Legislature:
Category:
Reset
Active:

FEANTSA — Kriterji

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern biħsiebu jadotta l-kriterji tal-European Federation of National Organisations Working with the Homeless (FEANTSA), fir-rigward ta’ homelessness, fil-liġi u għall-fini ta' statistika?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, huwa l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) li huwa l-entità responsabbli biex tiddeċiedi ma’ liema kriterji statistiċi internazzjonali għandna naderixxu magħhom bħala pajjiż u għandhom allura jintużaw fir-rappurtaġġ statistiku li jsir. Minkejja dan, nirreferi għat-tweġiba mogħtija għall - PQ 14170 li turi li l-FSWS tuża s-segwenti kriterji fejn jirrigwarda statistika dwar persuni bla dar (homeless): “The Homeless Service collects information regarding service users across all FSWS services1 who reported one of the following forms of homelessness: · Rooflessness: (people living rough - in the streets, abandoned buildings etc); · Houselessness: (people in accommodation for the homeless, in accommodation for migrants, people due to be released from institutions and people receiving long-term support due to homelessness); · Couch surfing: (people living temporarily with friends, sharing accommodation with others which is not secure); and · At risk of homelessness/Inadequate housing (people living in insecure tenancies, under threat of eviction or violence, living in unfit housing, non-conventional dwellings or in situations of extreme overcrowding.” Dan juri li l-kriterji elenkati mis-servizz rispettiv tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan l-FSWS huma bbażati u meħuda mill-kriterji tal-FEANTSA. Wieħed jista’ jidħol ukoll fis-sit uffiċċjali tal-FEANTSA, fejn jista’ jara li d-definizzjoni u l-kriterji tagħha huma d-definizzjoni u kriterji li jimxi fuqhom is-Servizz tal-Homeless tal-Aġenzija Appoġġ. Fl-aħħar nett, inżid ninforma lill-Onor. Interpellanta li, s-Servizz tal-Homeless tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan l-FSWS huwa membru tal-FEANTSA. Membri ta’ dan is-servizz anki attendew konferenza dwar dan is-suġġett organizzat mill-European Observatory on Homlessness fi ħdan l-istess FEANTSA fl-14 u l-15 ta’ Settembru, 2023.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-work from home u/jew telework u/jew remote working requests relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta, sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 14712.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Deputati tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji/banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, il-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qiegħed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Fotografi jew vidjografi - direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14352 u jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fid-dekasteru li jien responsabbli ghaliħ ma hemm l-ebda Deputati tal-Oppożizzjoni impjegati.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul is-sena 2023, xahar b'xahar, mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra sick leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Kuntratti ta’ fiduċja

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn meta lħaqt Ministru responsabbli mill-portafoll tal-Politika Soċjali, fl-2017, sal-ġurnata li qed tkun mwieġba din l-Interpellanza, fiż-żewġ entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru, ma ġewx ingaġġati persuni fuq kuntratt ta’ fiduċja; kemm fejn jirrigwardja l-FSWS kif ukoll fejn jikkonċerna l-SCSA.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-vacation leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Każijiet ta’ separazzjoni – Ġenituri li mhux qed jitħallew jaraw lil uliedhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min qiegħed jiżgura li ġenituri mhux qed jiġu mċaħħda minn uliedhom sakemm iddum għaddejja l-kawża ta’ separazzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-ebda entità li taqa' taħt dan il-Ministeru m'għandha l-kompetenza li tiddeċiedi dwar l-aċċess għall-ġenituri li ma jirrisjedux ma’ wliedhom.

Inċidenti fuq siti ta’ kostruzzjoni – Talbiet għal benefiċċji

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11190 u 11191, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal benefiċċji li jirrigwardaw korrimenti fuq il-post tax-xogħol? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-korrimenti kienu fuq siti ta’ kostruzzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għandu informazzjoni fuq kemm ikun hemm inċidenti fuq siti ta’ kostruzzjoni skont jekk tkunx saret applikazzjoni jew le għall-benefiċċju ta’ korriment. Minn din l-informazzjoni, in-numru ta’ inċidenti mis-sena 2012 sa issa, huwa skont kif jidher hawn taħt: Sena Applikazzjonijiet għall-benefiċċju ta’ korriment 2012 449 2013 446 2014 469 2015 464 2016 441 2017 550 2018 572 2019 526 2020 505 2021 483 2022 472 2023 325

Tax Deduction fil-pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14027 u cjoè: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 9431 u 12437, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi ulterjuri dwar it-tax deductions fil-pensjoni maħruġa ai termini tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-testing li kien hemm bżonn isir sar, u issa d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qiegħed konformi mat-tax deductions.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenzi tax-xogħol u/jew timesheets relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Direttorat tal-Protezzjoni tal-Minorenni – Rapporti ta’ abbuż tat-tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta’ abbuż tat-tfal lid-Direttorat tal-Protezzjoni tal-Minorenni minn mindu daħal fis-seħħ l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv), Kap. 602 tal-Liġijiet ta’ Malta, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-każijiet spiċċaw il-Qorti, għal kull sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont id-data miżmuma mid-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Minuri dwar ir-rapporti li daħlu u li hemm minn dawn marru l-Qorti: 1. Fis-sena 2020: Bejn Lulju 2020, meta beda jitħaddem Kap 602, u Diċembru 2020 daħlu 639 rapport u 10 każijiet spiċċaw il-Qorti (tlieta minn dawn it-talbiet ma ġewx aċċettati) 2. Fis-sena 2021: Daħlu 1844 rapport u 139 każ spiċċaw il-Qorti 3. Fis-sena 2022: Daħlu 2128 rapport u 216 każ spiċċaw il-Qorti 4. Fis-sena 2023: Daħlu 2250 rapport u 115 każ spiċċaw il-Qorti

Qorti tal-Minorenni — Każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm minorenni li spiċċaw quddiem il-Qorti tal-Minorenni f’dawn l-aħħar ħames snin? X’kienu r-reati l-aktar komuni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li peress li fid-dekasteru assenjat lili ma hemmx la l-Qrati tal-Ġustizzja (inkluża l-Qorti tal-Minorenni), la l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u lanqas il-Korp tal-Pulizija, m'inix f’pożizzjoni li nwieġeb għal din il-mistoqsija. Għaldaqstant, ġentilment nitlobha tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministri kkonċernati.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Nefqa fuq rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi fond mill-baġit ministerjali jew minn xi entità li taqa’ taħtu li minnhom jixtri rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mhemmx fond speċifiku li jismu rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra.

Ordnijiet ta’ Ħarsien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ordni ta’ ħarsien inħarġet mill-Qorti minn mindu daħal fis-seħħ l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv), Kap. 602 tal-Liġijiet ta’ Malta, maqsuma sena b’sena u skont it-tip ta’ ordni, mill-ħamsa li hemm?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skont id-data miżmuma mid-Direttorat għall-Promozzjoni tal-Minuri, l-Ordnijiet maħruġa taħt Kap 602 tal-Liġijiet ta’ Malta mindu din l-istess liġi daħlet fis-seħħ f’Lulju 2020, it-tipi ta’ ordnijiet li ħarġu sena b’ sena huma kif elenkati hawn taħt. 1. 2020: 6 Ordni (kollha Care Orders) u 1 Care Order minuri mhux akkumpanjat (UMAS UMAS – tindika l-frażi Unaccomapnied Minors Asylum Seekers, li tirreferi għal minuri mhux akkumpanjat illi qed ifittex l-ażil fil-ġżejjer Maltin. ) 2. 2021: 38 Ordni (Care Orders) u 101 Ordnijiet ghall-UMAS 3. 2022: 216 Ordnijiet, mqassmin hekk: i. 12 Ordnijiet ta’ Emerġenza, ii. 20 Ordnijiet ta’ Ħarsien ( Care Orders ), iii. 38 Ordnijiet proviżjonali – li baqgħu jinstemgħu fil-Qorti skont l-Art 18, iv. 17 Ordnijiet ta’ Superviżjoni, v. 129 Ordnijiet ta’ Ħarsien UMAS. 4. 2023: 115 Ordnijiet, mqassmin hekk: i. 15 Ordnijiet ta’ Emergenza, ii. 27 Ordnijiet ta’ Ħarsien ( Care Order ), iii. 21 Ordnijiet ta’ Superviżjoni (15 pendenti u 6 kkonfermati), iv. 20 Ordnijiet proviżjonali, v. 3 Ordnijiet tat-Tneħħija, vi. 1 Ordni tat-Trattament, vii. 28 Ordnijiet UMAS.