Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħad-Dingli — Trejqet is-Sagħtar - Nuqqas ta’ dawl

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26248 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25559, jista’ l-Ministru jgħid meta twaħħlet is-sistema tad-dawl fi Trejqet is-Sagħtar, f’Ħad-Dingli?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-installazjoni saret lejn l-aħħar tal-2024.

Port tal-Imġarr — Bastimenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26454, 26631 u 26857 u jipprovdi informazzjoni dwar il-marka, il-mudell u n-numru tar-reġistrazzjoni tad-90 bastiment tas-sajd li qed jintużaw fid-90 pontoon ġdid li nħolqu għall-bastimenti tas-sajd?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

Port tal-Imġarr – Allokamenti ta’ Pontoons

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26455, 26632 u 26858 u jinforma lill-Kamra li l-ebda bastiment tas-sajd ma ġie miċħud pontoon, minn dawk li kienu maħsuba biex jiġu allokati permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista’ jagħti d-dati ta’ meta dawn ġew allokati u l-perjodu ta’ żmien rispettiv?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

Ta’ Xbiex – Bini ta’ strutturi illegali

Question

Fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti li sabet li l-applikazzjoni għal bini ta’ strutturi fil-ġnien ta’ Ta’ Xbiex hija waħda illegali, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jittieħdu biex din il-liġi tiġi osservata?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26696.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ħaż-Żabbar — Triq Wied il-Għajn - Bus shelter

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25729 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25563, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bus shelter li kien hemm fi Triq Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar tressaqx minn postu meta saru xi xogħlijiet fiha? Jista’ jgħid ukoll jekk dan tressaqx temporanjament jew le? U jekk le, x’inhi r-raġuni għalfejn tressaq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta Infrastruttura Malta bniet mill-ġdid Triq Wied il-Għajn, tejbet l-infrastruttura għall-diversi modi ta’ ivvjaġġjar, inkluż il-mobilità attiva, il-vetturi u t-transport pubbliku. Huwa mifhum illi l-mistoqsija qed tirreferi għall-waqfa, ‘Maġġi’. Ninfurmah li x-xogħlijiet ħasbu ukoll għall-post fejn tal-linja tkun tista’ tieqaf bla ma tostakola mezzi oħra tat-transport. Dan is-sit kien diġà jippermetti l-ispazju neċessarju għal dan il-għan.

Ħal Tarxien — Triq l-Isqajjaq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilha ma tiġi miżbugħa ż-Zebra Crossing li hemm fi Triq l-Isqajjaq, f’Ħal Tarxien u jara li jiġi installat dawl relattiv għal mal-lejl?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Għaxaq — Triq San Filippu - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u għadhom qed isiru fi Triq San Filippu, f’Ħal Għaxaq u kemm ser jiġu jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Triq San Filippu Għaxaq qed isiru xogħlijiet ta’ rinfurzar tal-cables tad-distribuzzjoni tal-Enemalta. Flimkien mal-kumplament tan-network li qed issir fil-lokalità ta’ Ħal Għaxaq, dawn ix-xogħlijiet huma stmati li jammontaw għal madwar €1 miljun.

Ħal Għaxaq — Triq il-Belt Valletta - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u għadhom qed isiru fi Triq il-Belt Valletta, f’Ħal Għaxaq u kemm ser jiġu jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Triq il-Belt Valletta Għaxaq qed isiru xogħlijiet ta’ rinfurzar tal-cables tad-distribuzzjoni tal-Enemalta. Flimkien mal-kumplament tan-network li qed issir fil-lokalità ta’ Ħal Għaxaq, dawn ix-xogħlijiet huma stamti li jammontaw għal madwar €1 miljun.

Liċenzji tas-sewqan — Sewwieqa ta' nazzjonalità barranija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26939, jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji tas-sewqan lil sewwieqa ta' nazzjonalità barranija matul is-snin 2019, 2020, 2023, 2024 u matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu msemmi inħarġu total ta’ 25,849 liċenzja tas-sewqan lil persuni barranin ġejjin mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi. (Korrezzjoni: Ara Dokument PL 5354 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 333 nhar it-Tnejn 14 ta' April 2025)

Ħal Qormi — Triq San Bastjan - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl li se jsiru x-xogħlijiet fi Triq San Bastjan f'Ħal Qormi, jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li dan ix-xogħol fi Triq San Bastjan jibda wara l-festa li ssir fit-tielet Ħadd ta' Lulju, peress li diversi membri tal-għaqdiet tal-festa ta' San Bastjan urew it-tħassib tagħhom dwar dan biex potenzjalment ma tkunx imxekkla l-ħidma tagħhom, li tibda ferm qabel iż-żmien tal-festa?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġie deċiż li x-xogħlijiet ippjanati f’din it-triq, ma jsirux għalissa.

Ħal Qormi — Triq San Bastjan - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl li se jsiru x-xogħlijiet fi Triq San Bastjan f'Ħal Qormi, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji, inkluż id-dati, ta’ kif se jkun qed jiġi mqassam ix-xogħol kollu fi Triq San Bastjan, f’Ħal Qormi?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27063.

Ras Ħanżir — Tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender Ta' Ras Ħanżir oriġinali (dak li ġie imwaqqaf) kellux xi nuqqasijiet bejn dak li kien mitlub mit-tender u dak li nstab waqt ix-xogħol, b'mod partikolari fis-survey ġeografiku?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26153.

Ras Ħanżir — Tender - Studji neċessarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux studji neċessarji mill-kuntrattur sabiex seta’ jevalwa x-xogħol sewwa mingħajr intoppi fit-tender Ta' Ras Ħanżir? Jekk kien hemm diffukaltijiet, jista’ jispjega x'kienu?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26153.

Ras Ħanżir — Tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq it-tender ta’ Ras Ħanżir hux ser jitkompla? Jista’ jgħid ukoll jekk dan ix-xogħol hux ser jitkompla mill-kuntrattur li rebaħ it-tender oriġinali jew inkella jekk hux ser isir xi direct order ma kuntrattur ieħor? Jista’ jgħid min hu dan il-kuntrattur?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26153.

Ras Ħanżir — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’tip ta’ xogħol ser ikun qed isir issa ġaladarba t-tender Ta' Ras Ħanżir twaqqaf? Jista’ jgħid ukoll jekk dan ix-xogħol hux parti mit-tender oriġinali?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26153.