Mellieħa –Master Plan dwar imwejjed u siġġijiet fil-Pjazez
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix master plan, u jekk iva, jipprovdi kopja tiegħu - dwar imwejjed u siġġijiet fil-Pjazza tal-Mellieħa, u Pjazza Papa Ġwanni Pawlu II, il-Mellieħa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar m'għandiex quddiema applikazzjonijiet biex tipproċessa proposta għall-Master Plan dwar tqegħid ta’ mwejjed u siġġijiet fil-Pjazza tal-Mellieħa, u Pjazza Papa Ġwanni Pawlu II, fil-Mellieħa.
Il-Belt Valletta – Triq ir-Repubblika — Scaffolding
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif l-iscaffolding li hemm fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, faċċata ta' Starbucks, ilu hemm ħames snin mingħajr użu? Jista' jagħti informazzjoni fuq x’inhu l-użu ta' dan l-iscaffolding?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Triq li twassal għall-Bajja tal-Ħondoq — xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 3651 u 7574 li ngħataw fl-14 ta' Novembru 2022 u fis-17 ta' April 2023 rispettivament, dwar x'qed isir fil-parti tat-triq li twassal għall-Bajja tal-Ħondoq li bdiet tisfronda, peress li din it-triq kien sar xogħol fuqha fi żmien il-Ministru preċedenti iżda ftit wara bdiet tisfronda, fejn ġie mwieġeb li x-xogħlijiet huma ppjanati li jsiru ladarba jiġi pproċessat it-tender, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender ġiex ipproċessat u jindika meta, bejn wieħed u ieħor, hu maħsub li jibda x-xogħol meħtieġ fuq l-imsemmija triq, x'se jkun jikkonsisti x-xogħol u kemm hu stmat li se jiġi jiswa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-offerti bħalissa qegħda tiġi ivettjata mill-Procurement Unit.
Ix-Xewkija, Għawdex — Triq Ta’ Ħamet - Zebra crossing
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex għaddew diversi xhur u fi Triq Ta' Ħamet, ix-Xewkija (it-triq prinċipali ħdejn il-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu) għadha ma saritx zebra crossing kif kien hemm qabel ma’ din it-triq ġiet asfaltata? Fid-dawl li dan in-nuqqas serju issa ilu diversi xhur u hemm periklu kbir għal min irid jaqsam f'din l-imsemmija triq, jista’ l-Ministru jgħid min min-naħa tal-Ministeru ser jerfa’ r-responsabbiltà jekk iseħħ inċident?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jaħdem sabiex terġa ssir zebra crossing f’dik it-triq sabiex issir skont l-istandards.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Reklami fuq gazzetti - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 17920 Reklami fuq gazzetti- Nefqa.pdf
SPD3/2024/045 — 'TENDER FOR FINISHING, MECHANICAL AND ELECTRICAL WORKS USING ENVIRONMENTALLY FRIENDLY PRODUCTS AT THE NEW GOZO CHANNEL (OPERATIONS) LTD PREMISES AT MGARR, GOZO'
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li ser idum ix-xogħol relatat mas-sejħa: SPD3/2024/045 - 'TENDER FOR FINISHING, MECHANICAL AND ELECTRICAL WORKS USING ENVIRONMENTALLY FRIENDLY PRODUCTS AT THE NEW GOZO CHANNEL (OPERATIONS) LTD PREMISES AT MGARR, GOZO' u jgħid kemm hi stmata din is-sejħa meta ħarġet fis-suq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tinsab f’paġna 4 tal-imsemmi dokument tat-tender. It-tender hi stmata €735,000 u x-xogħol huwa maħsub li jdum 6 xhur.
B'referenza għal xogħlijiet li saru mid-Diviżjoni tal-Istrateġija u s-Sapport tal-Ministeru għal Għawdex matul is-sena 2022, sabiex saret it-trinka biex ikun jista’ jiġi mgħoddi cable tal-elettriku fil-parti tat-telgħa ta' Triq is-Sagħtrija fiż-Żebbuġ, Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid jekk id-downlighters f'din l-imsemmija triq bdewx jinxtegħlu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol għadu għaddej.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol ta' resurfacing u tingħata t-tieni kisja asfalt fi Triq tal-Ħanaq fin-Nadur, liema xogħol ilu li beda aktar minn tmien snin u nofs iżda għadu ma tlestiex? Jista’ jgħid ukoll jekk it-tieni kisja asfalt ta' din l-imsemmija triq hux ser tingħata qabel jibda s-sajf 2024 u jekk le meta ser tingħata t-tieni kisja asfalt?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jimxi skont programm ta’ prijoritajiet għall-Infrastruttura f’Għawdex.
San Lawrenz — Triq id-Dwejra - Skular ta’ ilma maħmuġ jew drenaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex tissolva l-problema ta’ skular ta’ ilma maħmuġ jew drenaġġ li ilha ħierġa minn katusa li tinsab fil-ġenb tat-triq, fi Triq id-Dwejra, ftit ’l isfel miċ-ċimiterju ta' San Lawrenz, f’Għawdex għal dawn l-aħħar xhur?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li kull darba li qed ikun hemm ilment dwar skular ta’ ilma dejjem ġie iċċekkjat imma qatt ma rrizulta li hu drenaġġ.
Marsalforn – Parti minn triq ix-Xagħra — Bini ta’ triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li tinbena mill-ġdid parti minn triq ix-Xagħra (minn ħdejn il-Ġnien tat-Tliet Għoljiet sa ħdejn il-Knisja ta' Marsalforn) peress li tinsab fi stat ħażin ħafna? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx pjanijiet li din issir fis-sena 2024? Jekk le, jista' jgħid jekk sarux rapporti dwar l-istat ta' din it-triq u jekk iva, min għamilhom u jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet f’din it-triq huma fil-pjan tal-Ministeru.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-linja tat-Triq San Tumas f’Ħal Safi tiġi kkoreġuta ġaladarba hemm numru ta' binjiet li jaqbżu l-linja kurrenti u diġà ġew sanzjonati?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess biex tinbidel linja tal-bini huwa dak kontemplat fl-Avviż Legali (AL) 71 ta' 2007, hekk kif amendat b'AL 73 ta' 2015 u 103 ta' 2017.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18841 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità u jgħid jekk qattx sar ċensiment dwar kemm għad hawn tankijiet tal-asbestos f’residenzi privati?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Tankijiet tal-asbestos – Prekawzjonijiet meta jitwaqqgħu djar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18843 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità u jgħid jekk hux qed jittieħdu prekawzjonijiet meta jitwaqqgħu djar li fihom ikun għad hemm tankijiet tal-asbestos?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18844 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità u jgħid jekk il-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni jiġux mgħarrfa dwar il-periklu li jista’ jinħoloq meta jkunu qed jinqalgħu tankijiet tal-asbestos?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Tankijiet tal-asbestos — Prekawzjonijiet qabel jitwaqqgħu djar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18845 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità u jgħid xi prekawzjonijiet qed jittieħdu qabel ma titwaqqa’ dar li jinstab li fiha hemm tankijiet tal-asbestos?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18846 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità u jgħid jekk meta jinstabu tankijiet tal-asbestos humiex jissejħu timijiet ta’ ħaddiema professjonali li jafu kif jiddisponu minn dan il-materjal tant perikoluż?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Il-Mosta — Triq il-Waqqafa - Permessi biex jinfetaħ ħajt diviżorju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’permessi relatati kien hemm biex jinfetaħ il-ħajt diviżorju fi Triq il-Waqqafa, il-Mosta, li jagħti għall-istabbiliment kummerċjali li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika fejn jinsab dan il-ħajt fi Triq il-Waqqafa, il-Mosta, li għalih qed issir referenza.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li jagħmel railings tal-gallariji orizzontali illegali sabiex il-gallariji jkunu childproof?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità tal-Ippjanar tipprovdi biss linji gwida fid-“Development Control Design Policy, Guidance and Standards 2015 (DC 15) G46 e) stating that balcony railings should have a vertical orientation to ensure safety.”
Għawdex — Ħaddiema li jaħdmu fuq it-tindif tat-toroq u pjazez
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema (kemm tal-Gvern, skema, kuntrattur jew b'kuntratt) li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, li jaħdmu fuq it-tindif tat-toroq u pjazez ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-grad ta’ dawn il-persuni u kif inhuma mqassmin f’kull raħal u belt li hemm f’Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.