Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #14705 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Interim From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Ġiljan — Triq Angelo Pullicino - rampa

Question

Peress li Triq Angelo Pullicino f San Ġiljan se tiġi upgraded, jista' l-Prim Ministru jgħid x'se jsir mir-rampa li nbniet illegalment mill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan li ħadd qatt ma uża minkejja s-signs li hemm għat-trolleys? X'infurzar sar min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, min ħallas għal dan ix-xogħol illegali u x'sanzjonijiet ħarġu kontra min għamel dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14735 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — membri tal-bord

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Meta ġew maħtura u lil min jirrapreżentaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14736 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

barrieri li jintużaw biex jintrema skart marbut mal-kostruzzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hijiex policy tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li barrieri li m'għadhomx jintużaw jiġu użati biex jintrema skart marbut mal-kostruzzjoni? Jista' jgħid ukoll jekk l-Awtorità hijiex responsabbli li tagħmel kontroll ta' dak li jintrema? Jekk fl-affermattiv, kif isir dan il-kontroll? Tinżamm statistika ta' kemm jintrema skart marbut mal-kostruzzjoni f'dawn il-barrieri? Liema huma l-barrieri li f'dawn l-aħħar sentejn qed jintużaw għal dan l-iskop?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14748 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Speaker ġdid tal-Kamra

Question

Tenut kont li l-kariga ta' Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti hija l-fus li fuqu ddur il-ħidma parlamentari u għalhekk id-demokrazija parlamentari; Tenut kont li tħabbar li l-Onor. Louis Galea, il-President tal-Kamra preżentement, se jassumi l-ħatra ta' membru fuq il-Qorti tal-Awdituri, prevju l-eżami, b'seħħ minn Mejju li ġej; jista' l-Prim Ministru jgħid min se tkun il-persuna li se timla l-post ta' Speaker b'seħħ minn Mejju li ġej?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Din il-ħatra ser issir skont il-provvedimenti tal-Kostituzzjoni.
Leg 11 PQ #14752 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Contracts of Services

Question

Jista' l-Prim Ministru bħala Kap tas-Servizz Ċivili jqieħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-Contracts of Service, tal-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, mill-perjodu tal-1 ta' Mejju 2004 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14769 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Furjana — Dipartiment tat-Taxxi Interni - xogħlijiet ta' refurbishment

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14539 u 14372 u jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tatx permess għax-xogħol ta' refurbishment li qiegħed isir fi Block IV tat-Taxxi Interni, fil-Furjana li jinkludi twaħħil ta' aperturi tal-aluminium mal-faċċata ta' bini skedat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi x-xogħol ta' alterazzjonijiet fuq ġewwa ta' dan il-blokk huwa kopert b'DN459/09, li nħareġ f'Ġunju ta' l-2009. Pero` t-Taqsima ta' l-Infurzar tal-MEPA f'Diċembru li għadda innutat illi kienu qed jinbidlu wkoll l-aperturi ta' barra ta' dan il-blokk għal uħud magħmulin mill-aluminium. Id-Dipartiment tat-Taxxi Nterni ntalab iwaqqaf dan it-tibdil minnufih, u saret laqgħa bejn uffiċjali tal-MEPA u tad-Dipartiment iktar kmieni f'Jannar fejn ġie spjegat x'aperturi jistgħu jintużaw fil-post. Fil-fatt id-Dipartiment issottometta notifika - DN64/10, fl-20 ta' Jannar 2010 sabiex jinbidel il-materjal ta' l-aperturi minn aluminium għall-injam.
Leg 11 PQ #14784 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini ta' stalel

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, f'każ ta' applikazzjoni għall-bini ta' stalel għaż-żwiemel, kif l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tiddefinixxi d-development boundary li minnha trid titkejjel id-distanza skond il-policy tal-istalel? Il-boundary ta' rural settlement hu meqjus bħala development boundary għal dan il-għan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14793 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Inċentiv mill-aġent lokali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14535 u jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu waslitx fi ftehim fuq erba’ snin mal-aġent lokali tat-Thomas Cook u s-Saga biex iġibu turisti mir-Renju Unit lejn Malta bl-ajru u bil-vapuri tal-passiġġieri? Kemm ingħataw flus skond dan il-ftehim u lil min ingħataw lokalment bħala aġent taż-żewġ kumpaniji? Kemm huwa mmirat li jinġiebu turisti 1) bl-ajru u 2) fuq vapuri tal-passiġġieri sena b’sena skond dan il-ftehim?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fl-21 ta’ Jannar 2010, l-Awtorità għat-Turiżmu ffirmat ftehim ma’ Thomas Cook u Saga. Permezz ta’ dan il-ftehim, Thomas Cook u Saga ntrabtu li jżidu n-numru ta’ turisti li jġibu lejn Malta. Ma naħsibx li jkun għaqli li dettalji ta’ natura kummerċjali jingħataw fil-pubbliku. L-aġenti lokali mhumiex parti f’dan il-kuntratt, u għalhekk mhux każ li ngħataw xi flus. Nippreċiża li dawn il-kuntratti huma għal turisti bl-ajru u mhux bil-baħar.
Leg 11 PQ #14816 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Interim From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Ġiljan — Triq Angelo Pullicino - pjanti ta' xogħlijiet

Question

Jista' l-Prim Mnistru jgħid hux minnu li hemm pjanti ta' xogħlijiet fit-triq imtarrġa, Triq Angelo Pullicino, San Ġiljan? Jekk dan hu minnu, il-pjanti qegħdin għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanat jew għand il-kunsill lokali? Min applika għal dawn ix-xogħlijiet? Meta ġew infurmati r-residenti? Se ssir xi laqgħa ta' diskussjoni mar-residenti? Jekk iva, meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13188 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

numru ta' playgrounds u playing fields

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12404 u jgħid kemm hawn playgrounds u playing fields f'Malta u f'Għawdex? F'liema lokalità qegħdin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12404.
Leg 11 PQ #13190 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — għajnuna diretta għal servizzi estensivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12405 u jgħid b'liema mod se tingħata għajnuna diretta lil dawk il-kunsilli lokali li jridu jagħtu servizzi estensivi kemm lir-residenti u kemm lil dawk li jżuruhom għal diversi raġunijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12405.
Leg 11 PQ #13798 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Internal audits f'awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta’ dawk l-awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu li: a) għandhom internal auditor ? b) li għad m'għandhomx internal auditor ? ċ) f'każ ta' dawk li għandhom internal auditor jgħid kemm ilu li nħatar u min huwa? d) filwaqt li jagħti raġuni għaliex m'hemmx internal auditor f’dawk l-entitajiet li s’issa għad m'għandhomx wieħed, jindika ukoll meta dan il-vojt mistenni jimtela'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14474 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — lista ta' tenders u direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tat-tenders u direct orders li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'din l-aħħar sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14503 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għal kull kunsill lokali, kemm sar safar matul is-sena 2009? Min mill-kunsilliera kien involut f'dawn is-safar? X'kienet id-destinazzjoni? Kemm swiet lill-kunsilli lokali u x'kienet ir-raġuni għal kull safra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14571 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħamrun, Triq il-Kbira San Ġużepp — Irwejjaħ

Question

Peress li rwejjaħ ta' bajd qares (Hydrogen Sulphide) reġgħu nxtammu bejn il-25 u s-26 ta' Jannar, 2010 fl-inħawi ta' Triq il-Kbira San Ġużepp, Blata l-Bajda, Ħamrun, jista' l-Prim Ministru jara jistgħux ikomplu jsiru spezzjonijiet regolarment bil-għan li jiġi aċċertat li l-Waste Oils Co. Ltd. ma tkomplix twaddab żjut tossiċi fis-sistema tad-drenaġġ? Kemm-il spezzjoni saret minn environmental inspectors fis-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi matul l-2009 u x'kien l-eżitu każ b'każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14640 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Wied Infern - tindif

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14231 u jgħid kemm kienet l-ispiża minfuqa biex sar tindif fil-Wied tal-Infern fil-limiti taż-Żebbuġ Għawdex, wara tfiegħ illegali ta' radam f'dan il-wied fl-2007?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12554 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali Mosta — Youth Empowerment Centre - partnership

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li wasslet lill-Gvern biex jieqaf u ma jibqax fil-partnership mal-Kunsill Lokali tal-Mosta dwar il-Youth Empowerment Center tal-Mosta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-partnership mal-Kunsill Lokali Mosta dwar il-Youth Empowerment Centre tal-Mosta, waqaf meta l-Kunsill ma kellux fondi allokati biex ikompli isostni l-proġett. Inżid ngħid li wara taħdidiet bejn is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni u l-Kunsill Lokali Mosta, dawn ta’ l-aħħar ġew mogħtija l-parir japplikaw taħt xi waħda mill-iskemi ta’ fondi maħruġa fl-2010 li permezz tagħha jkunu jistgħu ikomplu bil-proġett.
Leg 11 PQ #12588 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Passi kontra Ministri jew Segretarji Parlamentari li jirċievu rigal tax-xogħol li jkunu għamlu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi jieħu bħala Prim Ministru u mhux bħala l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, kontra Ministru jew Segretarju Parlamentari jekk jiġi pprovat li dan ikun ħa xi rigal kbir u li dan ir-rigal ikun ingħatalu bħala ringrazzjament tax-xogħol li huwa fil-kapaċità tiegħu ( bħala uffiċjal ta' Ministru jew segretarju parlamentari) ikun għamel, anke jekk mhux bi skop?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma jidhirlix li għandi inwieġeb għal każ ipotetiku. Fi kwalunkwe każ hemm il-Kodiċi tal-Etika.
Leg 11 PQ #13115 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — skema għall-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li applikaw biex jibbenefikaw mill-iskema tal-fond bejn l-Awtorita tat-Turiżmu ta' Malta u d-Dipartiment tal-Gvern Lokali? Liema huma l-kunsilli li ġeww aċċettati li jistgħu jorganizzaw dawn l-attivitajiet ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ħamsin (50) Kunsilli Lokali applikaw għal 67 proġett bejniethom biex jibbenefikaw mill-iskema tal-fond bejn l-Awtorità tat-Turiżmu tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali. Minnhom ġew aċċettati 49 kunsill lokali b’56 attività. L-informazzjoni mitluba dwar liema huma l-Kunsilli Lokali li applikaw u dawk li ġew aċċettati tinsab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.