Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xatt ta' Tignè

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-proġett għat-twessiegħ tal-moll fix-Xatt ta' Tignè huwa taħt ir-responsabbilità tiegħu? Jista' jgħid fiex wasal dan il-proġett li l-pjanti tiegħu kienu lesti u anke saru konsultazzjonijiet pubbliċi fl-2008?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru bħalissa qiegħed jaħdem fuq proposti ta’ tisbih tal-promenade tax-Xatt ta’ Tignè. Dan il-proġett ma jikkontempla ebda twessiegħ tal-moll.

Ħal Qormi — Triq Correa - problema tal-għargħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi ħsieb hemm fil-proġett dwar il-problema tal-għargħar fil-parti ta' fejn il-bridge ta' Triq Correa, Ħal Qormi fejn seħħ l-imblokk tal-ilma fl-aħħar għargħar li kien hemm fl-inħawi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26800.

Pannelli fotovoltajiċi — residenti li bbenefikaw mill-iskema

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex residenti li bbenefikaw minn skema tal-pannelli fotovoltajiċi ma jistgħux iżidu aktar pannelli mas-sistema eżistenti biex jiġġeneraw aktar enerġija anke jew dawk iħallsu minn jeddhom għaliex qed jingħad lilhom mill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi li ma jistgħux jagħmlu dan qabel ħames snin oħra inkella jkollhom jirrifondu l-flus li kienu ingħataw qabel, eżempju minn sistema ta' sitt pannelli jaqilbu għal tmienja?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25135. Wieħed irid jinnota li kull min ibbenefika mill-iskema, kien obbligat li jinstalla invertor adattat għan-numru ta’ panelli nstallati. Għaldaqstant mhux possibbli li jitwaħħlu panelli Addizzjonali mal-istess inverter Mandankollu, m’hemm xejn xi jżomm persuna milli twaħħal panelli addizzjonali ma’ inverter ieħor.

Mosta — Triq Karlo Darmanin u Dun Anġ Dingli

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25544 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jissuġerixxi lid-dipartiment responsabbli biex jieħu azzjoni ħalli titnaddaf l-area bejn it-Triq Karlo Darmanin u Dun Anġ Dingli, Mosta, liema area hija mimlija b'materjal tal-ġebel u trab ieħor li barra li tagħti dehra ta' telqa u ħmieġ, qed tkun il-post fejn tikkawża diversi problemi lir-residenti tal-madwar? Jistgħu jittieħdu l-passi neċessarji biex dan il-post jitnaddaf? Din it-talba diġà ġiet proposta diversi xhur ilu u l-Ministeru qal li kien se jieħu passi iżda mid-dehra din id-direzzjoni ma ġietx segwita mill-awtoritajiet konċernati.

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parl amentari numru 25023, infakkar lill-Onorevoli Interpellant li minn żmien ilu din ir-responsabbiltà kienet ġiet devoluta lill-Kunsilli Lokali u li għaliha gew allokati lilhom fondi meħtieġa.

Environmental Landscape Consortium — importazzjoni ta' xtieli, pjanti, fjuri u siġar

Question

Billi l-gvern għadda s-somma minn flus pubbliċi ta’ € 9,297,589 għas-sena 2010 lill-Environmental Landscape Consortium, li hija public private partnership mal-gvern, u li hija taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm minn dawn il-flus intnefqu fl-importazzjoni ta' xtieli, pjanti, fjuri u siġar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25534, niġbidlu l-attenzjoni li l-accountabitily lejn il-Gvern Ċentrali, għar-rigward il-parti mis-sonvenżjoni indirizzata għaż-żamma ta’ soft area alokalti lillhom kif ukoll għall-iżvilupp kapitali kemm ta’ konstruzzjoni u infrastruttura relatata, hija fuq bażi ta’ kwalità u livel tas-servizz provdeut u ma jidħolx fuq dettalji amministrattivi kif qed jinferixxi l-Onor. Interpellant.

MRA — budget edukattiv dwar enerġija alternattiva

Question

Billi skont tweġiba parlamentari 26101, l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi għandha budget edukattiv ta' €542,800 dwar enerġija alternattiva li jridu jintużaw sas-sena 2013, jista' l-Ministru jikkonferma kemm u kif intnefqu minnu s'issa u b'seħħ minn liema data?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li dan il-proġett huwa ko-iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea u ġie approvat biss nhar it-3 ta’ Mejju 2011. Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi mingħajr telf ta’ ħin diġa fasslet il-qafas ta’ dawn il-programmi għall-ħtiġijiet edukattivi identifikati u bħalissa għaddejja bil-proċess biex tiffinalizza t-tenders ħalli tkun tista’ ssir sejħa għall-offerti, kif jitolbu l-proċeduri tal-ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea, dwar l-organizzazzjoni u t-tmexxija tal-kampanja.

Energy Performace Certificate — Proprjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu energy performance certificates s'issa u fuq liema tip ta' proprjetajiet - tal-kiri, bejgħ jew dawk ukoll li huma at a planning stage? Billi huwa mifhum li nħarġu u qed jinħarġu għadd ta' enforcement letters biex jiġi żgurat compliance ma' dawn iċ-ċertifikati, jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ittri s'issa lil: a) proprjetà tal-kiri; b) proprjetà konnessa ma' bejgħ; u ċ) proprjetà f'xi stadju jew ieħor ta' ippjanar? Jista' jikkonferma li għalkemm l-onus taċ-ċertifikati huwa fuq min ibiegħ wara li l-proprjetà tkun inbiegħet lill-awtoritajiet kompetenti jistgħu jduru fuq ix-xerrejja kemm-il darba ċ-ċertifikat ma jkunx inħareġ fil-ħin qabel isir il-bejgħ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li sas-27 ta’ Ġunju ġew irreġistrati 72 ċertifikat dwar “Energy Performance of Buildings”. Minn dawn kien hemm 19 li nħarġu fuq propjeta li ġiet mibjugħa u l-kumplament fuq propjeta li għada fi stadju ta’ ppjanar. Inħargu b’kollox 199 ittra ta’ infurzar. Dawn kienu kollha fuq propjeta li għada fi stadju ta’ ppjanar. Nista’ nikkonferma li l-onus tac-ċertifikat hu fuq minn ibiegħ jew jikri. Ix-xerrej jew dak li jkun ser jikri għandu dritt bil-liġi li jitlob ċertifikat dwar “Energy Performance” u għal daqstant l-Awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu iċ-ċertifikat lix-xerrejja u jekk dawn ma jiprovduħx fiż-żmien stipulat bil-liġi, li hu ta’ 60 ġurnata, dawn tal-aħħar jistgħu jeħlu multa skond kif tiprovdi l-liġi.”

informazzjoni dwar santwarji tal-annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn santwarji tal-annimali f'Malta u Għawdex? Liema tip ta' annimali dawn is-santwarji jieħdu ħsieb?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22415

għajnuna lis-santwarji tal-annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna u x'tip ta' għajnuna ngħatat lis-santwarji tal-annimali li għandna f'Malta u Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26693.

microchipping fuq l-annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex se tingħata għajnuna biex isir il-microchippingfuq l-annimali? X'tip ta' għajnuna se tingħata? Min jista' japplika għaliha u kif?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Infakkar lill-Onor Interpellant li għal dawn l-aħħar ħamsin sena, kien hemm l-obbligu li tinħareġ liċenzja mill-Pulizija li tiġġedded kull sena bi ħlas annwali ta’ €2.33. Hu kkalkulat li kelb jgħix minn tal-anqas 10 snin, għalhekk jekk kelb jgħix 10 snin is-sid kien obblgat li jħallas €23.30 fuq 10 snin. Din is-sistema issa spiċċat u dan il-ħlas m'għadux fis-seħħ. Il-liġi l-ġdida tistipula li l-ħlas ta’ micro-chipping hu ta’ €11.80 (VAT inkluż) fil-każ ta’ klieb imsewwija (neutered) u €22.70 fil-każ ta’ kelb/a mhux imsewwi/ja u dan jikkonferma kif bil-liġi l-ġdida mhu se ndaħħlu ebda piż żejjed. Din id-differenza qed issir biex tħajjar lis-sidien isewwu l-klieb tagħhom u b’hekk jonqsu l-klieb. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kull min kien konformi mal-ligi antika u kellu l-kelb/klieb tieghu liċenżjat/i, ma jergax iħallas għal-licenzjar tal-kelb jew klieb tiegħu. Għaldaqstant kull min jippreżenta ircevuti tal-ħlas tal-kelb tiegħu għal-liċenzja tal-Pulizija ta’ dawn l-aħħar tlett snin (2008, 2009 u 2010), ir-registrazzjoni ta’ dan il-kelb issir mingħajr ħlas iehor. Hemm ukoll arranġamenti biex il-klieb kollha li kienu irregistrati fuq il-PETNET ser jiġu wkoll liċenzjati mingħajr ħlas ieħor bħala rikonoximent li dawn is-sidien ipparteċipaw f’sistema volontarja li tinkludi il-microchipping. Fl-aħħar nett infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-klieb kollha li huma iċċertifikati bħala GUIDE DOGS għan-nies nieqsin mid-dawl ser jiġu reġistrati wkoll mingħajr ebda ħlas.

esportazzjoni ta' hazardous waste

Question

Jista' l-Ministru jgħid Malta xi kemm tesporta hazardous waste – skart perikoluż – f’tunnellati kull sena? Lejn liema pajjiżi jiġi esportat dan l-iskart? X’kienu l-figuri mis-sena 2008 sal-lum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru responsabbli mill-Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u Ippjanar.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — service contract agreements

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u jagħti d-dettalji relattivi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument bl-informazzjoni mitluba.

Pjanti finalizzati

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 27288, u b'mod partikolari għar-referenza ta' applikazzjonijiet lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Ministru jindika meta hu mistenni li l-pjanti jiġu finalizzati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Sliema — Bisazza Street - Security guard mal-monumenti għal artisti

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk hux minnu li hemm security guard 24/7 mal-monument għal artisti ġewwa Bisazza Street, Sliema? Jekk fl-affermattiv, kemm qed jiswew kuljum u minn liema fond ħerġin dawn il-flus?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hija l-prassi addottata li għal żmien wara li jitlestew proġetti min dan il-Ministeru titħalla preżenża ta’ membri tas-security impjegati tal-istess Ministeru. F’dan il-każ partikolari l-pjan kien li jkun hemm security mhux biss biex jissalvagwardja l-street furniture u l-monument iżda wkoll biex jgħin li tindara is-sistema ta’ pedestrianisation.

Gżira — Ilqugħ minn għargħar fi Triq Belvedere

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex jilqgħu kontra l-għargħar li jkun hemm fi Triq Belvedere l-Gżira fin-naħa t'isfel minħabba l-ilmijiet li jinżlu mill-parti li tiżbokka f'Rue D'Argens Gżira, ftit aktar 'l isfel mis-Savoy?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li din il-problema qed tkun studjata u evalwata biex tintsab soluzzjoni vijabbli u tkun inkluza mill-aktar fis possibbli fil- programm ta’ xogħol li għandu x’jaqsam mal-problemi tal-għargħar.

Tal-Simblija — skema ARAMIS

Question

Jista' l-Ministru jindika meta se jerġa' jkun hemm aċċess għal Tas-Simblija, limiti ta' Ħad-Dingli wara li din kienet ingħatat fondi mill-Unjoni Ewropea taħt l-iskema ARAMIS u miftuħa uffiċjalment mill-Ministru bil-lapida b’kollox? X’qed iżomm milli jsir dan l-aċċess?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru responsabbli għad-Dipartiment tal-Artijiet.

siġar Ewkaliptus u Akaċja

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-politika tal-gvern rigward is-siġar Ewkaliptus u Akaċja?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru responsabbli għal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u Ippjanar.

produzzjoni tal-għasel lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi kbira l-produzzjoni tal-għasel lokali vis-a-vis l-Eucalyptus Honey li jiġi prodott f'Settembru u Ottubru?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat lil-istaġun li fih s-siġar tal-Eucalyptus ikun bil-fjuri jikkoinċidi ma parti mill-istaġun li fih is-siġar tal-ħarrub jinzertaw ukoll bil-fjuri. Għaldaqstant ma hemmx indikazzjoni li wieħed jista’ jgħid li f’Malta teżisti produzzjoni ta’ għasel esklussivament prodott mill-fjuri tas-siġar tal-Eukalyptus.

ambulanzi għall-annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ambulanzi fil-pajjiż li permezz tagħhom ikunu jistgħu jagħtu għajnuna lill-annimali li jkunu korruti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali għandu għad-disposizzjoni tiegħu 2 vannijiet attrezzati biex jintużaw bħala Ambulanza.

Ċentru San Frangisk — regoli dwar kura tal-klieb

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi regoli f'Ċentru San Frangisk li jekk biex tikkura kelb jiġi jiswa iktar minn €50, allura l-kelb minflok jitfejjaq, jitraqqad?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fiċ-Centru San Frangisk m'hemmx regoli tat-tip imsemmija mill-Onorevoli Interpellant.