Jista' l-Ministru jivverifika x'inhi r-raġuni għala l-paviment tal-qawwi li tpoġġa fi Triq San Ġwann (b'mod partikolari fil-junction ma' Triq id-Dejqa) il-Belt qiegħed jinqala' kollu u jinfetħu l-fili kollha ta' bejn l-islabs?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta se tagħmel laqgħat mal-kuntrattur u mal-MRRA biex tinstab soluzzjoni għal din il-problema.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Tnaqqas tal-Vot fil-Budget
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkun qed jonqos il-vot fil-Budget 2012 dedikat għall-Ospitalità u mill-vot għall-Konsulenzi li jaqgħu taħt id-dekasteru li tiegħu huwa responsabbli? Kemm kienu dawn l-ammonti għas sena 2011 u kemm kienu skont l-budget oriġinali għall-2012?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jara li Triq il-Foss ġewwa l-Fgura ssir kollha kemm hi għallanqas sal-aħħar residenti li hemm fiha minħabba li l-kuntrattur qed jgħid li huwa l-ewwel parti biss se jagħmel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din il-parti msemmija se tiddaħħal bħala parti mix-xogħol ta’ Transport Malta u se tinħareġ sejħa għall-offerti oħra għal dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid x'sens jagħmel li Transport Malta toqgħod twaħħal tabella ma' kull ftit metri ta' tarmac meta minbarra l-kunsilli lokali hija Transport Malta biss li tagħmel it-toroq f'pajjiżna u dan apparti li dawn it-tabelli qed ikerrhu l-ambjent speċjalment fejn f'numru ta' toroq hemm aktar minn tabella waħda u dan għal ftit metri ta' tarmac biss?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-imsemmija tabelli jitwaħħlu għal perjodu ta’ gimgħatejn biss minn meta jitlesta x-xogħol. Dawn jiffurmaw parti mit-tabelli li jwaħħal il-kuntrattur waqt ix-xogħlijiet skont kif ikun stipulat mill-pjan għall-immaniġġjar tat-traffiku. Bħall-kumplament tat-tabelli, dawn it-tabelli jibqgħu propjeta’ tal-kuntrattur li jista’ jerġa’ jużahom f’postijiet oħra fejn ikun wettaq xogħol ieħor għal Transport Malta. B’dawn it-tabelli, Transport Malta tkun qed turi ownership tax-xogħol li tkun għamlet, minħabba li xogħol ieħor jista’ jkun sar minn Kunsilli Lokali, li ħafna drabi huma wkoll jagħmlu tabelli simili għax-xogħol li jwettqu. Dawn it-tabelli jinkludu wkoll informazzjoni dwar kif il-pubbliku jista’ jikkuntatja lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilha topera l-Arriva kemm irċeviet għajnuna finanzjarja f'forma ta' sussidju statali jew kemm hi ntitolata li tirċievi s'issa xahar b'xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-provedimenti rilevanti fil-kuntratt bejn Transport Malta u Arriva Malta li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27764.
Mellieħa u Manikata — ilmenti dwar ir-rotot tal-linja
Question
Peress li qed ikolli ħafna lmenti minn residenti fil-Mellieħa u fil-Manikata dwar l-inkonvenzi kbar li nħolqu bir-rotot il-ġodda u bus-stops ġodda u differenti minn qabel, jista' l-Ministru jikkonsidra li jerġgħu għal li kienu qabel bdiet topera l-Arriva?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku dwar rotot u bus stops li qed isemmi.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tad-diversi senior managers fi ħdan Malta Free Port Corporation?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li fi ħdan Malta Freeport Corporation hemm Senior Manager wieħed u peress li din hija l-istess persuna li hemm referenza għaliha fil-mistoqsija Parlamentari Nru. 32112, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għal din l-istess mistoqsija, cioe' mistoqsija Parlamentari Nru. 32112.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-impjegat, li d-dettalji dwaru qed jinbtagħtu separatament, għad li huwa fl-impjieg dirett ta' Transport Malta, ħadd ma jkun jaf jekk irraportax għax-xogħol jew le? Jista' jgħid taħt liema dipartiment/taqsima dan impjegat huwa assenjat? Jista' jgħid għal kemm żmien ilu tissustixx din is-sitwazzjoni konċernanti dan l-impjegat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-persuna taħdem fid-Direttorat tal-Infurzar u nfurmat ukoll li l-attendenzi tal-ħaddiema kollha huma verifikati skond proċeduri stabbiliti.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-kont ta' multi li rċeviet il-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament fuq vettura li ma baqgħetx tagħhom għaliex kienet inbiegħet u sar transfer fuqha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma' jkollix il-kunsens ta’ l-individwi konċernati.
Jista' l-Ministru jistħarreġ it-talba ta' residenti fl-Imdina Road Ħal Qormi biex il-pedestrian crossing li hemm fl-istess triq fejn il-Bathline Showroom tinbidel f'pelican lights minflok minħabba li l-vetturi mhux iwaqqfu lill-pedestrians u saret perikoluża ħafna għar-residenti partikolarment fir-rush hour?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta se teżamina dan il-każ billi jsiru l-ispezzjonijiet neċessarji fuq il-post u billi tinġabar l-informazzjoni dwar it-traffiku u l-pedonali kollha meħtieġa sabiex tittieħed deċiżjoni nfurmata dwar x'hemm bżonn li jsir.
Ħal Qormi — Triq Manwel Dimech - tiswijiet fil-bankina
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax tiġi rranġata l-bankina fi Triq Manwel Dimech Ħal Qormi minħabba li din tintuża ħafna min-nies li jgħaddu minn dawn l-inħawi partikolarment dik li tmiss mal-Ġnien De La Cruz li tinstab fi stat ħażin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt it-talba tiegħu lil Transport Malta.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — impjegati self employed
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32404 u jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-persuni li huma self-employedfil-Ministeru, dipartimenti u f'xi entita oħra huma għaxra u dawn jagħmlu xogħol ta' HR Consultant; quantity surveying; road design; port & state control inspections; assistenza fuq desktop support; vessel traffic service operations; traffic management services u amminstrazzjoni fl-avjazzjoni.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — allowances mħallsa lill-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-allowances indikati mill-Onor. Interpellant li tħallsu l-impjegati fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt d-dekasteru tiegħi fl-aħħar sena kienu ta’ €748,866.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratturi li ħadmu jew li qed jaħdmu mat-Transport Malta mill-2010? Jista' jindika u jispeċifika x-xogħlijiet li ngħataw dawn il-kuntratturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-gvern u l-entitajiet pubbliċi jidħlu f'numru kbir ta' kuntratti għal servizzi, prodotti, kostruzzjoni u xogħlijiet. Nitlob għalhekk lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Transport Malta — collective agreement mhux imġedded
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-collecive agreement fi ħdan Transport Malta għadu ma ġiex imġedded? Jista' jgħid meta dan it-tiġdid se jsir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-negozjati dwar ftehim kollettiv ġdid għaddejjin bħalissa.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-enforcement officers fi ħdan Transport Malta mhumiex qed jesegwixxu parti mix-xogħol tagħhom bħala fixed point u dan kemm ilu li t-task force mwaqqfa ħadet ir-responsabilità ta' tmexxija tas-servizz tat-Trasport Pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa l-enforcement officers qegħdin jimxu ma' direttivi tal-union li tirrapreżenthom u għalhekk mhux qed jesegwixxu uħud mix-xogħlijiet tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa involuta sabiex bus shelter li sar f'Ottubru 2011 tmexxa mill-Imġarr għar-Rabat ġewwa Għawdex? Jista' jgħid lil min Transport Malta għaddiet dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk dan ix-xogħol ġiex mogħti b'direct order?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma mexxiet l-ebda bus shelter mill-Imġarr għar-Rabat Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex saret distinzjoni bejn il-ħaddiema ta' Transport Malta meta ġie mogħti bonus fl-aħħar tas-sena? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li ttieħdet din il-deċiżjoni meta dawn jagħmlu l-istess xogħol bħala l-impjegati l-oħra fl-istess awtorità?
Response (GATT, AUSTIN)
L-iskop tal-performance bonus hu li jagħmel distinzjoni bejn il-performance tal-ħaddiema skont kriterji stabbiliti. Għalkemm ix-xogħol f'xi każi jista' jkun l-istess, minn naħa l-oħra, l-mod kif isir ix-xogħol jista' jkun differenti. Dan għalhekk jirrifletti fil-bonus li jingħata.