Raħal Ġdid – zuntier tal-Knisja Parrokkjali — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ix-xogħlijiet li qed isiru fiz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali f’Raħal il-Ġdid humiex ser ikunu lesti qabel l-aħħar tax-xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt laqgħa bejn il-kuntrattur tal-proġett u l-kappillan ġie deċiż li x-xogħol li jkopri t-tqegħid tal-pavimentar li jikkonsisti f’biċċiet tal-lava għat-taraġ taz-zuntier ikun lest sal-aħħar tax-xahar.
Jista’ l-Ministru jipprovdi n-numru ta’ sigħat li ħadem fix-xahar, maqsuma xahar b’xahar, mill-bidu tal-kuntratt tal-impjieg tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mingħajr ma jsir ksur tal-liġi tal-Protezzjoni tad-Data, kif ukoll jirrispondi jekk is-servizz li jingħata lill-post tax-xogħol tal-individwu jiġix mogħti minn persuni oltre f’isem din il-persuna, u kemm taw siegħat xogħol fix-xahar, xahar b’xahar, mill-bidu tal-2017 ‘il-quddiem?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Malti għall-Arti iżomm biss l-attendenzi sa sentejn minn meta jkunu ġew iffirmati. Għaldaqstant l-Kunsill jixtieq jgħarraf li l-individwu li d-dettalji tiegħu ingħataw separament ħadem skond kif inhu stipulat fil-kuntratt tax-xogħol tiegħu. Jien ngħarraf ukoll li x-xogħol tal-individwu ma ngħatax minn persuni oħra f’isem l-individwu mill-2017 –il quddiem.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il-darba huwiex previst li tul din is-sena jsiru t-tiswijiet u l-kura neċessarja fil-ġonna pubbliċi li hemm fil-Gudja peress li dawn ix-xogħlijiet issa ilhom ix-xhur sabiex isiru?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li l-Kunsill jinsab f’kuntatt mal-Ministeru tal-Infrastruttura u Proġetti Kapitali dwar ir-riġenerazzjoni ta’ Ġnien Raymond Caruana u ma’ Projects Malta dwar Ġnien Ġlormu Cassar.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba huwiex previst li tul din is-sena jsiru t-tiswijiet neċessarji fit-toroq fil-Gudja peress li dawn issa ilhom xhur sabiex isiru b’detriment għar-residenti anzjani?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li regolarment jagħmel xogħlijiet ta’ tiswija ta’ toroq.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inġabru mill-ispejjeż peritali f’kawżi kriminali lura tul is-sena li għaddiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-Qrati Kriminali ta’ Malta inġabru €116,836.87 mill-ispejjeż peritali f’kawżi kriminali matul is-sena 2017, filwaqt li fil-Qorti Kriminali ta’ Għawdex inġabru €5,743.60 mill-spejjeż peritali f’kawżi kriminali matul is-sena 2017.
Tneħħija ta’ sentenzi tal-qrati mill-online database
Question
Jista’ l-Ministru jgħid taħt liema liġi u artikolu tal-Liġi ġew imneħħija mid-database tas-sentenzi tal-qrati għaxar sentenzi mogħtija mill-qrati, u jindika f’dawk l-għaxar każijiet x’kienu l-akkużi, jekk il-persuna konċernata nstabitx ħatja u x’kienet id-data tas-sentenza inkwistjoni?
Tneħħija ta’ sentenzi tal-qrati mill-online database
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, ladarba aċċetta li jitneħħew sentenzi tal-qrati mill-online database, jekk huwiex ukoll ser jaċċetta li records jiġu mneħħija minn online databases li juru records pubbliċi bħal dawk tal-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (BONNICI, OWEN)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant, li persuna li hi suġġett ta’ data, għanda dritt teżerċita d-dritt li tintnesa billi titlob lil kull kontrollur li jkun qed jipproċessa dik id-data personali dwaru, biex jintnesa. Jekk tiġix milqugħa jew le, sta għall-kontrollur ta’ dik id-data, li juża d-deskrizzjoni tiegħu jekk jilqax it-talba jew le, wara li jkun għamel l-evalwazzjoni neċċessarji, kemm legali kif ukoll amministrattivi. Nirrimarka li dan id-dritt jissaħħaħ iżjed meta jidħol fis-seħħ ir-“REGOLAMENT (UE) 2016/679 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il- Protezzjoni tad-Data)” propju f'Mejju ta' din is-sena. Għaldaqstant kull kontrollur kemm fis-settur pubbliku, kif ukoll fil-privat, jkun irid jassumi r-responsabilita’ hu ta’ x’azzjoni jrid jieħu fil-konfront tat-talba tieghu. Jekk il-persuna kkonċernata ma tkunx sodisfatta bl-azzjoni tal-kontrollur, il-liġi tipprovdi rimedji neċessarji. Rigward l-Awtorità tal-Ippjanar, nifhem li l-Onor. Interpellant hija konxja li din l-entita’ pubblika ma’ taqax taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persons of trust fil-Qorti tal-Ġustizzja? Jista' jgħid x'inhi l-kariga tagħhom jew x'inhu x-xogħol tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba tinsab annessa ma’ din ir-risposta.
Kariga tal-Person of Trust
Numru
Court Attorneys *
9
Judiciary Drivers
9
Courts Archives Officer
1
Chairman Judicial Studies Committee *
1
* il-persuni ngħażlu b'involviment u qbil sħiħ tal-Ġudikatura in vista tar-rwoli li jokkupaw.
Jista' l-Ministru jgħid, kemm-il persuna ġiet interdetta mill-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Ġurisdizzjoni Volontarja) sena b'sena, mis-sena 2010 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari,
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni interdetti mill-Qorti Ċivili ta’ Malta (Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja) mis-sena 2010 sad-data tat-28 ta’ Frar 2018 kien kif muri fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Persuni Interdetti
2010
48
2011
36
2012
45
2013
48
2014
35
2015
46
2016
52
2017
63
2018(sal-aħħar ta’ Frar)
10
Jista' l-Ministru jgħid, kemm-il persuna ġiet inabilitata mill-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Ġurisdizzjoni Volontarja) sena b'sena, mis-sena 2010 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni inabilitati mill-Qorti Ċivili ta’ Malta (Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja) mis-sena 2010 sad-data tat-28 ta’ Frar 2018 kien kif muri fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Persuni Inabilitati
2010
17
2011
10
2012
9
2013
7
2014
7
2015
11
2016
17
2017
14
2018(sal-aħħar ta’ Frar)
1
Twaqqif ta’ Uffiċċju Informazzjoni għall-Qrati tal-Ġustizzja
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jikkunsidra li jwaqqaf Uffiċċju Informazzjoni għall-Qrati tal-Ġustizzja f'pajjiżna biex il-pubbliku jinżamm infurmat bl-aħħar deċiżjonijiet u bil-ħidma li tkun qed titwettaq mill-Qrati ta' pajjiżna? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan il-proċess?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern hu dejjem miftuħ għal kwalunkwe suġġeriment li jwassal għal titjib.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ persuni li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jindika għal kull waħda mill-persuni, jekk il-persuna hijiex uffiċċjal pubbliku, persuna li għandha x’taqsam mas-servizz barrani tal-Gvern f’xi pajjiż barra minn Malta, avukat, prokuratur legali jew persuna privata? Jista' l-Ministru jindika wkoll għal kull waħda mill-persuni, id-data tal-ħatra tagħha bħala Kummissjunarju b’setgħa li jagħti Ġurament u jekk il-ħatra saritx bħala waħda personali jew bl-isem tal-kariga jew tal-funzjonijiet moqdija minnha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ġusitzzja, Kultura u Gvern Lokali — position of trust
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 151, jista' l-Ministru issa jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-positions of trust fi ħdan l-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu huma dawk fis-Segretarjat, l- Legislation Unit (ex Justice Unit), il-Kunsill Malti tal-Arti u l-Qrati tal-Ġustizzja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati mandati eżekuttivi kif ukoll kawtelatorji fil-Qorti matul is-sena 2017 kif ukoll jelenkahom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li qed nanessa ma’ din ir-risposta tabella bin-numru ta’ mandati kawtelatorji u eżekuttivi ppreżentati fil-qrati ta’ Malta u Għawdex matul is-sena 2017 :
Qorti ta’ MaltaMandatiMandati
Qorti/Bord/TribunalKawtelatorjiEżekuttivi
Prim’Awla tal-Qorti Ċivili599386
Qorti tal-Maġistrati (Ċivili)3431122
Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja)7335
Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba’02
Bord li Jirregola l-Kira1631
Tribunal Qsim tal-Wirt02
Tribunal Reviżjoni Amministrattiva01
Tribunal Industrijali40
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Court Attorneys assenjati mal-ġudikanti ta' pajjiżna? Jista' jindika f'liema kamp qegħdin iwettqu l-ħidma tagħhom dawn il-Court Attorneys? Jista' jgħid kemm-il sentenza abbozzaw il-Court Attorneys sena b'sena mis-sena 2015 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li hemm sittax (16) il-Court Attorneys assenjati mal-Ġudikanti. Dawn iwettqu l-ħidma tagħhom fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, fil-Qorti tal-Appell Superjuri u fil-Qorti Kostituzzjonali. Is-sentenzi abbozzati mill-Court Attorneys huwa kif muri fit-tabella ta’ hawn taħt.
Il-kariga ta’
Court Attorney
, li
introduciha dan il-Gvern fost diversi riformi fil-qasam tal-gustizzja, giet deskritta bħala storja ta' suċċess mill-partijiet interessati kollha domestici kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea f’rapport li hareg fil-gimghat li ghaddew.
Dan l-irwol hu bbazat fuq bazi ta’ fiducja (
position of trust
) sabiex jekk
Court Attorney
partikolari, għal xi raġuni jew oħra, jitlef il-fiduċja ta' xi membru tal-Ġudikatura, il-kuntratt jkun jista' jigi terminat mingħajr dewmien.
Ta’ min jirrimarka u jenfasizza li l-
Court Attorneys
huma magħżula mill-membri tal-Ġudikatura u mhux mill-Ministru, permezz ta' proceduri specifici.
Sena
Numru ta’ sentenzi abbozzati
2015
239 (minn Ottubru 2015)
2016
1,518
2017
1,523
2018
116 (Sa Jannar 2018)
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il theddida ta' bomba saret fil-bini tal-Qorti f'Malta, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti d-data/i ta' kull meta saret theddida ta' bomba fil-bini tal-Qorti f'Malta matul l-imsemmi perjodu?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba fir-rigward ta’ theddid ta’ bombi li saru fil-bini tal-Qorti f’Malta mis-sena 2013 sallum u d-dati meta saru tinsab annessa ma’ din ir-risposta.
SenaTotalData
2013315.01.2013
19.02.2013
28.06.2013
20141114.01.2014
22.01.2014
29.01.2014
04.02.2014
21.02.2014
5.03.2014
10.03.2014
18.03.2014
13.05.2014
26.06.2014
2.12.2014
2015115.01.2015
2016212.10.2016
16.11.2016
2017230.03.2017
9.05.2017
Jista' l-Ministru jgħid, kemm-il theddida ta' bomba saret fil-bini tal-Qorti f'Għawdex sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti d-data/i ta' kull meta saret theddida ta' bomba fil-bini tal-Qorti f'Għawdex matul l-imsemmi perjodu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 sal-llum ma saret ebda theddida ta’ bomba fil-bini tal-Qorti f’Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema impjegati fil-Qorti tal-Ġustizzja? Jista' jindika l-grad tagħhom? Jista' jindika liema minnhom jaħdmu fil-bini tal-Qorti f'Malta u liema minnhom jaħdmu fil-bini tal-Qorti f'Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fid-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja ta’ Malta hemm 381 impjegat u l-gradi tagħhom qegħdin indikati fil-lista li qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra. Dawn l-impjegati kollha jaħdmu fil-bini tal-Qorti f’Malta minbarra Deputat Reġistratur li taħdem fil-bini tal-Qorti f’Għawdex. Infurmat ukoll li fid-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja ta’ Għawdex hemm 27 impjegat u l-gradi tagħhom qegħdin indikati fl-istess lista li qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra.