Legislature:
Category:
Reset
Active:

Helpline tal-Budget — telefonati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il telefonata rrisponda l-helpline tal-Budget mit-12 ta’ Ottubru sakemm tiġi biex titwieġeb din il-mistoqsija? X’inhuma l-aktar tliet mi¿uri li staqsa dwarhom il-pubbliku?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #22963 Sitting 521 2021-11-17 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-FInanzi u x-Xogħol – Permanent Secretary – covering letter għal position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-covering letter maħruġa mill-Permanent Secretary għal kull position of trust fil-Ministeru tiegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22956.
Leg 13 PQ #23246 Sitting 521 2021-11-17 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Malta Air Travel Ltd — dħul

Question

B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 22924, jista' l-Ministru jgħid kif il-kumpanija Malta Air Travel Ltd jkollha dħul minn attivatijiet ta' wet leasing meta ma jidhirx illi għandha ajruplani fuq il-kotba tagħha?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Malta Air Travel Ltd għandha ajruplan mikri fuq bazi ta’ Dry Lease.
Leg 13 PQ #22790 Sitting 520 2021-11-16 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Żona UCA – duty fuq prezz ta’ proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rata ta' 0% Duty fuq l-ewwel €750,000 tal-prezz tal-proprjetà f'żona UCA tapplikax kemm għal xerrej li huwa persuna naturali kif ukoll għal xerrej li huwa persuna legali (kumpanija eċċ.)? Tista’ din il-miżura titgawda BISS minn persuna fiżika li tixtri proprjetà f’żona UCA; jew kumpanija li tixtri proprjetà f'żona UCA tista' tibbenefika wkoll, minn din il-miżura tal-baġit ta' dazju ta' 0%?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji tal-mizuri l-ġodda tal-baġit jiġu mħabbra mal-pubblikazzjoni tal-Avvizi Legali rilevanti. Għaldaqstant, kuntratti li jsiru mit-12 ta’ Ottubru 2021 sa meta jiġu ppubblikati l-Avvizi Legali, għandhom jibqgħu jsiru skont il-liġijiet kurrenti. Dawk minnhom li jkunu jikkwalifikaw għall-mizuri l-ġodda tal-baġit ikunu jistgħu jitolbu rifuzjoni tat-taxxi.
Leg 13 PQ #23072 Sitting 520 2021-11-16 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Residenti f’Għawdex li huma reġistrati għall-V.A.T.

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-figura ta' kemm hemm persuni residenti f'Għawdex li huma reġistrati għall-V.A.T., sena b'sena, bejn l-2010 u l-2021, u kemm minnhom huma eżenti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li turi n-numru ta’ kontijiet tal-VAT attivi, kull tmiem is-sena, minbarra 2021 sal-lum, f’kull kategorija ta’ negozju li jġib indirizz f’Għawdex.
Leg 13 PQ #23237 Sitting 520 2021-11-16 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Skema tal-Ħaddiema tal-Kommunità — imsieħba

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22928, jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' msieħba fl-Iskema tal-Ħaddiema tal-Kommunità li sabu impjieg fis-settur privat, sena b'sena minn mindu twaqfet din l-Iskema, jelenka l-isforzi msemmija sabiex l-imsieħba ta' din l-Iskema jsibu mpjieg fis-settur privat u jgħid kif is-settur privat jista' jitlob li jimpjega ħaddiema li huma f'din l-Iskema ?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #23067 Sitting 519 2021-11-15 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Qala Għawdex – persuni self-employed

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-figuri ta' persuni self-employed li jirrisjedu fil-Qala, Għawdex sena b'sena bejn 2010 u 2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, hawn taħt issib tabella li turi l-persuni self-employed li jaħdmu fuq bazi full-time u part-time biss u li jirrisjedu fil-Qala, Għawdex sena b'sena minn 2010 sal-aħħar ta’ Mejju 2021. Sena Total Diċembru 2010 97 Diċembru 2011 98 Diċembru 2012 102 Diċembru 2013 112 Diċembru 2014 125 Diċembru 2015 136 Diċembru 2016 153 Diċembru 2017 173 Diċembru 2018 190 Diċembru2019 198 Diċembru 2020 216 Mejju 2021 219 L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Mejju 2021.
Leg 13 PQ #23068 Sitting 519 2021-11-15 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Community Workers Scheme – kwalifiki

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-kwalifiki sabiex persuna tiġi assunta mill-Community Workers Scheme?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari 20097.
Leg 13 PQ #23070 Sitting 519 2021-11-15 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Skema tal-Ħaddiema tal-Komunità — gradwati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm gradwati li huma msieħba fl-Iskema tal-Ħaddiema tal-Komunità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fil-prezent, hemm persuna waħda li hi gradwata, u li qedgħa msieħba fl-Iskema tal-Ħaddiema tal-Komunità.
Leg 13 PQ #23124 Sitting 519 2021-11-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #22626 Sitting 518 2021-11-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Tender

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jispjega fiex tikkonsisti t-tender li ħarġet reċentement ' TENDER FOR THE PROVISION OF HOME HELP SERVICE IN GOZO (CfT CA Unique ID: CT2204/2021)? Jista’ jgħid min fil-preżent u f'dawn l-aħħar xhur u snin kien qed joffri dan is-servizz ġewwa Għawdex, kif intgħażel, kemm kien qed jitħallas u kemm tħallas globalment kull sena f'dawn l-aħħar seba’ snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li t-tender CT2204/2021 ikopri servizz ta’ assistenza lill-anzjani li jkunu għamlu talba għalih. Is-servizz jinkludi għajnuna fid-dar, qadjiet u ħasil fi djar residenzjali. Bħalissa dan is-servizz qed jingħata permezz tal-kuntratt CT2213/2014 minn Support Services Ltd. Il-ħlasijiet marbuta ma’ dan is-servizz huma dawn: • 03/06/2019 - 31/12/2019: Rata fis-siegħa ta’ €8.51; Total 2019: €904,954.36 • 01/01/2020 - 31/12/2020: Rata fis-siegħa ta’ €8.92; Total 2020: €1,078,813.16 • 01/01/2021 - 04/09/2021: Rata fis-siegħa ta’ €9.15; Total sa l-4 ta’ Settembru 2021: €806,979.55
Leg 13 PQ #22627 Sitting 518 2021-11-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Tender

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jispjega fiex tikkonsisti t-tender li ħarġet reċentement ' CT2475/2020 - Tender for the Provision and Distribution of Meals on Wheels Service to Eligible Persons living within the Community in Gozo and to Service Users at Santa Marta Day Centre Victoria Gozo'? Jista’ jgħid min fil-preżent u f'dawn l-aħħar xhur u snin kien qed joffri dan is-servizz ġewwa Għawdex, kif intgħażel, kemm kien qed jitħallas u kemm tħallas globalment kull sena f'dawn l-aħħar seba’ snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Tender CT2475/20 tikkonsisti f’sejħa għal servizz ta’ preparazzjoni, trasport u tqassim ta’ ikliet għar-residenti eliġibbli li jgħixu fil-kommunita’ f’Għawdex (Lot 1), u għar-residenti f’Santa Maria Day Care Centre f’Victoria (Lot 2) Fil-prezent u f’dawn l-aħħar xhur is-servizz kien qed jiġi offrut kif ġej: · Jannar 2013 - Diċembru 2015: Moviment Azzjoni Soċjali u l-Friends of the Sick and the Elderly · Jannar 2016 - Marzu 2018: Friends for the Sick and the Elderly · April 2018 sal-prezent: Malta Healthcare Caterers Ltd. Is-servizz mogħti mill-Moviment Azzjoni Soċjali u l-Friends of the Sick and the Elderly ingħata wara ftehim bejn il-Ministeru għal Gġawdex u l-entitajiet imsemmija. Is-servizz mogħti minn Malta Healthcare Caterers Ltd f’April 2018 ingħata abbazi ta’ direct order. Is-servizz mogħti minn Malta Healthcare Caterers Ltd minn Mejju 2018 sal-lum (għadu għaddej) ingħata permezz ta’ Tender CT2232/2017. Il-ħlasijiet saru u qed isiru hekk: · Jannar 2013 - Diċembru 2015: €12,651 fis-sena · Jannar 2016 - Diċembru 2017: €18,159.28 fl-2016 u €27,625.32 fl-2017 · Jannar 2018 - Marzu 2018: €2,302.11 fix-xahar · April 2018: €5.55 kull ikla · Mejju 2018 – Prezent: €5.55 kull ikla F’dawn l-aħħar snin, il-ħlasijiet globali kienu kif ġej: · 2013: €12,651 · 2014: €12,651 · 2015: €12,651 · 2016: €18,159.28 · 2017: €27,625.32 · 2018: Lot 1 - €38,687.73; Lot 2 - €10,809.15 · 2019: Lot 1 - €64,963.50; Lot 2 - €20,669.93 · 2020: Lot 1 - €83,916.42; Lot 2 - €15,745.10 · 2021 (sa' Settembru): Lot 1 - €62,571.05; Lot 2 - €3,388.60
Leg 13 PQ #22935 Sitting 518 2021-11-10 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Emission Trading Units – bejgħ bl-irkant

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħlet Malta mill-bejgħ bl-irkant tal-emission trading units matul dawn l-aħħar snin? Jista' jispjega kif isir il-bejgħ ta' dawn il-units u għala Malta hi f'pożizzjoni li tbiegħ dawn il-units?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #22602 Sitting 516 2021-11-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ir-Rabat Għawdex – Flats f’taċ-Ċawla — tender

Question

B' referenza għat-tweġiba ghal-mistoqsija parlamentari 22314 jista il-Ministru jghid x' kienet l-'inkonsistenza teknika fid-dokument ippubblikat' fit-tender li ħarġet ftit tal-ġimgħat ilu mid-Dipartiment tal-Kuntratti biex tinbena u titlesta blokka flats ġewwa Taċ-Ċawla fir-Rabat Għawdex? Jista' l-Ministru jgħid f'liema xahar u sena hi ppjanata li terġa' toħroġ din l-imsemmija tender?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inkonsistenza teknika fid-dokument kienet tirrigwarda diskrepanza bejn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u il-BOQ. It-tender ġiet ippubblikata mill-ġdid il-Ħamis 21 t’Ottubru.
Leg 13 PQ #22744 Sitting 516 2021-11-09 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — nefqa rikorrenti vvutata għal pagi ta' persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tiegħu ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tiegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #22923 Sitting 516 2021-11-09 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Air Malta p.l.c. – audited accounts

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala l-audited accounts tal-Air Malta p.l.c. għas-sena 2019 u s-snin suċċessivi, għadhom ma ġewx approvati u ppubblikati? Jista' jispjega kif il-Gvern qed jittama li l-Kummissjoni Ewropea ser tapprova pjan għall-għajnuna statali, mingħajr l-audited accounts approvati tal-aħħar snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #22924 Sitting 516 2021-11-09 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Malta Air Travel Ltd – audited accounts

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts għas-snin 2019 u 2020 tal-kumpanija Malta Air Travel Ltd?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #22925 Sitting 516 2021-11-09 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Air Malta – impjegati fit-top u middle management

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji li wiegħed li ser jagħti fir-risposta li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 19092 issa li t-talba għall-għajnuna statali saret lill-Kummissjoni Ewropea?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #22928 Sitting 516 2021-11-09 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Community Workers Scheme — imsieħba

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta' msieħba fil-Community Workers Scheme skont il-faxxa tal-eta' li jaqgħu fiha? Jista' jispjega għaliex dawn l-imsieħba m'humiex isirulhom korsijiet ta' taħriġ issa li r-restrizzjonijiet konnessi mal-pandemija ġew rilassati u għala m'hu qed isir l-ebda sforz sabiex dawn l-imsieħba jsibu mpjieg permanenti fis-settur pubbliku jew privat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li numru ta’ parteċipanti fil-Community Work Scheme fl-aħħar t’Ottubru kien ta’ 992. L-etajiet tagħhom kienu maqsuma hekk; Faxxa tal-eta’ Ammont 16 – 24 44 25 – 39 266 40 – 54 465 55 + 217 Total 992 Il-kuntratt il-ġdid tal- Community Work Scheme ingħata f’Settembru ta’ din is-sena. Il-kuntrattur għamel minn nofs Settembru u Ottubru jaħdem fuq ezerċizzju ta’ profiling tal-imsieħba kollha, biex issir evalwazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ kull individwu. F’Novembru beda jingħata t-taħriġ b’zewġ korsijiet f’Għawdex u ħamsa f’Malta. Il-Korsijiet f’Għawdex kienu t-tnejn fuq Interpersonal Skills. Il-ħames korsijiet f’Malta jikkonsistu fi tnejn f’ Problem Solving Skills , tnejn f’ Workplace Ethics Skills u wieħed f’ Teamwork Skills . L-iskop tal- Community Work Scheme hu li timpjega u tħarreġ persuni vulnerabbli biex jagħmlu xogħol fil-komunità. Izda qed isir sforz biex kemm jista’ jkun, dawn l-imsieħba jsibu posthom fis-suq tax-xogħol mas-settur privat.
Leg 13 PQ #22818 Sitting 514 2021-11-08 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MFSA — ħaddiema/membri li jiddeċiedu fuq kanċellazzjoni fuq liċenzji

Question

Jista' l-Minstru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22680 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18226, jista' l-Ministru jgħid jekk f'laqgħat tal-Kumitat Eżekuttiv fejn tiġi deċiża kanċellazzjoni ta' liċenzja jew jekk persuna hux meqjusa fit and proper skont l-membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-MFSA, isirux fil-pubbliku? Il-minuti tal-laqgħat humiex pubbliċi? Il-persuni u l-kumpanija li fuqha tkun qed issir ġudizzju, jkunu preżenti fiżikament għal dawn il-laqgħat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-laqgħat tal-Kumitat Eżekuttiv ma’ jsirux fil-pubbliku u il-minuti ta’dawn il-laqghat mhumiex pubbliċi. F’dawn l-laqgħat msemmija, il-persuni u l-kumpanija li fuqha tkun qed tittieħed id-deċizjoni ma jkunux prezenti fizikament. Dawn jingħataw id-dritt li jagħmlu rapprezentazzjonijiet bil-miktub f’kull stadju tal-proċess.