Legislature:
Category:
Reset
Active:

Geological Maps tal-Gżejjer Maltin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19753 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19226, jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Ministru responsabbli biex jgħid jekk matul dawn l-aħħar għaxar snin sarux xi tibdiliet fil-Geological Maps tal-gżejjer Maltin? Jekk dan it-tibdil sar, għal liema raġuni sar dan it-tibdil, fuq liema parametri u min għamel dan it-tibdil?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mappa ġeoloġika tal-Gżejjer Maltin fuq skala aktar dettaljata ġiet ippubblikata f'Diċembru 2022. L-iskala tal-mappa ġeoloġika preċedenti kienet ta' 1:25000 filwaqt li l-mappa aġġornata għandha skala ta' 1:10000. Il-mappa ġiet aġġornata mill-British Geological Survey (BGS) wara sejħa għall-offerti maħruġa fl-2021 mill-Continental Shelf Department li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħi. Sitt ġeoloġi barranin u ġeologu lokali ġew ingaġġati mill-BGS għall-aġġornament tal-mappa. Il-mappa tal-2022 hija bbażata fuq l-evidenza disponibbli fiż-żmien tal-istħarriġ, riċerka xjentifika u kunċetti ġeoloġiċi aktar moderni. Il-mappa aġġornata hija disponibbli b’xejn fuq il-websajt tad-Dipartiment.

Eliġibilità għaċ-Ċekkijiet li nħarġu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’mod speċifiku min kien eliġibbli għaċ-ċekkijiet li nħarġu fil-ġimgħat li għaddew?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji tal-eliġibilità użati huma kif indikat hawn taħt; • Dħul minn xogħol irrapurtat għas-Sena Bazi 2022 • Kont kurrenti attiv mal-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana • L-indirizz prezenti tal-benefiċċjarju huwa f’lokalità ġewwa Malta jew Għawdex u • Id-dħul totali minn xogħol kien taħt is-€60,000 matul is-sena 2022.

Ċekkijiet maħruġa lill-persuni li m'għandhomx ċittadinanza Maltija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19893, jista' l-Ministru jagħti breakdown tan-nazzjonalitajiet tal-84,361 persuna li m'għandhomx ċittadinanza Maltija u rċevew ċekk bejn l-1 ta' Mejju 2024 u s-6 ta' Ġunju 2024? Jista’ jagħti wkoll ir-raġuni għaliex inħarġu dawn iċ-ċekkijiet u l-ammont totali ta’ dawn iċ-ċekkijiet?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-breakdown tan-nazzjonalitajiet ma tistax tingħata għax dak il-livell ta’ dettall huwiex disponibbli. L-ammont totali ta’ ċekkijiet li ħarġu lil persuni li m’għandhomx ċittadinanza Maltija hu €9,117,605.

Ministeru għall-Finanzi — Reklami fuq stazzjonijiet tar-radju - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tweġiba turi n-nefqa minn Jannar 2024 l’hemm.

Ministeru għall-Finanzi — Lista ta' xogħlijiet u ħlas

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' xogħol u ammonti ta' flus li tħallsu mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija/i li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għal kull sena, mill-2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Finanzi - Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll: (i) kemm kienet in-nefqa totali f’direct orders kull sena; (ii) kemm kien hemm direct orders kull sena; (iii) kemm kien l-ammont ta’ kull direct order; (iv) lil min ingħataw dawn id-direct orders u għal liema xogħol, prodott jew servizz; (v) min awtorizza dawn id-direct orders?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Finanzi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari W182.

Ċekkijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intbagħtu ċekkijiet madwar Malta kollha bejn l-1 ta’ Mejju 2024 u s-6 ta’ Ġunju 2024? Jista’ jagħti r-raġuni tal-ħruġ ta’ dawn iċ-ċekkijiet? Jista’ jagħti wkoll it-total taċ-ċekkijiet maħruġa lill-persuni li għandhom ċittadinanza Maltija u persuni li m'għandhomx ċittadinanza Maltija f’dan l-istess perjodu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ħarġu 269,563 ċekk, taħt l-iskema “Nippremjaw il-Bzulija” fil-perijodu indikat, dan bħala parti mill-proċeduri li ddaħħlet fis-seħħ b’mod annwali mill-2018 biex il-ħaddiema f’pajjizna jiġu kkumpensati, b’dawk li jaqilgħu l-inqas jieħdu l-akbar kumpens. Minn dan l-ammont, kien hemm 185,202 ċekk li kienu indirizzati lil persuni li għandhom ċittadinanza Maltija. Kien hemm ukoll 84,361 ċekk kienu inidirizzati lil persuni li m’għandhomx ċittadinanza Maltija.

Ministeru għall-Finanzi — Reklami fuq online portals - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tweġiba turi n-nefqa minn Jannar 2024 'l hemm.

Ministeru għall-Finanzi — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12046 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Finanzi – Kuntratti ma’ kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kumpanija msemmija fil-mistoqsija ma ngħatat ebda kuntratt mill-Ministeru għall-Finanzi u/jew id-dekasteru tiegħu.

Ministeru għall-Finanzi — Servizzi minn persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament qattx tqabbdet biex tagħti s-servizzi tagħha direttament jew tramite kumpanija f'xi entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn is-servizzi u kemm tħallset tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu qatt ma ingaġġaw lill-persuna msemmija fil-mistoqsija għas-servizzi tagħha.

Arkivjar ta’ tenders antiki

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ttieħdet id-deċiżjoni biex jiġu arkivjati t-tenders antiki? Jistà jgħid għal liema raġuni ttieħdet din id-deċiżjoni, u għal liema perjodi ta' żmien tapplika tali deċiżjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed jiġi mifhum li s-suġġett huwa sejħiet antiki li ġew ippubblikati fuq is-sistema elettronika tal-akkwist pubbliku (l-ePPS – electronic Public Procurement System), li wara ammont ta’ żmien jiġu mmarkati fuq is-sistema bħala “arkivjati”. Is-sejħiet ippubblikati fuq is-sistema kienu jiġu arkivjati minn mindu ġiet varata din l-istess sistema. Minħabba spazju fuq is-sistema, ġie stabbilit f’Ġunju tal-2014 li dan il-perjodu għandu jkun ta’ sitt xhur wara li s-sejħa tkun ingħatat (l-istatus fuq is-sistema jiġi jaqra “awarded”). L-informazzjoni pubblika relevanti għal dik is-sejħa kollha tibqa’ tidher, minbarra id-dokumenti li jkunu ġew ippubblikati fil-bidu u tul is-sejħa. Ir-raġuni għal din id-deċizjoni kienet ttieħdet minħabba raġuni ta’ effetività biex iżżomm dokumenti ta’ din il-portata.

Ministeru għall-Finanzi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari W163.

Ministeru għall-Finanzi – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari W182.

Il-Mellieħa — Palazz ta’ Selmun

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt marbut mas-sejħa għat-tender SPD7/2023/010, RESTORATION WITH REDUCED ENVIRONMENTAL IMPACT MATERIALS AT SELMUN PALACE, MELLIEĦA?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16786. Għaldaqstant is-sejħa għall-offerti ġiet ikkanċellata.

Pensjonanti li għandhom pensjoni ta’ €600 jew inqas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pensjonanti li għandhom pensjoni ta' €600 jew inqas kull erba’ ġimgħat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Finanzi — Reklami fuq gazzetti - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tweġiba turi n-nefqa minn Jannar 2024 ’l hemm.

Self lil Soċjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'komunikazzjoni kellu jew għandu mal-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar is-self li dan il-bank ta lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw ukoll separatament? Huwa minnu li l-Gvern huwa garanti mal-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għas-self li ngħata lil din il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Kemm huwa l-ammont? Kemm kien is-self u kemm hemm interessi sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-rapporti li għamel l-awditur ġenerali dwar is-suġġett u għad-deċiżjoni tal-Qorti mogħtija nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Frar, 2023. Tajjeb li wieħed ifakkar ukoll li l-proċess fuq il-każ imsemmi għadu għaddej.