Legislature:
Category:
Reset
Active:

Midja — Litteriżmu u detox diġitali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jikkunsidra l-litteriżmu fil-midja u programmi ta’ detox diġitali fl-iskejjel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-litteriżmu fil-midja u l-benesseri diġitali huma mdaħħla b’mod ċar fil-kurrikulu nazzjonali permezz ta’ suġġetti speċifiċi kif ukoll f’suġġetti obbligatorji. Permezz ta’ Pilastru 1: Inrawmu Ċittadini Diġitali Globali, li jinsab fl-Istrateġija għall-Edukazzjoni Diġitali, l-iskejjel qed jiġu mħeġġa jimplimentaw inizjattivi relatati mal-użu kritiku tal-midja, l-imġiba responsabbli online u bilanċ diġitali. Barra minn hekk, b’kollaborazzjoni mat-3CL Foundation, ġie żviluppat Fake News Manifesto, li qed jintuża bħala għodda edukattiva biex jgħin lill-istudenti jidentifikaw u jirrispondu għal informazzjoni falza b’mod kritiku u infurmat. Dawn l-isforzi huma f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-UE u jsaħħu l-ħiliet diġitali meħtieġa għall-parteċipazzjoni sigura u responsabbli fis-soċjetà diġitali.

ASMK Racing Complex Ta' Qali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpless li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex ser jiċċaqlaq mill-Gvern biex jagħmel spazju għal xi żvilupp kummerċjali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Raħal Ġdid – Ġnien Tony Bezzina — Skatepark

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-skatepark li ġie mwiegħed fi Ġnien Tony Bezzina Raħal Ġdid huwiex ser jitlesta tul din is-sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Sportivi — Sentenza ta’ projbizzjoni tul il-ħajja (lifetime ban) - Reġistru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistix reġistru li fih hemm imniżżla d-dettalji ta’ sportivi li għandhom sentenza ta’ projbizzjoni tul il-ħajja (lifetime ban) minn attivitajiet sportivi mill-qrati jew awtoritajiet Maltin? Jekk iva, fejn jinżamm u min għandu aċċess għalih?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li preżentament l-AIMS qed jaħdmu sabiex din l-informazzjoni tiġi miġbura.

Birkirkara — Skola Primarja - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26304 u jgħid x'inhuma l-pjanijiet għall-Iskola Primarja ta' Birkirkara? Jekk hemm pjanijiet, jista' jgħid x'xogħol hemm ippjanat, meta se jkun qed jinbeda u meta se jkun qed jitlesta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija ser isir xogħol ta’ rinnovar.

Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta – Contract of Services u Engagement Forms

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27065 u jipprovdi lista ta' contract of services u engagement forms li l-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta (AIMS) ħarġet bejn l-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija paramentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Laptops imwiegħda lill-istudenti tas-7 sena

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26940 u 27062 u jgħid kemm hemm studenti tas-seba’ sena fi skejjel tal-gvern li għadhom ma ngħatawx laptop kif kien imwiegħed fil-Baġit preċedenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddej il-proċess neċessarju sabiex il-laptops jiġu mqassma lill-istudenti.

Il-Mellieħa — Skola Primarja - Pjanti finali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27049 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti finali kif imressqa quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar dwar il-bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanti tal-bini tal-iskola primarja l-ġdida huma skont l-applikazzjoni mressqa quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.

Il-Mellieħa – Skola Primarja – Laqgħat ta’ konsultazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27050 u jgħid kemm-il laqgħa ta’ konsultazzjoni saret dwar il-bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa, mal-Kap tal-Iskola u mal-Kunsill Skolastiku fl-aħħar sentejn? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-istess laqgħat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laqgħat saru u ser jibqgħu jsiru skont il-ħtieġa.

Il-Mellieħa – Bini ta’ Skola Primarja — Siti li ġew ikkunsidrati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27051 u jindika liema kienu dawk il-postijiet/siti fil-lokalità tal-Mellieħa (bil-qisien preċiżi għal kull sit) li ġew ikkunsidrati fl-aħħar sentejn, sabiex ikunu jistgħu jiġu allokati fihom l-istudenti sakemm l-Iskola Primarja tal-Mellieħa tkun qed tinbena mill-ġdid?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant is-sit indikat huwa l-uniku wieħed idonju.

Il-Mellieħa – Skola Primarja – Studenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27052 u jgħid kemm hemm studenti preżentement fl-Iskola Primarja tal-Mellieħa (inkluż dawk u b’mod separat li bħalissa jinsabu fil-Faċilità Sportiva tal-Mellieħa Sports Club)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament hemm 569 student fl-iskola msemmija.

Il-Mellieħa – Skola Primarja — Containers li ser iservu bħala klassijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27053 u ċjoè: Fid-dawl li l-Gvern diġà ddeċieda fejn ser jalloka l-istudenti tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa (fil-Park tal-Familja fid-daħla ta’ Selmun) waqt li jkun għaddej il-bini mill-ġdid tal-istess skola, jista’ l-Ministru jgħid kemm ser jitpoġġew containers biex iservu bħala klassijiet fl-istess Park tal-Familja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

L-Onor. Interpellant għandu jifhem li klassijiet prefabbrikati mhumiex containers.

Il-Mellieħa – Skola Primarja — Containers li ser iservu bħala klassijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27054 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi kif approvati mill-Awtoritajiet konċernati ta’ kif u fejn ser ikunu qed jitpoġġew il-containers biex iservu bħala klassijiet fil-Park tal-Familja fil-Mellieħa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

L-Onor. Interpellant għandu jifhem li klassijiet prefabbrikati mhumiex containers.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27140 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

MCST — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ persuni mill-Imġarr, San Pawl il-Baħar, is-Siġġiewi, ir-Rabat, l-Imtarfa, Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli u Ħal Luqa li daħlu jaħdmu mal-Gvern u fil-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST), mill-2017 sal-2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

MCST — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ persuni Għawdxin li daħlu jaħdmu mal-Gvern u fil-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST), mill-2017 sal-2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel tal-Knisja — Laptops imwiegħda lill-istudenti tas-7 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti tas-seba’ sena fi skejjel tal-knisja li għadhom ma ngħatawx laptop kif kien imwiegħed fil-Baġit preċedenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejin il-proċessi neċessarji sabiex dawn il-laptops jitqasmu fl-iqsar żmien possibli.

AIMS — Tender tal-Uffiċini

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26074 u jgħid għaliex it-tender relatat mal-uffiċini tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) ġie estiż fl-ewwel ftit jiem ta' Jannar meta t-tender kellu jagħlaq fis-7 ta' Jannar, qabel ma skadiet id-deadline tat-tfiegħ tat-tenders u għaliex ġie estiż b'xahar? Jista’ jgħid ukoll min iddeċieda l-konfini tal-uffiċini u għaliex limitat biss għal distanza speċifika ta' 1 km mill-Iskola Maria Assumpta, Ħamrun?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

CDAU – Tlestija tal-Assessment

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22399 u jgħid kemm hawn tfal li laħqu l-età li jibdew skola kinder, iżda minħabba li għadhom qegħdin jistennew li l-assessment ikun komplut miċ-Child Development and Assessment Unit (CDAU), għadhom fiċ-Child Care u jkollhom iħallsu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.