsieb li jiġu finalizzati dawn in-negozjati?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li n-negozzjati dwar l-privatizzazzjoni tal-operat tal-Petroleum tal-Korporazzjoni Enemalta għadhom għaddejjin mal BB Energy. Din il-konċessjoni se tingħata bħala ‘going concern’ jiġifieri bil-ħaddiema, a bażi tar-regoli tat-trasferiment ta’ negozju (transfer of business).

Airmalta — impjieg ġdid

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34037 u jispjega għaliex wara li waqfet diversi ħaddiema mis-sezzjoni tal-luggage handling/cargo, l-Airmalta qiegħda terġa' timpjiega ħaddiema f'dan id-dipartiment inkluż loading?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ma tistgħax tingħata għaliex hija ta’ natura kumerċjalment sensittiva.

informazzjoni dwar anzjani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34075 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u mistoqsija parlamentari 33816 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienu l-anzjani: a) bejn is-60 u l-74 sena; u b) minn 75 sena 'l fuq, sena b'sena, fl-2010 u fl-2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li skont id-Demographic Review 2010, in numru ta’ anzjani bejn is-60 u l-74 sena huwa ta’ 67,935, filwaqt li dawk ta 'l fuq minn 75 sena kien ta’ 27,210. Figuri għall-2011 għadhom mhumiex disponibbli.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — impjegati nisa bi skala sebgħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati nisa fil-Ministeru, dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma minn skala sebgħa 'l fuq?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Fawran tal-fossa tad-drenaġġ fl-inħwali tal-Baħrija

Question

Billi kull ma jmur il-Wied tal-Marġa fil-Baħrija qed jispiċċa mniġġeż bid-drenaġġ u billi dan huwa kawżat mill-fawran tal-fossa tad-drenaġġ fl-inħawi, jista' l-Ministru jinforma għaliex meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar approvat daqstant żvilupp fl-inħawi, l-estensjoni tad-drenaġġ fil-Baħrija baqgħet ma saritx? Jista' jara li matul din is-sena ssir din l-estensjoni tant meħtieġa għar-residenti għall-ħarsien tal-ambjent fl-inħawi?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma qed tippjana li tinstalla mpjant zgħir biex tkun tista’ tittratta d-drenaġġ tal-Baħrija fil-post.

Ħad-Dingli — ġibjun li mhux jintuża

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġibjun ta' Ħad-Dingli mhux jintuża? Kemm ilu abbandunat dan il-ġibjun?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ilha ma tuża l-ġibjun ta’ Ħad-Dingli mill-1999. Kien hemm diversi raġunijiet għalfejn il-Korporazzjoni ħadet din id-deċiżjoni, fosthom li l-ġibjun huwa zgħir ħafna u dan kien qed joħloq problemi ta’ operazzjoni; kif ukoll minħabba l-istat fiżiku ħażin tal-ġibjun. Biex dan jitranġa, l-ispejjeż kienu kbar meta wieħed iqabbilhom mal-benefiċċji li jintuża l-ġibjun.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32628 u jagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżatt iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanzjarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33202.

Reverse osmosis — volum ta' ilma għad-distribuzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jirriżultax li r-reverse osmosis illum qed jipproduċu volum ta' ilma għad-distribuzzjoni tad-domanda tal-konsumatur daqs l-istaġun tas-sajf? Jekk fl-affermattiv, jista' jispjega raġuni għal dan il-konsum?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi il-produzzjoni ta’ l-ilma mill-impjanti tar-Reverse Osmosis bħalissa hi ta’ madwar 78 fil-mija tal-produzzjoni tas-sajf.

Malta Film Fund — informazzjoni dwar fondi mogħtija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32989 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Malta Film Fund għadux jaqa' taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Kemm ta flus bħala funding mis-sena 2008 'l quddiem sena b’sena u proġett b’proġett? Il-film Dear Dom kellu funding minn dan il-fond tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jekk iva, kemm kienet l-għotja?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi il-Malta Film Fund qatt ma kien taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-fond hu amministrat mill-Malta Film Commission. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Enemalta — rapport tal-mercaptans fuq il-Mejda tal-Kamra

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33007 u cioè: Billi xahar ilu l-Ministru kien stqarr li kien qed jistenna reazzjoni uffiċjali mill-bord tal-Korporazzjoni Enemalta, u deċiżjoni dwar jekk hemmx passi dixxiplinari x’jittieħdu fil-konfront ta' xi uffiċjali, qabel ma jpoġġi r-rapport tal-mercaptans fuq il-Mejda tal-Kamra, jista' l-Ministru jgħid jekk iħossx li għadda żmien biżżejjed biex rapport simili li bla dubju ta’ xejn huwa fl-interess pubbliku, jitqiegħed mingħajr aktar dewmien fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.