Legislature:
Category:
Reset
Active:

Applikazzjonijiet għal post alternattiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tqassmu postijiet mill-Awtorità tad-Djar is-sena l-oħra? F'liema lokalitajiet? Minn liema lokalitajiet kienu dawk li bbenefikaw u xi status għandhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar — applikazzjonijiet għal post alternattiv

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown dwar minn liema lokalitajiet ġejjin l-applikanti li applikaw għal post alternattiv għand l-Awtorità tad-Djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Settur tal-edukazzjoni — alternative energy sources

Question

B'referenza għall-istituzzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu fis-settur ta' edukazzjoni ogħla tista' l-Ministru, istituzzjoni istituzzjoni tgħid: a) kemm mill-enerġija li tiġi kkunsmata fl-istituzzjoni de quo tiġi mix-xemx; b) x'inċentivi jintużaw biex iktar studenti jużaw ir-roti jew electric bikes; ċ) kemm jeżistu charging stations għar-roti elettriċi (electric bikes) permezz ta' alternative energy sources bħall-wind generators; d) kemm ammont ta' ilma jiġi maħżun - water harvesting (cisterns eċċ.) - u kemm jintuża ilma hekk maħżun bħall-ilma għall-flushing eċċ.; e) kemm drenaġġ jiġi trattat biex imbagħad jintuża bħala second class water; u f) kemm mis-suppliers tal-istituzzjoni de quo huma green suppliers?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

ETC — employers li talbu għall-impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu l-ammont ta' employers li talbu l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ jippubblikaw it-talba tagħhom sabiex jimpjegaw ħaddiema magħhom matul is-sena 2009 u 2010? Tista' tipprovdi breakdown xahar b'xahar, kemm minnhom minn Malta u kemm minnhom minn Ghawdex? Tista' tgħid kemm minn dawk li sabu xogħol fl-istess perjodu aktar 'il fuq msemmija, ġew impjegati ma' dawk l-employers li għamlu t-talba mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u jiġu elenkati fl-istess breakdown mitluba aktar 'il fuq?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

LSAs jaħdmu fi skejjel statali

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-minimum educational requirements li għandhom ikollhom il-Learning Support Assistants biex jaħdmu fl-iskejjel statali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-minimum educational requirements li għandhom ikollhom il-learning support assistants biex jaħdmu fl-iskejjel statali huma dawn: Supply LSA § ikunu kwalifikati f’mhux anqas minn suġġett wieħed (1) f’Livell Avvanzat (l-inqas grad E), jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli, u erba’ (4) suġġetti tas-S.E.C. f’Livell Ordinarju (Gradi 1-5), jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli, jew ogħla; § kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża; LSA I § ikunu fil-pussess taċ-Ċertifikat Supporting Learning in Inclusive Settuings maħruġ mill-Università ta’ Malta, jew iċ-Ċertifikat fl-Edukazzjoni għall- Learning Support Assistants organizzat mid-Direttorat għal Servizi Edukattivi, jew kwalifika oħra relevanti u komparabbli rikkonoxuta mill-Awtorità tal-Edukazzjoni. § kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża; LSA II § ikunu fil-pussess tad-Diploma in facilitating inclusive education jew kwalifika oħra komparabbli maħruġa minn istituzzjoni tal-Edukazzjoni Għolja rikkonoxuta mill-Awtorità tal-Edukazzjoni. § kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża;

Għalliema li jispiċċaw bil-pensjoni waqt sena skolastika

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-pożizzjoni meta jkun hemm għalliem jew għalliema fl-iskola tal-gvern li tkun se tispiċċa bil-pensjoni fit-tielet kwart tas-sena skolastika? Postu jew postha minn min jittieħed? Kemm kien hemm każijiet din is-sena ta' dan it-tip? Post dawn l-għalliema min ħadu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li meta jiġri hekk jista’ jiġri waħda minn dawn l-affarijiet: 1. Għalliema jidħlu lura mil-“leave” imorru flok il-persuna li tkun se tirtira; jew 2. Nimpjegaw għalliem/a ġdid/a jekk ikun hemm tas-suġġett jew għalliem/a supplimentari; jew 3. Peress li l-istudenti tal-Ħames Klassi ikunu spiċċaw l-iskola, isir arranġament fl-iskola jew fil-kulleġġ; jew 4. L-għalliem/a stess jitlob/titlob biex ikompli/tkompli jaħdem/taħdem sa ma tispiċċa s-sena skolastika u dan jingħata permess. Minn l-20 ta’ April 2011: 1. Fl-iskejjel Primarji ma kien hemm ħadd li rtira; 2. Fl-iskejjel Sekondarji iritraw/se jirtiraw: a. Għalliem tad-Design & Technology (Food & Textiles) fis-27 ta’ April 2011. Il-lezzjonijiet tiegħu ġew koperti permezz ta’ arranġament fil-kulleġġ; b. Għalliema tar-Reliġjon fl-20 ta’ April, 2011. Il-lezzjonijiet tagħha ġew koperti permezz ta’ arranġament fl-iskola peress li spiċċaw l-istudenti tal-Ħames Klassi; c. Għalliem tal-Franċiz li se jirtira fit-28 ta’ Mejju 2011. Il-lezzjonijiet tiegħu se jiġu koperti permezz ta’ arranġament fl-iskola peress li spiċċaw l-istudenti tal-Ħames Klassi; d. Għalliem tal-Malti li se jirtira fl-14 ta’ Mejju 2011. Il-lezzjonijiet tiegħu se jiġu koperti permezz ta’ arranġament fl-iskola peress li spiċċaw l-istudenti tal-Ħames Klassi;

Skejjel sekondarji — Erba' skemi ta' studji

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma li l-għalliema ingħatatilhom ordni li fl-iskejjel sekondarji jridu jħejju erba' skemi ta' studju differenti mis-sillabu l-ġdid biex jilħqu livelli differenti ta' studenti u fl-istess ħin iridu jagħtu kas kull student individwalment?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma ngħatat l ebda struzzjoni biex l-għalliema fl-iskejjel sekondarji jħejju 4 skemi ta’ studju differenti. L-għalliema, permezz tas-sillabi l-ġodda, se jkunu mgħotija l-għodda biex jilħqu l-livelli differenti tal-istudenti.

Taħriġ għall-għalliema

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi tħejjijiet u taħriġ qed isiru mal-għalliema biex mis-sena d-dieħla fl-iskejjel sekondarji statali jkunu kapaċi jilħqu l-istudenti kollha bil-livelli differenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-għalliema se jkollhom taħriġ speċifiku dwar kif jilħqu l-istudenti b’livelli differenti u dwar is-sillabi l-ġodda fil-korsijiet tal-Inset li se jsiru din is-sena. Madankollu wieħed irid isemmi li taħriġ dwar tagħlim differenzjat sar diversi drabi mal-għalliema tul dawn l-aħħar snin.

Sillabu ġdid b'erba' livelli differenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa realistiku li s-sillabu l-ġdid b'erba' livelli differenti f'kull klassi jiġi mgħallem fil-ħin limitat allokat għal kull suġġett f'qafas riġidu u meta l-għalliema diġa' jilmentaw li jintilef ħafna ħin f'attivitajiet kemm kurrikulari u kif ukoll extra kurrikulari waqt l-iskola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-sillabu l-ġdid huwa maqsum f’ units ta’ għaxar lezzjonijiet il-wieħed u b’hekk l-għalliema jkunu jistgħu jippjanaw realistiku l-attivitajiet ghall- lezzjonijiet. Hemm units skont kemm hemm lezzjonijiet fil-ġimgħa għal dak is-suġġett. L-għanijiet huma simili u l-attivitajiet u l-Learning Outcomes huma differenti. B`hekk fil-klassijiet irid jintuża aktar Group Work. Il-mod kif se jitqassmu l-istudenti fil-klassijiet ifisser li l-ebda klassi mhux se jkollha l-livelli kollha fi klassi waħda.

għalliema li huma mgħobbija b'wisq xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'qed isir biex jiġu ndirizzati l-beżgħat tal-għalliema li ħa jkunu mgħobbija b'wisq xogħol u li se jkun hemm studenti li se jbatu għax mhux se jkollhom cans jiżviluppaw il-potenzjal kollu tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa qed isir il-pilotaġġ tal-Units meħuda mis-Sillabi l-ġodda tal-Form 1 fil-Kulleġġi kollha. L-Uffiċjali Edukattivi qed jieħdu feedback kemm mill-għalliema nfushom kif ukoll mill-kapijiet tad-dipartiment biex propriju jkunu jistgħu jgħinu lill-għalliema bil-format il-ġdid tas-Sillabi. L-iskop tar-riforma huwa proprju biex kulħadd jiżviluppa l-potenzjal tiegħu u ser isir training mal-għalliema tal- Form 1 fuq is-sillabi l-ġodda fl-INSET ta’ Lulju. Se jingħata support lill-għalliema matul is-sena li gejja waqt li jkunu qegħdin jaħdmu bis-sillabi l-ġodda.

Għalliema — Tibdiliet fl-ippjanar tax-xogħol tagħhom

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'qed isir biex l-għalliema jħossuhom u jkunu tassew protagonisti konvinti f'dawn it-tibdiliet minflok sempliċiment jiġu nfurmati u ordnati x'għandhom jagħmlu b'detriment għall-moral tagħhom u anke għall-miri tar-riformi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-għalliema qed jiġu nvoluti mill-aspett kurrikulari biex ikunu jistgħu jagħtu s-sehem tagħhom fit-tfassil tas-sillabu l-ġdid li qed jiġi ppreparat. Numru ta’ għalliema, u Kapijiet tad-Dipartiment, huma nvoluti direttament fil-kitba tas-sillabi flimkien mal-Uffiċjali Edukattivi. Ser jsir INSET f’Lulju għall-għalliema kollha li se jgħallmu l-Form 1. Dan it- training ikun suġġett mal-Ufficjali Edukattivi. Għaddejjin inizzjattivi fuq livell ta’ Kulleġġ ukoll biex jippreparaw lill-għalliema li kienu f`Junior Lyceums u s-Sekondarji li issa se jkun jgħallmu fis-sekondarji tal-Kulleġġ. Se jingħata support lill-ghalliema tal-Form 1 matul is-sena li ġejja u moniteraġġ tal-esperjenzi fil-Form 1.

Mcast — apprentistati li jitħallsu minimum wage

Question

Tista' l-Ministru tindika jekk studenti tal-MCAST li qegħdin jagħmlu apprentistat Bigħi fir-restawr jitħallsux abbażi tal-minimum wage u/jew xi rati tal-apprentistat fil-work phase fi żmien il-vaganzi tas-sajf u btajjel oħra bħal tal-Għid, għax kien hemm min allegatament qallhom li jista' jkun hemm problema għax qegħdin wisq fil-course?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda problema fuq studenti li qegħdin jagħmlu apprentistat fir-restawr ġewwa Bighi. L-istudenti kollha li jaqgħu taħt l-iskema ta’ Extended Skills Training Scheme kif ukoll dawk li huma reġistrati taħt l-iskema tat-Technician Apprenticeship Scheme jirċievu l-ħlas tagħhom kif stipulat fl-avviżi legali li jirregolaw l-apprentistat.

Single mothers u persuni bla xogħol — assistenza soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet iż-żieda fin-nefqa fuq assistenza soċjali matul l-2010 u kemm minn din iż-żieda fin-nefqa kienet fuq benefiċċji għal single mothers u kemm minn din iż-żieda kienet dovuta għal persuni bla xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li matul is-sena 2010, iż-żieda fin-nefqa fuq assistenza soċjali kienet ta’ €6.6 miljuni. Nitlob lil Onor Interpellant jikkunsidra ukoll l-informazzjoni mogħtija fit tweġiba għal mistoqsija Numru 25251. Iż-żieda fin-nefqa fuq assistenza soċjali għal single mothers fl-2010 kienet ta’ madwar €1,184,664 filwaqt li n-nefqa fuq assistenza soċjali għal persuni bla xogħol (kemm dawk li qed jirreġistraw kif ukoll dawk li jiddikjaraw li ma jifilħux jaħdmu) kienet ta’ ftit anqas minn €4.8 miljuni.

Pixxina Nazzjonali — cameras tas-sigurtà

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta bdew jeħlu l-cameras tas-sigurtà fuq ġewwa tal-Pixxina Nazzjonali? Kemm-il camera twaħħlet? Tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitwaħħlu aktar? Kemm kienet l-ispiża s'issa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

B’kollox fuq ġewwa tal-Pixxina Nazzjonali twaħħlu 21 camera bi spiża totali ta’ €11,055.03. Hu stmat li baqa’ jeħlu sitt cameras oħra fuq in-naħa tal-Fitness Centre. Dan il-proċess ilu li beda sa mill-2009.

Pixxina Nazzjonali — ilmenti fuq il-madum ta' madwar il-pixxina

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm ilmenti kontinwi dwar ħsarat fil-madum fid-dawra tal-pixxina? Tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li fejn qed jinqala' l-madum, jinbidel b'madum ieħor u mhux b'kisja siment?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Kunsill Malti għall-Isport se jkun qed jikkonsidra l-bdil ta’ madum li nqala minn mad- deck tad-dawra tal-pixxina fil-programm ta’ xogħlijiet li jitwettaq b’mod kontinwu u skont il-prijoritajiet tal-Pixxina Nazzjonali. Il-kisi ta’ siment huwa xogħol temporanju li jassigura li l-Pixxina Nazzjonali toffri ambjent sportiv b’rispett sħiħ lejn is-saħħa u s-sigurtà ta’ dawk kollha li jużaw dan il-kumpless.

Università — waiting list għall-ingaġġ ta' beadle

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk bediex il-proċess ta' ingaġġ fl-impjieg ta' dawk li kienu fuq il-waiting list għall-beadle fl-Università? Kemm bdew l-impjieg s'issa? Minn liema lokalità ġejjin dawk li ġew impjegati? Tista' tgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jiġu impjegati aktar f'dan il-grad?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-proċess tal-ingaġġ fl-impjieg ta’ dawk li kienu fuq il- waiting list għall- beadle fl-Università beda. S’issa ġew impjegati tmienja. L-impjegati ġejjin minn - Balzan - 1 , G’Mangia - 1, San Ġwann – 2 , Lija -1, Pietà - 1, Attard – 1, Birkirkara – 1. Kwalunkwe impjieg ieħor f’dan il-grad li jista’ jkun hemm aktar tard jiddependi fuq il-bżonnijiet tal-Università.

Skejjel primarji — studenti assenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel primarji tal-gvern li kienu assenti għal aktar minn tlett ijiem matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel sekondarji — studenti assenti għal aktar minn tlett ijiem

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel sekondarji tal-gvern li kienu assenti għal aktar minn tlett ijiem matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Proġetti ta' bini ta' djar ġodda tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-proġetti ta' bini ta' djar ġodda tal-gvern li hemm għaddejjin bħalissa f'Malta u Għawdex? Fiex jikkonsisti kull proġett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

B'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 25632 ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 22420

tfal li ma qagħdux għall-eżemi tal-Junior Lyceum

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kienu, matul l-aħħar 5 snin in-numru ta' tfal, bniet u subien, li ġejjin minn kull belt u raħal tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali raħal raħal li ma qagħdux għall-eżami tal-Junior Lyceum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.