Jista' l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet fi Triq Marsalforn, Xagħra, meta ser jitlestew dawn ix-xogħlijiet u kemm ser jiswew dawn ix-xogħlijiet? Jista' jelenka x-xogħlijiet li twettqu jew li għad iridu jitwettqu f'din it-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet qegħdin isiru mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra, b’fondi mill-Ministeru għal Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet fi Triq ta' Sdieri, limiti tal-Għarb, meta ser jitlestew dawn ix-xogħlijiet u kemm ser jiswew dawn ix-xogħlijiet? Jista' jelenka x-xogħlijiet li twettqu jew li għad iridu jitwettqu f'din it-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet bdew u ser jingħalqu din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni self-employed li taw jew qed jagħtu servizz lill-Ministeru f'Għawdex, sena b'sena mill-2010 'l hawn u x'inhi n-natura tas-servizz li tqabbdu jagħtu? Kemm hu t-tul ta' dawn il-kuntratti ta' servizz u x’inhi r-rimunerazzjoni li qed tingħatalhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 22308.
Tiġrijiet taż-żwiemel – Korsa Ta’ Xħajma — spettaturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux jitħallew jidħlu spettaturi waqt it-tiġrijiet taż-żwiemel fil-Korsa ta’ Xħajma? Jista’ jgħid x’miżuri ttieħdu biex kollox jimxi skont il-protokolli tas-saħħa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt it-tiġrijiet taż-żwiemel fil-Korsa ta’ Xħajma mhumiex jidħlu spettaturi. Qiegħdin jidħlu biss l- owners taż-żwiemel, il-handlers u il-jockeys.
Ministeru għal Għawdex — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21053 u jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 22000 - Ministeru għal Għawdex - konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa.pdf
Rabat — Ċimiterju ta’ Santa Marta – manutenzjoni u xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ manutenzjoni u xogħol ieħor sar u kemm ġie jiswa fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marta fir-Rabat, f’dawn l-aħħar ħames snin maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid x’hemm ippjanat bħala manutenzjoni u xogħol ieħor li jsir minn issa sal-aħħar tas-sena f’dan iċ-ċimiterju u matul is-sena 2022 u kemm hi ppjanata li tkun l-ispiża?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jara sabiex fix-xhur li ġejjin issir il-manutenzjoni meħtieġa.
Negotiated procedure – servizz ta’ akkomodazzjoni għall-anzjani f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru għal Għawdex jispjega u jgħid fiex tikkonsisti u kemm hi stmata li ħa tiġi tiswa globalment in-Negotiated Procedure for the Provision of Accommodation for Elderly in Gozo MG316/2017/pt1 – B? Jista’ jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex ma ħarġitx tender biex jiġi offrut dan is-servizz ta’ akkomodazzjoni għall-anzjani ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid kemm-il sena ilu ġie awarded dan is-servizz permezz ta' Negotiated Procedure u kemm kienet is-somma globali s’issa li l-Ministeru għal Għawdex ħallas u lil min ħallas?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpallant li n-'NEGOTIATED PROCEDURE FOR THE PROVISION OF ACCOMODATION FOR ELDERLY PERSONS IN GOZO' MG 316/2017/pt1 - B qiegħda tiġi stmata li se tiswa €483,120 excl. VAT. Mis-sena 2017 sal-aħħar ta’ Awwissu 2021, is-servizz ingħata minn Health Services Gozo Ltd. Minn l-1 ta’ Settembru 2021 is-servizz qiegħed jingħata minn Kura Gozo Co. Limited. Is-servizz ingħata permezz ta’ Negotiated Procedure minħabba limitazzjonijiet fis-suq. Is-somma globali li ħallas il-Ministeru għal Għawdex hi riflessa fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-medja tal-kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-kuntratt ingħata lill-persuni mill-Ministeru għal Għawdex u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu matul is-sena 2021 sal-lum u ċjoè kemm-il kuntratt ingħata lil dawn il-persuni biex joffru servizz lill-Ministeru jew entitajiet bħala persuni self-employed? Jista' jgħid minn f'kull każ iffirma l-kuntratti ma’ dawn il-persuni?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-liġi SL 601.03, kull kuntratt jiġi ppublikat fuq il-gazzetta tal-Gvern perjodikament.
Jista' l-Ministru jispjega għala ma tpoġġewx bankijiet għall-pubbliku fil-promenade li għadu kemm sar fix-Xatt ta' Marsalforn? Kemm kienet in-nefqa finali ta' dan il-proġett ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li twaħħlu 19 il-bank madwar il-menqa u l-promenade ta’ Marsalforn.
Fir-rigward tan-nefqa totali, bħalissa qed isiru l-aħħar verifiki kemm ta’ natura teknika u kif ukoll amministrattiva biex eventwalment ikun jista’ jiġi ffinalizzat il-kont.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Mużew il-ġdid fir-Rabat, Għawdex, meta hu previst li jitlesta u kemm hu previst li ser tkun l-ispiża totali ta' dan il-proġett ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet ta’ restawr u kostruzzjoni waslu fl-aħħar fażi u mistennija jkunu kompluti fil-ġimgħat li ġejjin. Il-proġett mistenni jkun lest fl-aħħar kwart tal-2022. Wara t-tibdil estensiv fid-disinn minħabba s-sejba arkeoloġika ta’ madwar 960 metru kwadru u li fuq direzzjoni tas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali ġiet integrata fid-disinn tal-proġett, l-ispiża totali għada ma tistax tiġi prevista.
Jista’ l-Ministru jgħid fir-roundabouts ta’ Għawdex, minn Ġunju 2017 sal-lum:
a. Kemm sar armar differenti s’issa?;
b. Għal liema okkażjonijiet saru?;
c. Fejn qed jitwaħħlu? Liema huma l-postijiet speċifiċi?;
d. Kemm huma stmati li ġew jiswew?;
e. Min awtorizza dawn il-ħlasijiet?;
f. X’armar hu previst għall-kumplament tas-sena?;
g. Wara li jiżżarmaw, x’qed isir minn dan l-armar u fejn qed jitpoġġa?; u
h. Kemm hemm ħaddiema jaħdmu fuq dan l-armar tar-
roundabouts
u x’inhu l-grad tagħhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-koordinamenti u jekk ġewx finalizzati u x'fadal isir bejn il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u l-Ministeru għal Għawdex 'sabiex jibda jiġi offrut servizz ferm importanti u bżonnjuż ta’ Park & Ride għall-Għawdxin li jridu jaqsmu lejn Malta, sabiex possibbilment jibda jingħata servizz ta’ trasport lill-istudenti Għawdxin minn lokalitajiet oħrajn għall-Imġarr' permezz tas-sitt coaches li jaħdmu bl-elettriku li nxtraw mill-Ministeru għal Għawdex b'fondi tal-Unjoni Ewropea u li waslu Għawdex f’nofs Ġunju tas-sena 2020 u li sal-lum qatt ma ntużaw?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-diskussjonijiet dwar x’servizzi jistgħu jingħataw permezz tas-sitt coaches għadhom għaddejjin.
Programm ta’ Fondi Strutturali u Fondi ta’ Koeżjoni Ewropej 2014-2020 – Fondi Ewropej użati mill-Ministeru għal Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intużaw Fondi Ewropej mill-Ministeru għal Għawdex taħt il-programm ta' Fondi Strutturali u Fondi ta' Koeżjoni Ewropej 2014-2020, sena b'sena u għal xiex intużaw? Minn dan il-programm, kemm baqa' fondi x'jintefqu fix-xhur li ġejjin?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 22260 - Programm ta’ Fondi Strutturali u Fondi ta’ Koeżjoni Ewropej 2014-2020 – Fondi Ewropej użati mill-Ministeru għal Għawdex.pdf
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Pixxina fir-Rabat, Għawdex, meta hu previst li jitlesta u kemm hu previst li ser tkun l-ispiża totali ta' dan il-proġett ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett tal-Aquatic Center u tal-Indoor Sports Pavilion huma kkunsidrati bħala proġett wieħed, u għaldaqstant kemm il-programazzjoni u kif ukoll in-nefqa allokata huma amalgamati. Il-maġġor parti tax-xogħlijiet tal-kostruzzjoni jinsabu fi stadju avvanzat. Infatti 95% tax-xogħol tal-kostruzzjoni huwa lest. Fil-ġimgħat li ġejjin, huma mistennija li jitpoġġew l-istrutturi tal-ħadid u b’hekk l-istruttura prinċipali tkun kompluta. Diversi xhur ilu, beda jiġi nstallat l-apparat elettriku u mekkaniku. Sa issa 10% ta’ dan l-apparat ġie nstallat. Ix-xogħlijiet relatati mal-faċċata, saqaf u retractable pool huma mistennija li jibdew kmieni s-sena d-dieħla. Huwa proġettat li l-Gozo Aquatic Centre u l-Indoor Sports Pavilion jkunu lesti biex jibdew joperaw sa Ottubru tas-sena d-dieħla.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għala f'dawn l-aħħar ġimgħat waqaf ix-xogħol kollu ta' bini tal-ħitan tas-sejjieħ, iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, ġewwa l-Wied tar-Ramla fix-Xagħra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-ħitan tas-sejjieħ ġew imwaqqfa sakemm jiġu konklużi xi kjarifiċi mal-Awtoritajiet kompetenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vjaġġ tal-Gozo Channel telaq tard minn kif stipulat fl-iskeda kemm mill-Port taċ-Ċirkewwa kif ukoll mill-Port tal-Imġarr, matul l-aħħar 6 xhur? Jista' jgħid kemm-il vjaġġ tal-istess Gozo Channel fl-istess perjodu, kellu jagħmel ħin jistenna barra f’xi wieħed mill-portijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gozo Channel ma jżommx record tar-raġunijiet għalfejn vapur telaq tard, u kemm vapur dam jistenna barra biex daħal fil-port.
Rigward il-funtana li kien hemm ġewwa Pjazza San Franġisk jista’ l-Ministru jgħid fejn hemm il-ħsieb li titpoġġa l-istess funtana issa li tneħħiet minn Pjazza San Franġisk? Meta mistennija tkun fil-post ġdid tagħha din il-funtana?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numri 20054.
Jista' l-Ministru jgħid bħalissa liema xogħlijiet huma għaddejjin f'Villa Lauri, Birkirkara u meta dawn ix-xogħlijiet huma ppjanati li jitlestew? Meta ser tkun tista' tintuża mill-istudenti Għawdxin, din il-binja?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet strutturali tlestew. Bħalissa qed isiru l-evalwazzjonijiet fuq l-offerti mitfugħa għax-xogħlijiet ta’ M&Es u għall-għamara. L-offerta għall-installazzjoni tal-Lift reġgħet ġiet ippubblikata peress li fl-ewwel sejħa għall-offerti l-ebda offerta ma kienet eliġibli. Din is-sejħa għall-offerti se tagħlaq f’dan ix-xahar. Ix-xogħlijiet mistennija li jibdew fix-xhur li ġejjin appena jiġu assessjati l-offerti.
Qed isir dak kollu possibbli biex Villa Lauri tibda tintuża mill-istudenti Għawdxin u anke mill-qraba ta’ pazjenti Għawdxin li jkunu rikoverati fi sptar f’Malta mis-sena 2022.