Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22207 u tagħti dettalji dwar kemm ġew installati charging points ġodda fl-2024 kif ukoll kemm ġew installati charging points mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li b’kollox hawn 408 charging points għall-użu pubbliku mxerrdin madwar Malta u Għawdex, li 16 minnhom huma tal-privat waqt li l-bqija huma kollha proprjetà tal-Gvern. F’Għawdex hemm 64 charging point. Kif diġà spjegajt f’okkażjonijiet oħra, s-sena li għaddiet inbeda proġett ieħor bil-mira li sal-aħħar ta’ din is-sena ji¿diedu 1,200 charging point ieħor madwar il-gżejjer.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22210 u tagħti dettalji dwar kemm il-green space ġie rkuprat jew maħluq b’suċċess permezz ta’ Project Green s’issa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġibiet li diġà tajtha għall-mistoqsijiet parlamentari 22217 u 24027, ninfurmaha li qabel ma ntemmet l-2024 Project Green laħqet lestiet ukoll il-proġetti ta’ Ġnien l-Indipendenza f’Birżebbuġa, il-Hospice Landscape Garden f’Santa Venera u r-riġenerazzjoni tal-Ġonna ta’ Villa Portelli fil-Kalkara, u mal-bidu ta’ din is-sena lestiet Ġnien fil-Laboratorju tal-Paċi f’Ħal Far u Ġnien tal-Komunità fil-Qajjenza, Birżebbuġa. Fl-istess perjodu temmet ukoll xogħlijiet b’rabta mar-riġenerazzjoni ta’ disa’ widien oħra li huma Wied ta’ Brija (Siġġiewi), Wied Għajn Riħana (Burmarrad), Wied il-Fiddien (Rabat), Wied il-Luq ta’ Brija Area (Siġġiewi), Wied il-Morfu (Ħaż-Żebbuġ), Wied tal-Ħmieri (Burmarrad), Wied Qirda (Ħaż-Żebbuġ), Wied il-Għajn (Marsaskala) u Wied Xkora (Siġġiewi).
B'referenza għall-barriera f'Birguma, fin-Naxxar (Quarry HM 28), tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-inspection reports li saru mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), flimkien ma' kopji ta' rapporti ta' monitoraġġ u/jew enforcement minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tingħata tweġiba f’seduta oħra.
ARMS – Dħul mill-kirjiet ta’ meters tad-dawl f’binjiet residenzjali
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24680 u tgħid kemm kien id-dħul tal-ARMS mill-kirja tal-meters tad-dawl li huma f'binjiet residenzjali matul is-sena 2024?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-ammont inkwistjoni li nġabar s’issa huwa ta’ €17,077,438.
ARMS – Dħul mill-kirjiet ta’ meters tad-dawl f’binjiet mhux residenzjali
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24681 u tgħid kemm kien id-dħul tal-ARMS mill-kirja tal-meters tad-dawl li huma f'binjiet mhux residenzjali matul is-sena 2024?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-ammont inkwistjoni li nġabar s’issa huwa ta’ €8,897,265.
ARMS – Dħul mill-installazzjoni ta’ meters tad-dawl f’binjiet residenzjali
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24682 u tgħid kemm kien id-dħul tal-ARMS mill-installazzjoni ta' meters tad-dawl li huma f'binjiet residenzjali matul is-sena 2024? Tista’ tgħid ukoll kemm ġew installati meters f'dan l-istess perjodu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-ammont inkwistjoni li nġabar s’issa huwa ta’ €3,736,140. L-ammont ta’ meters installati huwa 9,374.
ARMS – Dħul mill-installazzjoni ta’ meters tad-dawl f’binjiet mhux residenzjali
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24683 u tgħid kemm kien id-dħul tal-ARMS mill-installazzjoni ta' meters tad-dawl li mhumiex f'binjiet residenzjali matul is-sena 2024? Tista’ tgħid ukoll kemm ġew installati meters f'dan l-istess perjodu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-ammont inkwistjoni li nġabar s’issa huwa ta’ €749,400. L-ammont ta’ meters installati huwa 1,368.
Ta’ Sannat, Triq il-Paranji – Servizz tal-elettriku u ilma
Question
Tista’ l-Ministru tgħid xi problema hemm sabiex il-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li tinsab fi Triq il-Paranji, Ta’ Sannat Għawdex, tingħata s-servizz tal-elettriku u tal-ilma?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fil-blokka indikata mill-Onor. Interpellant hemm servizzi tal-elettriku u tal-ilma.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22184 u tipprovdi tagħrif dwar il-pjanijiet għall-bini ta' madwar 200 substation ġdida f'Malta u Għawdex b’teknoloġija awtomatizzata u tgħid jekk humiex se jkunu ta' inkonvenjent għar-residenti? Tista’ tipprovdi dettalji dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-proġett u dwar it-tqassim tan-nefqa fis-snin 2022, 2023 u 2024?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul l-aħħar tliet snin, l-Enemalta kompliet issaħħaħ is-sistema ta’ distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriku permezz ta’ substations ġodda f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Is-substations ġodda li qegħdin jiġu kkumissjonati huma kollha mgħammrin b’sistema awtomatizzata fejn dan jiffaċilita l-ħidma tal-inġiniera, biex f’każ li jkun hemm interruzzjoni fil-provvista dawn ikunu jistgħu jiġu kontrollati mill-control room fil-Marsa. Is-substations ġodda jiffaċilitaw il-ħajja tal-konsumatur mhux joħolqu inkonvenjent.
Mill-2002 s’issa diġà ġew ikkummissjonati 145 substation ġdida. Fis-sena 2022 ġew ikkummissjonati 49 substation ġdida, fl-2023 ġew ikkumissjonati 42 substation, filwaqt li fl-2024 ġew ikkummissjonati 54 substation oħra ġdida. Dan apparti xogħlijiet ta’ manutenzjoni, tisħiħ u modernizzar li sar f’142 substation eżistenti.
L-investiment fis-substations li kkumissjonat l-Enemalta għall-konsumaturi huwa ta’ €10,001,187. Dan l-investiment ammonta għal €3,397,959 fl-2022, €3,525,291 fl-2023 u €3,077,937 fl-2024 u jinkludi kemm l-apparat kif ukoll xogħlijiet ta’ trinek biex dawn is-substations jitqabbdu mal-kumplament tan-network.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22190 u tipprovdi tagħrif dwar l-inċentivi u l-iskemi ta' investiment li qed jiġu offruti biex jinkoraġġixxu l-ħolqien ta' solar farms, partikolarment għal dawk li m'għandhomx spazju fuq il-bejt tar-residenza tagħhom biex iwaħħlu panelli solari? Tista’ tipprovdi dettalji dwar l-implimentazzjoni ta' dawn l-iskemi u dwar it-tqassim tan-nefqa fis-snin 2022, 2023 u 2024?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma waslet fil-fażi ta’ installazzjoni ta’ solar farms li se jkopru medda ta’ 19,000 metru kwadru ta’ bjut f’diversi siti li għandha. Permezz ta’ dan il-proġett, il-Korporazzjoni se tkun qed tirdoppja l-ġenerazzjoni tal-energija li tigi minn sorsi rinovabbli. Dan il-proġett huwa mmirat li jitlesta fl-2026 b’investiment ta’ madwar €4 miljun u se jkun iffinanzjat permezz tal-ħruġ tal-Green bonds. Dawn il-Green Bonds meta nħarġu kienu aċċessibbli għall-pubbliku inġenerali, inkluż dawk li m’għandhomx spazju fuq il-bejt tar-residenza tagħhom biex iwaħħlu pannelli solari.
Proġetti agrikoli li jistgħu jkunu sors ta' enerġija rinnovabbli
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22191 u tipprovdi tagħrif dwar l-istudju fuq proġetti agrikoli li jistgħu jkunu sors ta' enerġija rinnovabbli mingħajr ma jaffettwaw il-produzzjoni agrikola? Tista' tipprovdi dettalji dwar jekk dan l-istudju sarx u dwar it-tqassim tan-nefqa fis-snin 2022, 2023 u 2024?
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22192 u tipprovdi tagħrif dwar kif ġew imsaħħa l-iskemi ta' istallazzjoni ta' solar water heaters, panelli solari PV, insulazzjoni tal-bjut, heat pump water heaters, double glazing, batteriji għall-ħażna tal-enerġija u manutenzjoni tal-bjar, bil-għan li d-djar Maltin isiru aktar sostenibbli u sors ta' enerġija nadifa? Tista’ tipprovdi dettalji dwar l-implimentazzjoni ta' dawn l-iskemi u dwar it-tqassim tan-nefqa fis-snin 2022, 2023 u 2024?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Politika dwar binjiet ġodda u l-istallazzjoni ta’ sistemi ta' enerġija rinnovabbli
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22194 u tgħid jekk ġietx implimentata politika li tobbliga bini ġdid li jitla' sal-ogħla massimu permess fil-pjan lokali biex jistalla sistemi ta' enerġija rinnovabbli? Tista’ tipprovdi dettalji dwar l-implimentazzjoni ta' din il-politika?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li saru diversi diskussjonijiet dwar din il-materja biex tfassal il-qafas operattiv. Madankollu d-diskussjonijiet għadhom mhux lesti u qed isiru l-aħħar dettalji flimkien mal-Awtoritá tal-Ipppjanar.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Kiri ta’ karozzi — Nefqa
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tagħha, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtha, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
ARMS – Dħul mill-installazzjoni ta’ arloġġi tal-ilma f’binjiet residenzjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien id-dħul tal-ARMS mill-installazzjoni ta' arloġġi tal-ilma li huma f'binjiet residenzjali matul is-sena 2024? Tista’ tgħid ukoll kemm ġew installati arloġġi f'dan l-istess perjodu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.