Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm social workers jaħdmu fid-dekasteru tiegħu u jagħti l-informazzjoni skont ma’ liema dipartiment/entità qed jagħmlu xogħolhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tlestew units ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali fis-snin 2016, 2017 u fl-2018 s’issa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, matul is-snin indikati sar ħafna xogħol fuq id-disinn, permessi, stimi u ħruġ ta’ tenders sabiex ingħata bidu għall-iżvilupp ta’ diversi siti fi proġetti maħsuba biex jitqassmu bħala akkomodazzjoni soċjali.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kull servizz/benefiċċju soċjali li jingħata mid-dipartimenti/entitajiet tiegħu u għal kull wieħed jgħid kemm kien hemm benefiċjarji f’Settembru ta’ din is-sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex tiġi rilokata f’home li fiha jkun hemm sodod attrezzati li jilqgħu l-ħtiġijiet tagħha, peress li għandha l-hipbone miksura?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità, qed isegwi mill-qrib dan il-każ u nforma lill-persuna kkonċernata b’risposta bil-miktub għall-mistoqsija parlamentari li saret f’isimha.
Akkomodazzjoni Soċjali – ingaġġ ta’ social workers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jiġu ngaġġati aktar social workers mat-tnejn li diġà hemm, fl-Akkomodazzjoni Soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtoritá tad-Djar għandha pjanijiet sabiex issaħħaħ din is-sezzjoni, kemm bi staff professjonali kif ukoll dak amministrattiv.
Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-ipproċessar u fl-għoti tal-assistenza soċjali, irrispettivament mid-dispożizzjoni tal-liġi f'paragrafu 1 tat-Taqsima VI tat-Tieni Skeda tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, Kap 318 tal-Liġijiet ta' Malta li tipprovdi li kull proprjetà tittieħed in konsiderazzjoni għall-finijiet ta' kalkolu tal-mezzi, fir-realtà postijiet tal-villeġġjatura ma jittieħdux in konsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-mezzi? Jista' jgħid jekk din l-eżenzjoni dwar djar ta' villeġġjatura toħroġx minn xi dispożizzjoni tal-liġi jew hijiex prassi kostanti li biha dejjem hekk mexa d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi f’paragrafu 1, tat-Taqsima VI (Għajnuna Soċjali) tat-Tieni skeda tal-Kapitlu 318, tittieħed konsiderazzjoni ta’ “kull proprjetà mqiegħda fi trust (minbarra id-dar tar-residenza)” għall-fini ta’ kalkolu tal-mezzi.
Fir-rigward “l-eżenzjoni” ta’ proprjetà bħala villeġġjatura, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, din ma toħroġx minn xi dispożizzjoni tal-liġi tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, imma hija riżultat ta’ prassi kostanti li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ilu jimxi biha sa minn qabel is-sena 1988.
Persuni li jħossuhom iżolati u esklużi mis-soċjetà – għajnuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Gvern u kemm qed jinvesti flus ma’ gruppi u entitajiet biex itejjeb is-sitwazzjoni ta’ persuni li jħossuhom iżolati u esklużi mis-soċjetà minħabba solitudni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mituba minnu.
Madanakollu, infakkar lill-Onor. Interpellant li, minbarra dan l-investiment u s-sħubija ma’ għaqdiet non-governattivi u djar jew residenzi tal-Knisja, in-nefqa kollha ta’ dan il-Ministeru, hija primarjament immirata lejn gruppi u individwi fis-soċjetà, li għandhom bżonn għajnuna fl-immedjat u anke` bi pjanijiet fit-tul biex innaqsu l-problema tal-faqar, solitudni u esklużjoni soċjali. Din il-ħidma tvarja minn għajnuna lil familji bi dħul baxx, persuni b’ġenitur wieħed u tfal li qed jgħixu fi djar tat-tfal jew tfal suxxettibli għal vjolenza domestika, servizzi terapewtiċi u psikoloġiċi lill-familji li għaddejjin minn żmien diffiċli, numru ta’ servizzi lill-anzjani li jgħixu fi djarhom, kif ukoll lil dawk residenti ġewwa d-djar tal-anzjani, numru ta’ servizzi offruti lill-persuni b’diżabilità, għajnuna ta’
housing
soċjali, servizzi u għajnuna lill-vittmi tad-droga u persuni li għaddejjin minn problemi relatati mal-vizzju tal-alkoħol, kif ukoll kenn u sostenn lil min m’għandux saqaf fuq rasu.
Aġenzija Appoġġ – waiting list tas-servizzi offruti
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28847 tat-12-il leġiżlatura, jista’ l-Ministru ġentilment jgħid x’servizzi qed toffri l-Aġenzija Appoġġ f’din il-Leġiżlatura u x’inhuma l-waiting list ta’ kull servizz?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej ;
Servizzi offruti mill-Aġenzija Appoġġ - Waiting List
sa Marzu 2018:
Servizz
Numru ta’
Każijiet Pendenti
Human Trafficking
0
Intake & Family Support Service
72
Domestic Violence
14
Għabex Shelter – women
0
Għabex Shelter - children accompanying women
0
Ghabex Shelter- minor
0
Managing Abusive Behaviour
0
Out of Home Care Programme
0
Out of Home Care Programme - Carers
0
Out of Home Care Programme - Children
0
Specialised Fostering
11
High Support Service
3
Mater Dei Hospital Social Work
0
Benniena
5
Paediatrics
0
Sir Anthony Mamo Oncology Centre - ex Boffa Social Work
31
Primary Health Care
7
Qormi Health Centre
3
Children & Young People Service
0
Mount Carmel Hospital Social Work
0
Floriana health centre
0
St Vincent de Paule – Residential Social Work
0
St Vincent de Paule – Community Social Work
30
Gozo Social Work Service
0
Fostering
32
Adoption – Prospective Adoptive Parents
10 koppji u 2
singles
Adoption - Post Adoption
0
Cottonera Community Services – Social Work
0
Cottonera Community Services - Homestart
11
Gozo - Homestart
0
Paola Freire Institute Social Work
0
BKARA/MSIDA Community
3
QAWRA Community
2
VALLETTA Community
0
Programme Ulied Darna general
7
Programme Ulied Darna - Project Tereza
0
Looked After Childern
19
Court - Assessment
6
Court - Monitoring
2
Supervised Access Visit’s
25
Youth in Focus
28
Embark 4 Life
18
Hotline
0
Helpline
0
Supportline179
0
Santa Venera Residence
-
Adolescent Day Programme
39
Contained Therapeutic Programme
2
Warm Haven
0
Child Protection Investigation
307
Child Protection Monitoring
28
Jista’ l-Ministru jgħid x’attivitajiet ġew organizzati mill-Aġenzija Sapport għall-klijenti tagħhom matul is-sena l-oħra u din is-sena sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Aġenzija Appoġġ: Programmi ta’ każijiet tal-familji
Question
Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid jekk il-każijiet kollha tal-familji li qed jirċievu xi servizz mill-Aġenzija Appoġġ għandhomx programm individwali? Jekk iva, meta jiġi rivedut dan il-programm permezz ta’ case conference? Il-ġenituri jew carers li huma responsabbli tal-familji kkonċernati, qegħdin jingħataw kopja tar-rapporti individwali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każijiet kollha tal-Aġenzija Appoġġ qegħdin fuq programm u pjan individwali li jiġi deċiż flimkien mal-individwi ikkonċernati u mal-professjonisti kollha li jkunu qed jaħdmu fuq l-każ. Dan il-programm jiġi rivedut ta’ spiss, skont in-natura tal-każ u l-urġenza tas-sitwazzjoni. Meta l-każ ikun urgenti u ta’ natura delikata, il-każ ikun segwit permezz ta’ Case Conferences jew Case Reviews f’perjodu ta’ mhux aktar minn 3 xhur. Meta l-każ ikun aktar stabli, l-professjonisti u l-individwi involuti jistgħu jaqblu li jsegwu l-każ wara 6 xhur. Fil-Case Review jew Case Conference l-professjonisti jaqblu fuq pjan u jaslu għal rakomandazzjonijiet flimkien mal-familja, liema pjan u żviluppi jiġu analizzati fil-Case Review jew il-Case Conference ta’ wara.
Meta l-ġenituri u l-carers isaqsu għal rapport illi jikkonċerna lilhom, l-Aġenzija Appoġġ tisma` t-talba tal-individwi u timxi skont il-liġi tad-Data Protection.
Peress li l-popolazzjoni Qormija qed issir aktar anzjana, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jsiru djar tal-anzjani f’din l-istess lokalità u jekk le, jikkunsidrax il-Ministru li jesplora din il-possibilità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li għal issa, m’hemm l-ebda pjan li jkun hemm xi Dar għall-Anzjani fil-lokalità ta’ Ħal Qormi.
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jinfetaħ formalment il-Family Resource Centre f’Wied il-Għajn? Kemm hemm familji vulnerabbli identifikati minn social mentors u li sarilhom profiling, li jgħixu f’din il-lokalità? X’tipi ta’ għajnuna qegħdin jirċievu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, għalkemm ma sarx ftuħ formali taċ-Ċentru LEAP ta’ Wied il-Għajn, madanakollu l-ħidma mill-istess Ċentru ilha tingħata għal dawn l-aħħar 24 xahar, wara li saru l-preparazzjonijiet meħtieġa, sabiex jiġi attrezzat iċ-Ċentru b’dak li hemm bżonn sabiex jopera.
Hemm 299 individwu li ġejjin minn familji vulnerabbli u li joqogħdu Wied il-Għajn, li ġew identifikati minn
social mentors
li sarilhom il-
profiling.
Ingħatat assistenza lil għoxrin familja minn Wied il-Għajn sabiex jiġi mogħti self mingħajr depożitu minn banek lokali sabiex tinxtara residenza flok kiri, dan bis-sħab u f’kollaborazzjoni mal-Awtorita` tad-Djar. Fl-2017 ġew mgħejjuna 14-il familja u s’issa, f’din is-sena ġew mgħejjuna 6 familji.
Kien hemm ukoll 11-il familja minn Wied il-Għajn illi bbenefikaw mill-iskema ta’ bdil ta’ appliances b’kollaborazzjoni mal-Water & Energy Agency, bl-iskop li l-appliances ġodda, mogħtija bla ħlas, jikkunsmaw anqas enerġija.
L-għajnuna li tingħata lill-familji fil-bżonn minn dan ic-Ċentru LEAP ta’ Wied il-Għajn tvarja minn:
· tfittxija ta’ xogħol bi sħab u f’kollaborazzjoni attiva` ma’
Jobsplus
;
· 513-il familja minn Wied il-Għajn jibbenefikaw minn waħda mill-iskemi tat-tqassim tal-ikel, 416-il familja jintlaħqu mill-iskema SFFD (
State Funded Food Distribtion
) u 97 mill-iskema FEAD (
Fund for the European Aid for the Most Deprived
);
· tagħrif u taħriġ illi jiġi organizzat speċifikament għar-residenti ta’ din il-lokalità skont il-ħtieġa u l-għajnuna li jitolbu;
· ħidma fil-kommunità sabiex kull familja li teħtieġ għajnuna issib kenn u servizz minn organizzazjoni fil-lokalità tagħha, jew tiġi riferuta għal servizz ieħor meħtieġ, sabiex tintegra soċjalment u tingħata l-għajnuna meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jara li tiġi rranġata gallarija li partijiet miċ-ċinta tal-ġebel tagħha waqgħu u tħallew mal-art fuq il-bankina? Dan għaliex kemm il-ġebel li hemm fuq il-bankina kif ukoll il-gallarija, huma ta’ periklu għal ħafna li jużaw din il-bankina? Billi ċ-ċinta ta’ din il-bankina fi blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ilha li waqgħet madwar xahar u billi tħalliet hekk u billi din il-blokka hi tas-Social Housing, jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tiġi rranġata din il-gallarija? Billi f’din l-istess blokka joqogħdu nies bi bżonnijiet speċjali, imma li joħorġu jimxu barra ta’ spiss, jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa qabel iweġġa’ xi ħadd anki billi għad hemm il-periklu li jista’ jaqa’ aktar ġebel? Qed nhemeż ritratt li juri l-bankina bil-ġebel li waqa’ mill-gallarija xahar ilu u li tħalla hekk sal-lum.
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorita` tad-Djar ġiet infurmata li waqgħet parti mit-tlibbisa tal-gallarija msemmija dan ix-xahar stess. L-Awtorita` tad-Djar diġa qed tieħu l-passi sabiex tingaġġa kuntrattur biex jagħmel it-tiswijiet meħtieġa mill-aktar fis. Fil-fatt, diġa sar appuntament mal-inkwilini biex issir spezzjoni mill-Perit u l-kuntrattur din il-ġimgħa stess.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6221 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u l-mistoqsija parlamentari 5965 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jiċċara jekk persuni li kienu f’Korp tal-Emerġenza jew impjegati mal-kumpaniji parastatali fejn kienu jaħdmu bħala suldati u ħafna minnhom bħala tradesmen u li kienu impjegati bejn is-snin 1972 u l-1997 hux se jieħdu flus dovut lilhom kif qed jieħdu ħaddiema oħrajn? Billi dawn wettqu xogħol importanti u taw servizz utli lill-pajjiż, jaħsibx li dawn ukoll għandhom jibbenefikaw minn flus (somma) li l-Gvern qed jagħti l-ħaddiema oħra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, każijiet bħal dawn qed ikunu kkunsidrati.
Proċess mal-wasla ta’ immigrant għal stat ta’ refuġjat – politika ta’ integrazzjoni
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6355 dwar il-proċess mal-wasla ta’ immigrant għal stat ta’ refuġjat, jista’ l-Ministru jgħid kif qed titħaddem il-politika ta’ integrazzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant, sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari, lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6288, jista’ l-Ministru jalloka aktar fondi sabiex isiru x-xogħlijiet neċessarji hekk kif jidher li l-ħsarat jeċċedu l-budget li l-Awtorità tad-Djar allokat għall-imsemmija xogħlijiet fil-lift tal-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorita` tad-Djar irċeviet ir-rapport tal-Inġinier inkarigat, liema rapport jindika li x-xogħol neċessarju ser jiswa aktar milli kien ġie stmat. Is-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali diġa għamel talba sabiex l-istima tiġi mressqa quddiem il-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Eżekuttiv sabiex tkun tista’ tinħareġ l-approvazzjoni neċessarja.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b’xahar separatament?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant, għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 538.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeà Soċjali – persuni b’diżabilità — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.