Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta u Dipartiment tal-Gvern Lokali — attivitajiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm se jieħu kull kunsill lokali biex jorganizza attivitajiet mill-fondi tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta u Dipartiment tal-Gvern Lokali? X'attività se jorganizza? Meta? Kemm hu stmat li se tiġi tiswa kull attività? Kemm minnhom se joħorġu mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta, mid-Dipartiment tal-Gvern lokali, jew mill-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant rigward kemm se jieħu kull Kunsill Lokali biex jorganizza attivitajiet mill-fondi tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u d-Dipartiment tal-Gvern Lokali, x’attività se jorganizza u meta, qed tiġi mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mit-total ta’ 277,000 Ewro li se jieħdu l-Kunsilli Lokali biex jorganizzaw dawn l-attivitajiet, 100,000 Ewro ġejjin mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u 177,000 Ewro ġejjin mill-vot ta’ fondi speċjali tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali.
Kunsilli lokali — skema għal attivitajiet differenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-ewwel skema għall-2009 kemm kien hemm kunsilli lokali li applikaw biex jorganizzaw attività differenti fil-lokaltajiet tagħhom? Kemm ġew aċċettati u ċioe min kienu l-kunsilli lokali li organizzaw attività kulturali? Kemm kien il-fond għal din l-iskema għas-sena 2009? Kemm ħa kull kunsill lokali u kemm ħareġ id-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex tittella' kull attività?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsjia Parlamentari Numru 7610 fejn kien hemm informazzjoni dwar kemm Kunsilli Lokali applikaw u liema kienu dawk li bbenefikaw minn din l-iskema.
Ta’ min iżid illi ma’ dik il-lista irid jiżdied il-Kunsill Lokali Żejtun li kien ingħata € 3,500 għall-attività Żejt iż-Żejtun. Barra minn hekk il-Kunsill Lokali Fontana kien ħassar l-attività tiegħu u għaldaqstant ma kienx ħa l-€ 4,500 li kien ser jibbenifika mill-iskema.
Il-fondi għal din l-iskema li ħarġu mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali kienu ta’ € 137,500.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12251 u jgħid għaliex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma ħaditx il-passi meħtieġa biex is-sid ta' l-art, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, itella' ħajt meta din hija parti mill-policy tal-Awtorità?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-MEPA m'għandhiex poter legali li ġġiegħel lis-sidien ta' plottijiet vojta jtellgħu ħitan mad-dawra tal-plots.
Mill-banda l-oħra l-MEPA tista' taġixxi bis-saħħa tal-Artikolu 55 ta' l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp kontra siti fejn jirriżulta li l-kundizzjoni jew sura ħażina tagħhom tkun ta' detriment u ta' ħsara għall-ġmiel jew is-siwi taż-żona li jinsabu fiha. Fil-fatt fl-2008 ittieħdet inizjattiva biex, b'kollaborazzjoni mall-Kunsilli Lokali, jiġu nkoraġġiti sidien ta' plottijiet vojta biex jibnu ħitan mal-linja uffiċjali tal-bini mingħajr il-ħtieġa li jottjenu permess tal-bini, biex jiġi żgurat illi l-
plots
ma jispiċċawx mimlijin ħmieġ u skart li ġie li jintefa’ fihom.
Dwar dan is-sit partikolari f'Ħaż-Żabbar, il-MEPA qatt ma rċeviet ilment dwaru mingħand il-Kunsill Lokali skont l-inizjattiv. Madankollu t-Taqsima ta' l-Infurzar tal-MEPA investigat dan il-każ, ġie identifikat is-sid tal-art, u ġie miftiehem miegħu li l-art għandha titnaddaf fi żmien xahar u ġie mistieden itella' ħajt ħalli l-
plot
ma terġax titħammeġ. Is-sezzjoni ta' l-Infurzar tal-MEPA ser tibqa' issegwi l-każ.
Jista' l-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk għandux ħsieb li jniedi inkjesta indipendenti dwar l-operat tal-Bord tad-Development Control Commission fid-dawl tat-talba li l-awditur tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għamel lill-Awtorità nnifisha biex titlob lis-Sinjurija Tiegħek?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Deċiżjoni tittieħed wara li l-MEPA tkun ingħatat il-parir legali, kif rakkomandat mill-Awditur, dwar il-permessi suġġett tar-rapport tiegħu.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — ċifra globali għall-fuel
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Uffiċju tal-Prim Ministru u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru matul l-2009 rispettivament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
immigranti illegali fid-detention centre — proporzjon ta' ikel
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-immigranti illegali fid-detention centre ta' Lister Barracks jieħdu proporzjon ta' ikel bħal zokkor u tè aktar minn dawk li jieħdu fil-Barracks ta' Ħal Safi u l-Barracks ta' Kandja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-proporzjon ta’ ikel bħal zokkor u tè provdut fiċ-ċentri ta’ detenzjoni kollha jitqassam abbażi ta’ l-ammont ta’ immigranti li jokkupaw kull ċentru. Infatti, kull meta xi immigranti jiġu rilaxxati miċ-ċentri tad-detenzjoni, l-ammont ta’ ikel meħtieġ jiġi kkomunikat lil kuntrattur li jforni l-ikel ħalli ma jipprovdix iżjed ikel milli jkun hemm bżonn.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għal liema raġuni s-suldati mhumiex qed jiġu moqdija biex jagħmlu vista tal-għajnejn u nuċċalijiet b'xejn bħall-pulizija meta l-Prim Ministru f'mistoqsija parlamentari kien stqarr li s-suldati għandhom dritt għal dan is-servizz daqs il-pulizija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li r-Regolamenti Dwar In-Nomini u L-Kondizzjonijiet Tas-Servizz Tal-Forza Regolari Tal-Forzi Armati Ta’ Malta jagħtu d-dritt lill-uffiċjali u l-membri kollha tal-Forzi Armati ta’ Malta għal trattament mediku bla ħlas minn uffiċjal mediku nominat għal dak l-iskop, f’ċentru mediku mgħammar għal dak l-iskop. Meta tali kura ma tkunx tista’ tiġi pprovduta f’dan iċ-ċentru allura l-individwu jintbagħat l-isptar Mater Dei. Suldati jikkwalikaw għal nuċċali b’xejn skont il-kriterji maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa.
immigranti illegali fid-dentention centres li jgħeddu jew iħebbu għas-suldati — proċedura legali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif jiġġustifika l-fatt li l-immigranti illegali fid-dentention centres li jgħeddu jew iħebbu għas-suldati u li jkunu tressqu quddiem spettur biex jiġu imħarrka jingħataw il-libertà mingħajr kundizzjoni li jridu jiffirmaw l-għassa tal-pulizija?
X'inhi r-raġuni li meta l-istess immigranti li suppost jidħlu l-Qorti u ma jidhrux, kollox jibqa' għaddej mingħajr ma ssir ġustizzja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi huwa minnu li meta immigranti illegali fiċ-ċentri tad-detenzjoni jgħeddu jew iħebbu għas-suldati dawn jiġu mressqa quddiem spettur biex jiġu mħarrka. L-immigranti imbagħad jerġgħu jintbagħtu fiċ-ċentri tad-detenzjoni u jekk ikunu għadhom ma ġewx mogħtija l-libertà dawn jitressqu l-Qorti fiż-żmien stipulat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14056 u jgħid għaliex il-Kelliem Ewlieni Laburista għall-Gvern Lokali, l-Onor. Stefan Buontempo, ma ġiex mistieden għall-preżentazzjoni tal-Local Enterprise Award u Green Challenge Award? Min ħa d-deċiżjoni u fuq liema bażi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal din l-attività ma kien hemm ebda Ministru u Membru Parlamentari mistieden ħliefi bħala Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali, is-Segretarju Parlamentari Chris Said, is-Segretarju Parlamentari responsabbli minn dan il-qasam u l-Ministru tal-Finanzi minħabba li kien il-Ministeru tiegħu li ffinanzja l-Enterprise Award.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li spiċċaw is-sena bid-deficit? Jista' jgħid għal kull każ, x'kienet is-sitwazzjoni fl-istess kunsill fis-snin ta' qabel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sitwazzjoni finanzjajra ta’ kull Kunsill Lokali tkun magħrufa wara li l-Kunsilli jagħluq il-kotba tagħhom u jippreparaw il-financial statements. Dawn wara li jkunu approvati mill-kunsill, jiġu awditjati.
Ir-rapporti tal-Awdituri tal-Gvern Lokali għandhom ikunu sottomessi lill-Awditur Ġenerali sat-30 ta’ Marzu 2010.
Jista’ l-Prim MInistru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu waslitx fi ftehim fuq erba’ snin mal-aġent lokali tat-Thomas Cook u s-Saga biex iġibu turisti mir-Renju Unit lejn Malta bl-ajru u bil-vapuri tal-passiġġieri? Kemm ingħataw flus skond dan il-ftehim u lil min ingħataw lokalment bħala aġent taż-żewġ kumpaniji? Kemm huwa mmirat li jinġebu turisti 1) bl-ajru u 2) fuq vapuri tal-passiġġieri sena b’sena skond dan il-ftehim?
European Institute of Education — bini li m'għandux permessi
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13331 u 10969 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Peress li l-bini f’Ta’ Xbiex (Sir Ugo Mifsud Street, Ta’ Xbiex Terrace) qed jintuża mill-European Institute of Education bħala tuition centre u jinżammu fih lezzjonijiet u korsijiet meta l-bini m'għandux il-permessi meħtieġa mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dan l-użu, tista’ l-Ministru tgħid x’passi se tieħu l-pulizija kontra dan il-ksur tal-ligi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post imsemmi rriżulta u ġie kkonfermat li l-Istitut (EIE) topera fis-settur tad-distance learning u għalhekk l-istitut f’Ta’ Xbiex jopera bħala uffiċini u l-ebda tagħlim ma jitwettaq f’dan il-post. Dan il-post għandu permess għall-użu ta’ uffiċini. Minn dan il-post, studenti li jkunu applikaw għal xi distance learning course jiġu biex jiġbru l-materjal relatat mal-kors tagħhom. Fejn ikun hemm bżonn li l-istudenti jagħmlu xi sessjonijiet huma jikru ċentru ta' tagħlim liċenzjat fil-Gżira.
L-Awtorità se tibqa’ ssegwi dan il-każ sabiex tassigura li l-post imsemmi jibqa' jintuża biss bħala uffiċini, kif kopert mill-permess.
Air Quality at Hexagon House Marsa Report — azzjoni
Question
B'referenza għal Air Quality at Hexagon House Marsa Report mill-Prof. A.J. Vella li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mal-mistoqsija parlamentari 13234, mindu nkiteb ir-rapport f'Ġunju 2008, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk:
a) Il-fuel depot fl-MOBC ġietx imġiegħla tagħmel air purification systems fl-istorage tank tagħha?
b) Il-Waste Oils Co. Ltd ġietx imġiegħla tagħmel charcoal filters fiż-żewġ ċumniji tagħha?
ċ) Il-Waste Oils Co. Ltd u l-Marsa Power Station humiex jiġu spezzjonati fit-trasferiment ta' żjut minn tanks fil-port jew fit-triq għal ġor-reċipjenti tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li:-
Fir-rigward tal-ewwel mistoqsija il-
fuel
depot MOBC, l-applikazzjoni għall-Permess Ambjentali qiegħda tiġi pproċessata u din tinkludi informazzjoni relatata ma’ emissjonijiet fl-arja. Din l-informazzjoni qiegħda tiġi evalwata mill-MEPA u fl-eventwalità li joħroġ il-Permess Ambjentali, l-operatur ikun marbut b’kundizzjonijiet ta’ monitoraġġ għall-arja u installazjoni ta’ apparat jew metodi għat-tnaqqis ta’ tniġġis fl-arja.
Għat-tieni parti tal-mistoqsija għar-rigward ta’ ċmieni ta’
boilers
, mhix prattika normali li jiġu nstallati
charcoal filters
. Emissjonijiet mill-
boilers
huma kkontrollati mit-tip ta’
fuel
li jintuża, mis-
settings
tal-
boilers
u minn manteniment regolari. Dawn il-parametri kif ukoll monitoraġġ ta’ l-emissjonijiet huma kundizzjonijiet
standard
għall-operat tal-
boilers
fil-permessi ambjentali.
Fil-każ tat-tieni mistoqsija, dawn iż żewġ impjanti huma suġġetti għall spezzjonijiet regolari mill-MEPA. Barra min hekk l-operatur għandu l-obbligu li jżomm notament ta’ kull trasferiment ta’ żjut.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' talbiet għall-bini ta' ġibjuni/reservoirs quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjentu u l-Ippjanar preżentement?
Jista' l-Ministru jgħid fejn se jiġu relokati n-nissan huts li hemm taħt is-Sur ta' Notre Dame, Bormla fejn skond PA 05057/09 tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar huwa ppjanat li se jinbnew sitt tennis courts?
Malta u Għawdex — applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14096, 13257 u 12560, 12276 u 11830 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges f'Malta u Għawdex? X'inhi l-policy tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar ix-shooting ranges?
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex kien sar il-partnership mal-Kunsill Lokali tal-Mosta li permezz tiegħu kien imbena l-Youth Empowerment Centre?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi fis-sena 2004, il-Youth Section taħt il-Ministeru tal-Edukazzjoni nieda pilot project f’seba’ lokalitajiet fosthom il-Mosta. Dan il-partnership mal-Kunsill Lokali tal-Mosta fit-twaqqif tal-Youth Empowerment Programme beda f’Mejju 2004. Il-proġett kien jaħseb biex jinbeda programm li b’metodi u attivitajiet extra-kurrikulari, koordinati minn Youth Workers kwalifikati, iż-żgħażagħ jingħataw gwida favur l-iżvilupp personali u soċjali tagħhom u jsibu aktar spazju jespandu l-idejat u l-personalità tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ilu għaddej il-partnership mal-Kunsill Lokali tal-Mosta dwar il-Youth Empowerment Centre? Tul dan iż-żmien li kien ilu għaddej, kellhom xi rapporti li dan il-Youth Empowerment Centre ma kienx qed jagħmel xogħlu jew le? Jista' jippubblika dawn ir-rapporti kemm jekk huma negattivi kif ukoll jekk huma pożittivi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi il-proġett bi sħab bejn il-Gvern u l-Kunsill Lokali tal-Mosta baqa’ għaddej sal-2006 u wara kien il-Kunsill Lokali li kompla jsostni dan iċ-Ċentru. Ir-rapporti kollha, kemm dawk miktubin u kemm dawk verbali, juru biċ-ċar li kien hemm apprezzament sħiħ għax-xogħol imwettaq. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra erba’ rapporti.
Kunsill Lokali Mosta — Youth Empowerment Centre - Youth Exchange
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il proġett għamel il-Youth Empowerment Centre li hemm ġewwa l-Mosta li huwa imwaqqaf b'partnership bejn il-Gvern u l-Kunsill Lokali tal-Mosta? Jista' jispjega x'kienu dawn il-proġetti li għamel? Kemm-il youth exchange għamel u kemm-il attività oħra organizza kemm ilu imwaqqaf?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi minn mindu twaqqaf il-Youth Empowerment Centre fl-2004, beda billi bena kollaborazzjoni mal-gruppi kollha ta’ żgħażagħ li jeżistu fil-Mosta, li ħassew il-bżonn li jniedu attivitajiet bi skop ta’ għaqda fost iż-żgħażagħ Mostin. Dan ġara permezz ta’ taħriġ għal żvilupp personali, kulturali u team building. Wara ftit żmien iż-żgħażagħ stess riedu jibdew gruppi biex jiltaqgħu b’mod regolari. Fid-dawl ta’ dan il-bżonn, iċ-ċentru pprogramma u wettaq skeda regolari ta’ laqgħat darbtejn fil-ġimgħa, jew aktar skont il-bżonn, imqassmin fi gruppi skont l-etajiet bejn it-tnax u s-sbatax-il sena. Dawn kienu jinkludu attivitajiet varji ta’ natura soċjali, kulturali u sportivi tul is-sena kollha. Madwar 400 żagħżugħ/a taħt il-ħamsa u għoxrin sena huma reġistrati ma’ dan iċ-Ċentru. Fl-ispirtu ta’ din il-ħidma komunitarja, jinżamm kuntatt regolari mal-familji rispettivi, skont il-bżonn, kemm biex tikber il-koperazzjoni kif ukoll biex jingħata sostenn professjonali f’ċirkostanzi ta’ problemi jew diffikultà.
Barra dan sar kull sforz possibbli biex jinkisbu fondi mill-UE immirati proprju għaż-żgħażagħ, liema fondi tul 5 snin jammontaw għal iktar minn €60,000 għal
exchanges
, taħriġ u proġetti oħra barra l-pajjiż u f’Malta stess, li fihom ipparteċipaw l-istess żgħażagħ akkompanjati mil-
leaders
tagħhom li, ta’ min jgħid, joffru servizz b’mod volontarju. Kien hemm b’kollox erba’
youth exchanges
bi sħab ma’ żgħażagħ oħra minn Ragusa, mill-Belġju, mill-Irlanda u minn Spanja. Saret ukoll
Partnership Building Activity
b
’youth leaders
minn 7 pajjiżi Ewropej. L-istediniet għal proġetti internazzjonali jintbagħtu wkoll lill-għaqdiet l-oħra tal-Mosta biex iktar żgħażagħ Mostin ikunu jistgħu jibbenefikaw minn fondi apposta tal-UE.
Kemm ilu jopera l-Mosta Youth Empowerment Centre, medja ta’ 50 żagħżugħ/a u
leaders
ipparteċipaw kull sena f’dawn il-proġetti tal-Unjoni Ewropea.
Minbarra dan madwar 40 żgħażagħ oħra ntbagħtu għal taħriġ u laqgħat oħra fi gruppi iżgħar f’pajjiżi Ewropej.
Kunsill Lokali — korsijiet u taħriġ għal lokal tagħhom
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li din is-sena organizzaw xi kors\taħriġ fil-kunsill tagħhom għall-komunità tal-lokal tagħhom? X'kien il-kors/taħriġ ? Jista' jgħid min hu l-perit ta' kull kunsill lokali mqabbad mill l-istess kunsill? Jista' jgħid minn hu l-accountant ta' kull kunsill lokali imqabbad mill-istess kunsill? Jista' jgħid min hu l-avukat ta' kull kunsill lokali mqabbad mill-istess kunsill?