Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità tal-Gżira bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' Pembroke bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità tas-Swieqi bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' Tal-Pietà bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità tal-Imsida bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità tal-Ippjanar – Ta’ Xbiex – sottomissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' Ta' Xbiex bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemmx sottomisjonijiet fuq il-lokalità ta’ Ta’Xbiex.
Awtorità tal-Ippjanar – San Ġwann – sottomissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' San Ġwann bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jindika meta l-istatwa tal-Madonna fi Triq Reġjonali se titpoġġa lura f'postha?
Response (BORG, IAN)
Il-Kunsill Lokali Gżira u l-kuratur tan-niċċa tal-Madonna msemmija kienu talbu sabiex din l-istruttura ma terġax tinbena fil-post oriġinali iżda f’żona fejn tista’ titgawda u tiġi meqjuma aħjar, mingħajr periklu. Wara konsultazzjoni mal-partijiet konċernati, kien hemm qbil li n-niċċa ġdida għal din l-istatwa tinbena fi Triq tas-Sliema, il-Gżira. Fil-fatt, il-pedamenti u l-pedestall ta’ din l-istruttura diġà nbnew. Il-bini tan-niċċa se ssir fiż-żmien li ġej, hekk kif jintemm il-proċess ta’ akkwist tas-servizzi meħtieġa, sabiex finalment l-istatwa tkun tista’ titpoġġa f’dan il-post aktar adattat.
Jista' l-Ministru jgħid x'esproprjazzjonijiet saru jew hemm il-ħsieb li jsiru sabiex issir Triq il-Wied f' Ħal Balzan? Jekk saru, jista’ jelenka liema huma u kemm hu l-valur ta' dawn l-esproprjazzjonijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet ma kellha ebda talba mingħand ebda entità kompetenti biex tesproprja art sabiex issir Triq il-Wied f'Ħal Balzan.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6648, 6578 u 6452 li kienu dwar każ ta' esproprjazzjoni ta' art fir-Rabat Għawdex, jista' l-Ministru jgħid:
a) id-data meta kienet ġiet ippreżentata l-kontestazzjoni minn terzi persuni msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6452;
b) jekk ma’ din il-kontestazzjoni ġewx ippreżentati dokumenti bħala prova li dawn it-terzi persuni għandhom xi titolu fuq din l-art,
c) jekk fl-affermattiv, meta ġew ippreżentati dawn id-dokumenti u;
d) jekk l-Uffiċċju Legali tal-Awtorità analizzax dawn id-dokumenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-domandi mressqa qed jiġu mwieġba hawn taħt;
a) Id-data meta kienet ġiet ippreżentata l-kontestazzjoni minn terzi persuni msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6452. Il-kontestazzjoni minn terzi persuni ġiet ippreżentata fl-2015.
b) Iva, ġew ippreżentati dokumenti bħala prova.
c) Id-dokumenti ġew ippreżentati fl-2015.
d) L-Uffiċċju Legali tal-Awtorità qiegħed fil-proċess li jeżamina dawn id-dokumenti.
Awtorità tal-Artijiet – art mgħoddija lil Sports Malta
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6411, dwar każ ta’ entità sportiva f'Għawdex, u t-tweġiba għaliha kienet tgħid li l-Awtorità tal-Artijiet qiegħda tipproċessa l-każ sabiex l-imsemmija art tgħaddi lil Sports Malta, jista' l-Ministru jgħid jekk l-art imsemmija għaddietx lil Sports Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess biex l-art imsemmijja tgħaddi lil Sports Malta, għadu għaddej.
Bypass tal-Mellieħa – testijiet fuq il-kwalità u t-tqegħid tat-tarmak
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’testijiet saru fuq il-kwalità tat-tarmak (core-testing) u fuq it-tqegħid tat-tarmak (longitudinal regularity) li sar fil-bypass tal-Mellieħa? Jista’ l-Ministru jekk jogħġbu jippubblika wkoll ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet u jispjega jekk il-kwalità tat-tarmak (kemm bħala tarmak innifsu u anke bħala tqegħid) hijiex sodisfaċenti skont dawn it-testijiet?
Response (BORG, IAN)
It-testijiet imsemmija saru fix-xhur li għaddew u qed jiġu analizzati. Testijiet oħra relatati qed isiru f’dawn il-jiem sabiex ikunu jistgħu jinħarġu r-riżultati finali.
Jista’ l-Ministru jikkunsidra li jsiru t-tiswijiet, bħal major patching, li hemm bżonn f’Triq Għawdex fil-Qawra, li hija triq li ta’ kuljum jgħaddu minnha għexieren ta’ karozzi tal-linja u mijiet ta’ karozzi privati u ilha minsija għal ħafna snin?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6736 - Qawra – Triq Għawdex – tiswijiet nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed tikkunsidra l-aħjar metodu ta’ kostruzzjoni li jrid isir f’din il-parti tat-triq u tipprepara biex hekk kif jispiċċa l-perjodu ta’ “No excavation or demolition works in tourism areas during the summer period” regolat mill-Planning Authority u MTA, ix-xogħol jinbeda mill-aktar fis.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex legali jew le, li jinbena boundary wall fejn ikun hemm sit ta’ kostruzzjoni u għalhekk ikun qed isir il-bini, u l-iżviluppatur jibni boundary wall taħt il-bankina, u għalhekk il-bankina ma tibqax aċċessibbli għall-persuni li jkunu jridu jimxu fuq il-bankina?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ fejn ikun qed isir skavar u taħmil tal-lant eżatt taħt il-bankina, iva jaf ikun meħtieġ li l-ħajt ta’ lqugħ jinbena taħt il-bankina sabiex jevita li n-nies jgħaddu minn fuq l-istess bankina peress li din ikollha l-possibiltà li tisfronda u l-periklu jkun ħafna akbar.