Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx sezzjoni ġdida ġewwa r-Renal Unit? Jekk iva, jista’ jgħid jekk din is-sezzjoni hux qiegħda tintuża, u għal liema appuntamenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Ottubru li għadda, spazju addizzjonali biswit ir-Renal Unit oriġinali ġie trasformat f’estenzjoni ġdida li diġá qiegħda tintuża
Ministeru għas-Saħħa — benefiċċji u għajnuna finanzjarja li ngħatat għall-produzzjoni ta’ films lokali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jsemmi kull benefiċċju, għotja jew kull tip ta’ għajnuna oħra finanzjarja jew taħt xi forma oħra, li ngħataw fil-produzzjoni tal-films lokali u/jew produzzjonijiet oħrajn, jew kull tip ta' għajnuna oħra għal skop ieħor li għalihom applikaw il-persuni jew il-kumpaniji msemmija separatament, inkluż l-entitajiet u l-awtoritajiet kollha relattivi taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2013 'il hawn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma ngħata l-ebda benefiċċju, għotja jew xi tip ta’ għajnuna oħra finanzjarja lill-kumpaniji jew persuni minnu msemmija separatament, mill-awtoritajiet kollha relattivi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi mill-2013 'il hawn.
Ibbażat fuq l-Art. 26 tal-UNCRPD, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jiżgura li l-professjonisti tas-saħħa tagħna, ir-rewmatisti u n-newroloġisti qed ikomplu t-taħriġ u l-edukazzjoni tagħhom dwar il-Fibromyalgia u l-ME? Kemm qed jinvesti l-istat f’taħriġ kontinwu lill-professjonisti kollha fuq mard debilitanti bħal dan, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fil-komunità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill Ministeru kkonċernat
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm persuni attendew għas-servizz provdut fil-Berġa tas-Saħħa taż-Żejtun tul din is-sena 2022? Jista’ jgħid x’servizzi mediċi ġew provduti u possibbilment jindika f’liema ġranet ser tkun miftuħa tul is-sena li ġejja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-bidu ta’ din is-sena sal-21/11/2022, kien hemm 3,800 persuna li attendew għas-servizz provdut fil-Klinika tal-Komunità taż-Żejtun. Is-servizzi provduti huma ta' Tabib, Infermiera, Fiżjoterapija, Patoloġija tad-Diskors, Podjatrija, Saħħa Mentali u Nutrizzjonista.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm persuni attendew għas-servizz provdut fil-Berġa tas-Saħħa ta’ Marsaxlokk tul din is-sena 2022? Jista’ jgħid x’servizzi mediċi ġew provduti u possibbilment jindika f’liema ġranet ser tkun miftuħa tul is-sena li ġejja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-bidu ta’ din is-sena sal-21/11/2022, kien hemm 9,670 persuna li attendew għas-servizz provdut fil-Klinika tal-Komunità ta’ Marsaxlokk. Is-servizzi provduti huma ta' Tabib, Infermiera, Fiżjoterapija, Patoloġija tad-Diskors, Podjatrija, Saħħa Mentali, Nutrizzjonista u Flebotomija.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm persuni attendew għas-servizz provdut fil-Berġa tas-Saħħa ta’ Wied il-Għajn tul din is-sena 2022? Jista’ jgħid x’servizzi mediċi ġew provduti u possibbilment jindika f’liema ġranet ser tkun miftuħa tul is-sena li ġejja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-11/03/2022 sal-21/11/2022 kien hemm 1,612-il persuna li attendew għas-servizz provdut fil-Klinika tal-Komunità ta’ Marsaskala. Is-servizzi provduti huma ta' Tabib, Infermiera, Patoloġija tad-Diskors, Podjatrija, Fiżjoterapija u Flebotomija.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn il-Gvern irrifjuta li f’din il-leġiżlatura fil-Parlament jitwaqqaf il-Kumitat Parlamentari għad-Dijabete bħalma kien hemm fil-leġiżlatura preċedenti meta f’pajjiżna hemm madwar 10% tal-popolazzjoni bil-kundizzjoni tad-Dijabete, jiġifieri madwar 50,000 persuna?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Parlament Malti diġà għandu Kumitat Permanenti għas-Saħħa li għandu l-vires li jittratta s-suġġett li semmiet hi.
Il-Mosta — Ċentru tas-Saħħa - ftuħ ta' kliniċi jew spazji ġodda
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4029, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk infetħux kliniċi ġodda jew spazji ġodda biex jifilħu dan l-influss ta' pazjenti fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta li qabel ma kinux jużaw dan iċ-Ċentru?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-għeluq temporanju taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara sar bi pjan ħolistiku. Is-Servizz tal-Flebotomija qed jingħata kuljum minn Klinika tal-Primary HealthCare f’B’Kara u s-servizz tal-Podjatrija għadu jingħata miċ-Ċentru ta’ Eċċellenza tal-Podjatrija li jinsab f’B’Kara. Iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta qiegħed jipprovdi biss is-servizz ta’ tabib għar-residenti li kienu jinqdew miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ B’kara.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm persuni attendew għas-servizz provdut fil-Berġa tas-Saħħa tal-Gudja tul din is-sena 2022? Jista’ jgħid x’servizzi mediċi ġew provduti u possibbilment jindika f’liema ġranet ser tkun miftuħa tul is-sena li ġejja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-bidu ta’ din is-sena sal-21/11/2022, kien hemm 1,448 persuna li attendiet għal serivzz fil-Klinika tal-Komunità tal-Gudja. Servizzi mediċi li jiġu pprovduti huma Tabib, Infermiera, Patoloġija, Podjatrija u Fiżjoterapija. Dawn huma kollha servizzi bl-appuntament.
Santa Luċija – Berġa tas-Saħħa – servizzi pprovduti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm persuni attendew għas-servizz provdut fil-Berġa tas-Saħħa ta’ Santa Luċija (Malta) tul din is-sena 2022? Jista’ jgħid x’servizzi mediċi ġew provduti u possibbilment jindika f’liema ġranet ser tkun miftuħa tul is-sena li ġejja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-bidu ta’ din is-sena sal-21/11/2022, kien hemm 1,831 persuna li attendiet għal-serivzz fil-Klinika tal-Komunità ta’ Santa Luċija. Servizzi mediċi li jiġu provduti huma ta’ Tabib, Infermiera, Patoloġija, Podjatrija, Dietetics, Fiżjoterapija u Saħħa Mentali għat-Tfal u ż-Żgħażagħ. Dawn huma kollha servizzi bl-appuntament.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm persuni attendew għas-servizz provdut fil-Berġa tas-Saħħa ta’ Ħal Għaxaq tul din is-sena 2022? Jista’ jgħid x’servizzi mediċi ġew provduti u possibbilment jindika f’liema ġranet ser tkun miftuħa tul is-sena li ġejja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-bidu ta’ din is-sena sal-21/11/2022, kien hemm 2,177 persuna li attendiet għal serivzz fil-Klinika tal-Komunità ta’ Ħal Għaxaq. Servizzi mediċi li jiġu pprovduti huma ta’ Tabib, Infermiera, Patoloġija, Podjatrija, Fiżjoterapija u Nutrizzjonista . Dawn huma kollha servizzi bl-appuntament.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm persuni attendew għas-servizz provdut fil-Berġa tas-Saħħa tal-Fgura tul din is-sena 2022? Jista’ jgħid x’servizzi mediċi ġew provduti u possibbilment jindika f’liema ġranet ser tkun miftuħa tul is-sena li ġejja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-bidu ta’ din is-sena sal-21/11/2022, kien hemm 3,700 persuna li attendiet għal-serivzz fil-Klinika tal-Komunità tal-Fgura. Servizzi mediċi li jiġu provduti huma ta’ Tabib, Infermiera, Patoloġija, Podjatrija, Fiżjoterapija, Saħħa Mentali u Nutrizzjonista. Dawn huma kollha servizzi bl-appuntament.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3902 rigward il-Klinika tal-Komunità f'San Pawl il-Baħar, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti tagħrif dwar l-indirizz ta' fejn ser tkun qiegħda tinfetaħ din il-klinika, x'servizzi ser ikunu offruti u min ser ikun jista' juża dawn is-servizzi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 3902.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – Entitajiet u Awtoritajiet – Kwalifiki akkedemiċi ta’ Chairpersons ta’ bordijiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1761 u jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu skont l-entità/awtorità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bil-kwalifiki akkademiċi li għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Ħal Tarxien – Berġa tas-Saħħa – servizzi pprovduti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm persuni attendew għas-servizz provdut fil-Berġa tas-Saħħa ta’ Ħal Tarxien tul din is-sena 2022? Jista’ jgħid x’servizzi mediċi ġew provduti u possibbilment jindika f’liema ġranet ser tkun miftuħa tul is-sena li ġejja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Berġa tas-Saħħa ta’ Ħal Tarxien minn meta nfetħet fid-19 ta’ Marzu 2022 sal-21 ta’ Novembru 2022 attendew 2,840 persuna. Servizzi pprovduti kienu ta' Tabib, Infermiera, Fiżjoterapija, Podjatrija, Social Worker, Nutrizzjonista, Flebotomija, Saħħa Mentali għat-Tfal u ż-Żgħażagħ u servizz tal-Iskoljożi.
B' referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2992, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se tinfetaħ berġa fil-lokalità ta' Birżebbuġa u fejn hi proposta li ssir għax fir-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 2911 li għamel referenza għaliha f'din il-mistoqsija parlamentari, ma ġietx imwieġba?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 2911.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm nies jistennew biex jagħmlu l-operazzjoni tal-katarretti u jekk hux veru li twaqqfu xi operazzjonijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-operazzjonijiet tal-katarretti f’Mater Dei qegħdin isiru, waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 3170.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta’ professjonisti li jaħdmu fil-Qasam tas-Saħħa Mentali u fejn qegħdin iwettqu x-xogħol tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 552 professjonisti li jaħdmu fil-Qasam tas-Saħħa Mentali. Dawn jaħdmu kemm ġewwa l-isptar Monte Karmeli kif ukoll fid-diversi servizzi tas-saħħa mentali fil-komunitá.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma l-istandards li jrid ikollhom id-djar residenzjali u l-hostels fil-Qasam tas-Saħħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Kura għal pazjenti b’nuqqas ta’ Saħħa Mentali fi djarhom
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm pazjenti b’nuqqas ta’ saħħa mentali li kellhom kriżi ta’ saħħa mentali serja u bdew jingħataw kura f’darhom stess, sabiex jiġi evitat li huma jkunu rikoverati fl-Isptar Mount Carmel?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn meta twaqqaf il-Crisis Resolution Home Treatment Team f’Diċembru li għadda, ġew riferuti b’kollox 276 każ. Minn dawn, 17-il pazjent biss kellu bżonn jiġi ammess ġewwa l-isptar Monte Karmeli.