Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — Talbiet għal kumpens rigward inċidenti f’toroq ta’ stat ħażin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba għal kumpens saret lill-kunsilli lokali f’Għawdex għal ħsarat li ġarrbu persuni fil-vetturi tagħhom f’Għawdex konsegwenza ta’ inċidenti fit-toroq li ġraw minħabba toroq mhux miżmuma tajjeb, mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kemm-il talba saret lil kull kunsill lokali f’Għawdex? Jista’ jgħid x’tip ta’ ħsarat kienu u kemm kienu l-ammonti mitluba minn dawn il-persuni għall-ħsarat li ġarrbu fil-vetturi tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba skont kif mibghuta lili mid-Divizjoni ghall-Gvern Lokali hi skont kif gej: Lokalità Numru ta' Talbiet Tip Ta' Ħsara Ammont ta' kumpens mitlub Għajnsielem 1 Ħsara fi chasis tal-karozza u brijx fil-bibien € 750 Qala 1 Ħsara fit-tyres tal-karozza € 131.50 Munxar 2 Ħsara fil-qiegħ tal-vettura minħabba grada ta’ stormwater culvert Ħsara fil-battery tal-karozza għax sidha ma setgħax joħroġ il-karozza mill-garaxx minħabba xogħol li kien għaddej fil-pjazza € 1,328 Sannat 1 Qatt ma ġiet sottomessa informazzjoni lura lill-Kunsill mingħand min għamel it-talba n/a Rabat 4 Ħsara fit-tyres, Ħsarat mekkaniċi € 1,996.86

Raħal Ġdid — Siġar taż-żebbuġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess, li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Raħal Ġdid u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li s-siġar taż-żebbuġ huma taħt ir-responsabbiltà tal-kuntrattur responsabbli mill-ġonna u soft areas. Infurmat ukoll li qed issir iż-żabra skond il-bżonn. Rigward l-ammont ta’ siġar taż-żebbuġ, infurmat mill-Kunsill li mhux possibbli li jiġi indikat l-ammont ta’ siġar taż-żebbuġ minhabba li hemm numru konsiderevoli ta’ siġar ta’ dan it-tip.

Raħal Ġdid — Triq l-Ammiraljat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena huwiex previst li Triq l-Ammiraljat, f’Raħal Ġdid issir mill-ġdid, billi ma tinsabx fi stat tajjeb bl-użu kostanti tagħha?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Wied il-Għajn — Siġar taż-żebbuġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess, li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Wied il-Għajn u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li s-siġar taż-żebbuġ jingħataw kura permezz ta’ tisqija u żbir. Rigward l-ammont ta’ siġar taż-żebbuġ, infurmat mill-Kunsill li mhux possibbli li jiġi indikat l-ammont ta’ siġar taż-żebbuġ minħabba li hemm numru konsiderevoli ta’ siġar ta’ dan it-tip.

Il-Belt Valletta – Servizz ta’ trasport ġewwa l-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta jipprovdix servizz ta' trasport ġewwa l-Belt Valletta? Jekk iva, x'servizz joffri? Min u kif wieħed jista' jagħmel użu minn dan is-servizz?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li l-istess Kunsill beda din l-inizzjattiva ta’ trasport ġewwa l-istess lokalità sabiex l-anzjani jmorru appuntamenti ġo sptar jew kliniċi. Dwar dan infurmat li għal tali servizz, wieħed irid japplika billi jċempel sa jumejn qabel fuq 22479417 jew billi jżuru l-uffiċni tal-Kunsill Lokali. Wara li wieħed japplika, infurmat li fil-ġurnata u l-ħin miftihem, l-Kunsill Lokali jieħu ħsieb jikkordina sabiex isir t-trasport relattiv.

Eurovision Song Contest — Ġurija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ntgħażlet il-ġurija tal-Eurovision Song Contest Malta fid-dawl tal-fatt illi kien hemm minnhom membri li jagħmlu parti mill-istess Bord tad-Diretturi tal-Public Broadcasting Authority (PBS)?

Response (BONNICI, OWEN)

Tajjeb wiehed ifakkar lill-Onor. Interpellanta illi l-PBS tfisser "Public Broadcasting Services" Ltd u mhux Authority. Intant infurmat illi l-għażla tal-ġurija kien eżerċizzju bbażat fuq numru ta' kriterji fosthom esperjenza fis-settur, partikolarment dak mużikali u kulturali, kredenzjali professjonali, diversità, reputazzjoni u imparzjalità. Infurmat ukoll mill-PBS illi m’hemm l-ebda raġuni għala persuna li tokkupa l-pożizzjoni ta' membru tal-Bord tal-PBS għandha tiġi eskluża milli sservi bħala ġurat f’festival tal-kanzunetta.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Deputati tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien/kienu d-Deputati tal-Gvern li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma jagħmlu parti min xi kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qiegħdin iservu, il-kariga li kienu/li qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ngaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju/honoraria tagħhom? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol tagħhom, ta’ kemm-il darba attendew fil-kumitat/bord/panels u kemm tħallsu jekk jitħallsu per sitting u l-ammont li tħallsu annwali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi ma kien hemm l-ebda Deputat tal-Gvern li, minn April 2013 sad-data ta’ din l-interpellanza, kienu jagħmlu parti minn xi kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju.

Bus Shelters — Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u Transport Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet bejn l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u Transport Malta dwar il-bus shelters? Jista' jgħid ukoll min ser ikun responsabbli tal-bus shelters il-ġodda, u min ser ikun responsabbli tal-manutenzjoni tal-bus shelters?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, li t-taħditiet qegħdin jirrevedu programm ta’ installazzjoni tal-Bus Shelters abbażi tal-użu tagħhom. Intant infurmat li r-responsabbiltà kemm tal-manutenzjoni, kif ukoll tal-installar tal-bus shelters hija tal-Kunsilli Lokali.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Deputati tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu / huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ingħataw xi kuntratt ta' konsulenza miċ-ċivil, servizz pubbliku, jew minn kumpaniji / banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, minn aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat x'tip ta' konsulenza kienu qed jagħtu, fejn kienu qegħdin iservu, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu ingaġġati (jekk hux b’sejħa pubblika, direct order, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant ma ngħatawx kuntratti ta’ konsulenzi skont kif indikat mill-istess Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

L-għażla taċ-child care hija tal-ġenituri u għaldaqstant ninsab informat li t-tagħrif mitlub huwa tagħrif personali li ma jinżammx mis-Settur Pubbliku.

Kunsilli Lokali — Segretarji Eżekuttivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Segretarji Eżekuttivi ta' Kunsilli Lokali jew Reġjonali li preżentement qed iservu bħala Deputat jew Aġent Segretarju Eżekuttiv f'Kunsilli Lokali jew Reġjuni oħra? Jista’ jgħid ukoll min huma dawn is-Segretarji Eżekuttivi u f'liema Kunsilli jew Reġjuni qed iservu bħala Segretarju Eżekuttiv u f’liema Kunsill jew Reġjun qed iservu bħala Deputat jew Aġent?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Locality Name Surname Designation Il-Fontana Josianne Cassar Aġent Segretarju Eżekuttiv Il-Gżira Mandy Carly Farrugia Deputat Segretarju Eżekuttiv Ħal Luqa Karen Maria Camilleri Deputat Segretarju Eżekuttiv Il-Qrendi Anthony Bonello Deputat Segretarju Eżekuttiv San Ġilian Malcolm Agius Aġent Segretarju Eżekuttiv Santa Luċija Fabian Mizzi Deputat Segretarju Eżekuttiv Santa Venera Michael Mifsud Deputat Segretarju Eżekuttiv Tas-Sliema Pierre Portelli Aġent Segretarju Eżekuttiv Ta' Xbiex Kurt Guillaumier Aġent Deputat Segretarju Eżekuttiv Ħal Tarxien Lianne Cassar Deputat Segretarju Eżekuttiv Ix-Xewkija Chrismar Xuereb Deputat Segretarju Eżekuttiv Reġjun tal-Punent / Western Elke Sghendo Aġent Segretarju Eżekuttiv Reġjun tal-Port / Port Lianne Cassar Aġent Deputat Segretarju Eżekuttiv

Kunsilli Lokali — Segretarji Eżekuttivi - impjieg ieħor mal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Segretarji Eżekuttivi, Deputati Segretarji Eżekuttivi jew Aġenti Segretarji Eżekuttivi li għandhom impjieg ieħor jew xi dħul ieħor minn entitajiet jew dipartimenti oħra tal-Gvern?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, li minn dawk il-Kunsilli Lokali li bagħtu t-tweġiba tagħhom sad-data tat-tweġiba ta’ din l-interpellanza parlamentari hemm seba’ (7) Segretarji Eżekuttivi, Deputati Segretarji Eżekuttivi jew Aġenti Segretarji Eżekuttivi li għandhom impjieg ieħor jew xi dħul ieħor minn entitajiet jew dipartimenti oħra tal-Gvern. Intant infurmat li dawn ma jinkludux dawk is-Segretarji Eżekuttivi li qed jaġixxu f’xi Kunsill Lokali jew Reġjonali ieħor. Infurmat ukoll illi l-Kunsilli Lokali li sad-data tat-tweġiba ta’ din l-interpellanza parlamentari ma ssottomettewx tweġiba huma s-segwenti: Il-Marsa, Marsaxlokk, il-Mellieħa, l-Imqabba, in-Nadur, in-Naxxar, il-Qala, il-Qrendi, San Ġiljan, San Lawrenz, is-Swieqi, Ta' Xbiex, ix-Xagħra, ix-Xewkija, iż-Żurrieq, il-Kunsill Reġjonali Għawdex, il-Kunsill Reġjonali Lvant, il-Kunsill Reġjonali Port u l-Kunsill Reġjonali Nofsinhar.

Ħal Tarxien — Siġar taż-żebbuġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess, li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Ħal Tarxien u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien illi is-siġar taż-żebbuġ jinżabru skont il-bżonn. Infurmat ukoll li hemm madwar 40 siġra taż-żebbuġ fil-ġonna u areas pubbliċi.

Raħal Ġdid — Triq Fr. Charles Plater

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena huwiex previst li Triq Fr. Charles Plater, f’Raħal Ġdid issir mill-ġdid, billi ma tinsabx fi stat tajjeb bl-użu kostanti tagħha?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Santa Luċija — Siġar taż-żebbuġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess, li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Santa Luċija u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija li l-kuntrattur tal-Kunsill responsabbli mill-ġonna u s-soft areas jieħu ħsieb l-arbuxelli, siġar u pjanti li huma mxerdin mal-lokalita’, inkluż is-siġar taż-żebbug. Dan jinkludi anke ż-żbir tal-istess siġar skont il-bżonn. Intant infurmat mill-istess Kunsill li huwa prattikament impossibbli li tinghata figura tan-numru tas-siġar taż-żebbug li jinsabu fil-lokalità madanakollu infurmat li l-ammont m’huwiex wieħed żgħir.

Heritage Malta – Nefqa fuq oġġetti li nxtraw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali tal-valur li ntefaq minn Heritage Malta fuq oġġetti li sejrin ikunu parti mill-wirt Nazzjonali tagħna matul is-snin 2019, 2020, 2021, 2022, 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x'kienu dawn l-oġġetti li nxtraw matul is-snin imsemmija u meta dawn inxtraw, u jaqsam din l-informazzjoni xahar b'xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Xatt tal-Kalkara – Proġett

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15499 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi u ċjoè: Minkejja d-diversi wegħdiet tal-Gvern li l-proġett tax-Xatt tal-Kalkara u t-toroq tal-madwar ser ikun lest sal-aħħar ta’ Diċembru 2023 u minkejja li wasalna fl-aħħar ta’ Jannar tas-sena 2024 u dan il-proġett għadu lura milli jkun lest, jista’ l-Ministru jgħid: a. x'fadal isir f'dan il-proġett sabiex ikun kompletament lest? b. meta dan il-proġett ser ikun kompletament lest?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Ix-Xagħra, Għawdex — Sit vakanti - Archaeological drawing

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15567, fejn ingħatat tweġiba parzjali, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-archaeological drawing tal-permess bin-numru PA/00564/18, li huwa permess tal-iżvilupp fuq l-istess sit fejn hemm l-applikazzjoni tal-iżvilupp bin-numru PA/03174/23, li jinsab fl-indirizz 'Vacant Site at, N/S off Triq il-Knisja c/w N/S off, Triq George Mcadam, Xagħra'?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 15901.

Is-Sannat – Triq il-Kbira — Ġibjun tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta’ xogħlijiet inbdew f'dawn l-aħħar ġranet mill-Kunsill Lokali Sannat fuq il-ġibjun tal-ilma li hemm fi Triq il-Kbira ġewwa s-Sannat, Għawdex, kemm ser jiġi jiswa dan ix-xogħol u jekk ingħatatx għajnuna mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar biex isir dan ix-xogħol? Jekk iva, jista’ jgħid fiex kienet tikkonsisti u tammonta din l-għajnuna? Jista’ jgħid ukoll meta hu maħsub li jitlesta dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Sannat illi x-xogħlijiet relattivi jikkonsistu f’pavimentar, dwal, bankijiet u qsari bi xtieli ġodda. Infurmat ukoll mill-istess Kunsill Lokali li l-proġett, li sar mill-Kunsill Lokali ta’ Sannat, gie jiswa €33,090.98. Finalment infurmat li x-xogħol tlesta lejn l-aħħar tas-sena 2023.

Is-Sannat — SNTLC/07/2023 - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibda u jitlesta x-xogħol relatat mas-sejħa 'WORKS – ROADWORKS IN TA’ SANNAT, IN A RESOURCE EFFICIENT MANNER CFT CA UNIQUE ID: SNTLC/07/2023' li nħarġet mill-Kunsilli Lokali Sannat? Jista’ jgħid ukoll fiex tikkonsisti din is-sejħa u kemm kien il-valur li biha ġiet awarded din is-sejħa biex isiru x-xogħlijiet mitluba minn din is-sejħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat illi x-xogħlijiet huma mistennija li se jibdew fil-gimgħat li ġejjin. Intant infurmat illi s-sejha li qed issir referenza għaliha mill-Onor. Interpellant, kienet tikkonsisti f’toroq bl-asfalt u l-valur li biha ġiet awarded kien ta’ €640,057.44 (VAT eskluż).