Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10124 u jgħid għaliex mhux jiġġeddu l-permessi tat-terrieħa għal min kien diġà fil-pussess ta’ tali liċenzja?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura m’għandu l-ebda Liċenzji tat-terrieħa fir-records tiegħu. Ninsab infurmat ukoll li d-Dipartiment qatt ma ħareġ permessi tat-terrieħa u qatt ma rċieva xi talba biex tiġġedded din it-tali liċenzja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn bajjiet li b'mod uffiċjali jistgħu jiġu użati mill-annimali għal skop ta' għawm kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex? Kemm minnhom jistgħu jiġu aċċessati b'mod komdu u dinjituż mill-individwi li jwasslu lil dan l-annimal fil-post li jista’ jkollhom bżonnijiet speċjali ta' mobilità huma stess?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li hawn 16-il bajja (12 Malta u 4 Għawdex), kif indikat hawn taħt, li b'mod uffiċjali jistgħu jiġu u¿ati mill-annimali għal skop ta' għawm.
· Bajja viċin is-Sailing Club, Bir¿ebbuġa
· Il-Bajja tar-Rinella, Kalkara
· L-Ilsien (¯onqor Point), Marsaskala
· Il-Bajja ta’ San Tumas, Marsaskala
· Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk
· Daħlet ix-Xmajjar, Mellieħa
· Ramlet it-Torri, Mellieħa
· Bajja tal-Imġiebaħ Selmun, Mellieħa
· Ir-Ramla ta’ Wied Musa, Ċirkewwa, Mellieħa
· Ramlet il-Qortin, Mellieħa
· Baħar iċ-Ċagħaq (wara l-Splash and Fun), Naxxar
· Tigne Point, Sliema
· Il-Bajja ta’ Gorgun, Mġarr, Għawdex
· Ras il-Ħob¿, Mgarr ix-Xini, Sannat, Għawdex
· Il-Bajja tad-Dwejra. San Lawrenz, Għawdex
· Il-Bajja tal-Qbajjar, ¯ebbuġ, Għawdex
Għaddej e¿erċizzju biex fejn huwa possibbli dawn il-bajjiet ikunu ukoll aċċessibbli għal persuni bi b¿onnjiet speċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn veterinarji reġistrati ġewwa pajjiżna? Jista’ jgħid jekk hawnx minn dawn il-veterinarji li huma speċjalizzati b'mod formali fuq annimali tal-irziezet? Jista’ jgħid jekk hawnx minn dawn il-veterinarji li huma speċjalizzata b'mod formali fuq annimali slavaġ li ħafna drabi nirreferu għalihom bħala wild jew zoo animals?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa hawn 224 veterinarju li għandhom warrant li jistgħu jipprovdu servizzi f’Malta. Ninsab infurmat li l-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji huwa konxju li xi kirurgi veterinarji li joffru s-servizzi tagħhom lill-annimali tal-irziezet u lill-annimali selvaġġi wettqu korsijiet ta’ Continuing Professional Development ta’ tul ta’ żmien differenti fuq oqsma speċjalizzati relatati max-xogħol tagħhom.
Persuni inkarigati biex jużaw arma biex jittrankwilizzaw annimal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hawnx persuna/i li huma inkarigati li jużaw arma biex titrankwilizza annimal jekk ikun hemm periklu imminenti? Jista’ jgħid fuq liema bażi tintgħażel din il-persuna? Jista’ jgħid jekk tingħatax taħriġ biex tkun tista’ topera dan it-tip ta' strument? Jista’ jgħid jekk hemmx xi tip ta' liċenzja bżonjuża biex wieħed ikun jista’ juża dan l-istrument?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 439.19, li huwa r-regolament dwar "il-Pussess u ż-Żamma ta’ Annimali Perikolużi”, min iżomm kwalunkwe annimal perikoluż skont dawn ir-regolamenti, jista’ jżomm tranquilizer gun jew kwalunkwe strument jew għodda oħra xierqa, fis-sit fejn jinżamm l-annimal partikolari, li għandu jintuża biss meta huwa neċessarju. Tali għodda jew strumenti għandhom jintużaw biss fil-każ ta’ neċessita’ estrema meta l-annimal perikoluż ikun inkontrollabbli jew ikun qiegħed jissoġġetta l-bniedem għall-periklu. Il-liċenzjar ta’ dawn l-armi ma jaqax taħt il-kompitu ta’ dan id-Direttorat. Addizzjonalment dart gun ukoll jista’ jintuża minn uffiċjali tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali li għandhom liċenzja tal-użu tal-armi.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — rata ta’ pagi lill-ħaddiema ta’ aġenziji tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata tal-paga fis-siegħa u l-kundizzjonijiet tax-xogħol imħallsa lill-ħaddiema kollha (elenkati skont ix-xogħol jew kif ġew ippubblikati l-offerti) li huma impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u jipprovdu servizz għall-Ministeru u l-awtoritajiet kollha, entitajiet tal-Gvern u kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders u kemm kien l-ammont totali tal-valur tagħhom, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul l-2022, xahar b'xahar?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — persuni li għandhom car allowance
Question
Jista’ l-jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom car allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (REFALO, ANTON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9592, ninfurmah li hemm 22 persuna li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti mill-kuntratt tagħhom, għax huma parti jew jaħdmu mas-Segretarjat.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni fuq il-bord tal-Agriculture Bioresources Agency? Jista’ jgħid kull wieħed u waħda minnhom kemm ilu fuq dan il-Bord? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm laqgħat tal-Bord u kemm-il laqgħa attenda kull wieħed u waħda minnhom sena b'sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Bord li qiegħed jirreferi għalih mhuwiex eżistenti.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni fuq il-bord tal-Agriculture and Rural Payments Agency? Jista’ jgħid kull wieħed u waħda minnhom kemm ilu fuq dan il-Bord? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm laqgħat tal-Bord u kemm-il laqgħa attenda kull wieħed u waħda minnhom sena b'sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Bord li qiegħed jirreferi għalih mhuwiex eżistenti.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — rwol ta' individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwiex membru fuq bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru/Segretarju Parlamentari? Jekk iva, liema hu l-bord, x’inhu r-rwol ta’ dan l-individwu, x’inhuma l-kwalifiki li għandu biex ikun fuq il-bord imsemmi u kemm qed jitħallas fis-sena biex ikun fuq dan il-bord?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-individwu li għalih qed issir referenza mhuwa fuq l-ebda bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà Ministerjali, kif ukoll dak tas-Segretarjat Parlamentari.
Jista’ l-Ministru jagħti istruzzjoni lil Infrastructure Malta biex tneħħi t-tarmak li tpoġġa fin-niżla ta’ Għar Lapsi u minflok tagħmel pavimentar addattat għall-ambjent bħalma wieħed jistenna?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — impjegati minn ħaddiema ta’ aġenziji tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-lum?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — persuni li għandhom disturbance allowance
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom disturbance allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (REFALO, ANTON)
Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba numru 9573, ninfurmah li ma hemm l-ebda persuni li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti mill-kuntratt tagħhom, għax huma parti jew jaħdmu mas-Segretarjat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni reġistrati biex ikabbru ż-żebbuġ f’Malta u f’Għawdex? Jista’ jgħid kemm inġabar żebbuġ għall-għasir fis-snin 2020, 2021 u 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm kien il-volum ta’ żejt taż-żebbuġa li ġie maħdum fis-snin 2020, 2021 u 2022?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni qed tingabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ftehim bejn il-Ministeru u/jew id-Dipartiment tal-Agrikoltura u l-Istitut ta’ CIHEAM
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma l-eżistenza ta’ ftehim bejn il-Ministeru u/jew id-Dipartiment tal-Agrikoltura u l-Istitut ta’ CIHEAM ta’ Bari? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim imsemmi? Jista’ jgħid jekk dan l-Istitut hux qed jipprovdi xi għajnuna teknika, kemm tiswa din l-għajnuna u f’liema setturi qed tingħata?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – karozzi leased/mikrija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?
Response (REFALO, ANTON)
Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba numru 6215, tlabt biex tinġabar il-kumplament tal-informazzjoni.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — persuni li għandhom mobile allowance
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom mobile allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (REFALO, ANTON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9554, ninfurmah li hemm 27 persuna li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti mill-kuntratt tagħhom, għax huma parti mis-Segretarjat tal-Ministru jew mas- Segretarjat tas-Segretarja Parlamentari.
Animal Welfare — annimali li ttieħdu mingħand sidhom
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9225 u jgħid kemm kien hemm każi ta' klieb, qtates u annimali oħrajn (f'dak il-każ jispeċifika x'annimali kienu) li ttieħdu mingħand sidhom mill-Animal Welfare minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn l-annimali ngħataw lura lil sidhom u x'kienet ir-raġuni li ngħataw lura?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-każijiet totali ta' klieb, qtates u annimali oħra li ttieħdu mingħand sidhom mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali minn Jannar 2022 sal-ġurnata ta’ llum, jammontaw għal 41 każ li fihom ġew ikkonfiskati 301-il annimal. Dawn il-każijiet kienu jikludu: klieb, qtates, żebras (għasafar), flieles, papri, tiġieġ, fniek, qanfud, summien, ħamiem, firien, fniek tal-Indi, żwiemel, qtates, imlivez, sturnelli, sriedaq u tiġieġ, wiżż, budgies, u kanarini. L-ebda annimal ma ġie ritornat lil sidu.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarjat - Donazzjonijiet lil Fondazzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, jgħid, sena b'sena, mis-sena 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien il-valur finanzjarju ta’ donazzjonijiet li l-entitajiet (fosthom awtoritajiet) li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta-Segretarju Parlamentari, taw lill-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista' jispeċifika meta donazzjoni kienet waħda finanzjarja u meta kienet għoti ta' servizz b'xejn jew makkinarju eċċ. u l-valur ta' tali għotja?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li mid-dekasteru tiegħi ma saru l-ebda tip ta’ donazzjonijiet lill-Fondazzjoni inkwistjoni.