Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #13943 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

restawr ta' monumenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li matul is-sena li ġejja, permezz tal-kunsilli lokali, il-Gvern iwettaq numru ta' proġetti marbutin mar-restawr ta' monumenti li għandna mifruxa madwar Malta u Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif ġie mħabbar lill-Kunsilli Lokali kollha fil-31 ta’ Diċembru, permezz ta’ Memo 90/2009, din is-sena ser tiġi mnedija skema ta’ finanzjament lill-Kunsilli Lokali, għar-restawr ta’ postijiet storiċi żgħar. Hemm il-ħsieb li aktar tard dan ix-xahar tiġi mħabbra din l-iskema sabiex il-Kunsilli Lokali kollha jkollhom żmien biżżejjed biex jippreparaw l-applikazzjoni tagħhom skont il-ħtiġijiet fil-lokalitajiet rispettivi.

Pubbliċità lill-avvenimenti ewlenin

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex fuq is-sit elettroniku ta' visitmalta.com, mhux qed tingħataw pubbliċità biżżejjed lill-avvenimenti ewlenin u ta' interess għat-turisti f'dawk li huma shoulder months? Per eżempju dwar il-Karnival ta' Malta kulma ssib huwa banner li jitla' ma' għadd ta' avvenimenti oħra u li jintilef fl-importanza u dwar il-Ġimgħa l-Kbira ma jingħad xejn għajr stampa żgħira tal-Irxoxt u dan meta t-turiżmu reliġjuż huwa wieħed min-niċeċ fl-industrija turistika li jiġbed miljuni ta' turisti madwar id-dinja kull sena.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li permezz tal-kalendarju tal-avvenimenti li jinsab fuq is-sit elettroniku visitmalta.com, tingħata pubbliċità lil numru kbir ta’ avvenimenti li jseħħu f’Malta u Għawdex matul is-sena kollha, u mhux biss fix-shoulder months. Avvenimenti prinċipali bħal ma huma l-Karnival, il-festi tal-Għid u dawk tal-Milied u tal-ewwel tas-sena, kif ukoll diversi avvenimenti sportivi u kulturali, kunċerti minn artisti internazzjonali, avvenimenti rikkorenti bħall-Festival tal-Logħob tan-Nar, il-Festival tal-Birgu u dak tal-Imdina, u bosta oħrajn jingħataw prominenza speċjali permezz ta’ banner fuq il-paġna ewlenija tas-sit. Permezz ma ta’ klikk fuq dan il-banner jew mill-paġna www.visitmalta.com/events, il-viżitatur jaċċedi għal informazzjoni aktar dettaljata dwar l-avveniment. Bħala eżempju, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra printouts tal-paġni relatati maż-żewp avvenimenti li rriferiet għalihom speċifikament l-Onorevoli Interpellant. Matul l-2009, madwar sitt mitt avveniment lokali ingħataw pubbliċità permezz tas-sit visitmalta.com u l-mira tal-Awtorità tat-Turiżmu hija li matul is-sena kurrenti mhux biss jintlaħaq iżda wkoll jinqabeż dan in-numru.
Leg 11 PQ #14056 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Local Enterprise Award u Green Challenge Award

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-Kelliem Ewlieni Laburista għall-Gvern Lokali, l-Onor. Stefan Buontempo, ma ġiex mistieden għall-preżentazzjoni tal-Local Enterprise Award u Green Challenge Award? Min ħa d-deċiżjoni u fuq liema bażi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14423.
Leg 11 PQ #14059 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Local Enterprise Awards

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-membri tal-bord tal-għazla tal-Local Enterprise Awards tal-kunsilli lokali? B'liema kriterji ingħataw il-punti għal dan il-premju? Jista' jippubblika lista sħiħa u ċertifikata tal-punti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14422.
Leg 11 PQ #14060 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali — rappreżentant

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li minkejja talbiet ripetuti, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ma ngħatatx id-dritt li tappunta rappreżentant fuq il-bord tal-għażla tal-Local Enterprise Award tal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14421.
Leg 11 PQ #14061 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Green Challenge Award

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-membri tal-bord tal-għażla tal-Green Challenge Award tal-Kunsilli Lokali? B'liema kriterji ingħataw il-punti għal dan il-premju? Jista' jippubblika lista sħiħa u ċertifikata tal-punti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14420.
Leg 11 PQ #14062 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Green Challenge Award

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li minkejja talbiet ripetuti, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ma ngħatatx id-dritt li tappunta rappreżentant fuq il-bord tal-għażla tal-Green Challenge Award tal-Kunsilli Lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14419.
Leg 11 PQ #14069 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Planning regulations fil-konfront tal Belt Valletta

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 13166 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm mill-planning regulations ġew riprodotti fil-planning regulations kontemporanji u f'liema source of law?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda planning regulation ma ġiet riprodotta fil-planning regulations kontemporanji u r-raġunijiet huma prinċiparjament dawn li ġejjin: a) Ir-regolamenti indikati kienu prinċiparjament intiżi għal qabel ma sar l-intervent urban filwaqt li dawk tal-lum huma prinċiparjament orjentati fuq interventi fl-" urban fabric " eżistenti. b) L-infrastruttura, il-metodi tal-bini, l-amministrazzjoni u l-liġijiet huma differenti ħafna. c) Mhux ir-regolamenti kollha għandhom x'jaqsmu ma l-ippjanar ta' l-użu ta' l-art kif nifmuh illum. d) Għaddew aktar minn 400 sena mit-tfassil tar-regolamenti imsemmija għar-regolamenti tal-lum. e) Il-metodu ta' kif isir l-ippjanar tal-użu tal-art inbidel kompletament.
Leg 11 PQ #14129 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Imqabba — xogħlijiet fuq bini ta' toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jindika liema huma dawk it-toroq fl-Imqabba li se jsiru fuqhom xogħlijiet jew li se jinbnew mill-ġdid, u dan possibilment permezz ta' pjanta? Jista' jgħid ukoll meta mistenni jibda x-xogħol? Kemm huwa stmat li se jdum? Kif se jsir il-finanzjament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kunsill Lokali ta’ l-Imqabba indika t-toroq li ġejjin, li beħsiebu jagħmel matul is-sena 2010: Triq Ħal Kirkop, Triq il-Pal, Triq it-Troll, Triq il-Mitħna, Triq ix-Xriek, Triq l-Aħwa Ghigo, Sqaqien il-Parroċċa 1, 3 u 4, Triq il-Fjuri u ż-żewġ sqaqien tagħha, Sqaq fi Triq Santa Katerina, Triq iż-Żurrieq, Triq il-Murselli, Triq is-Saljatura, Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija (service roads), Triq il-Kileb, Triq Santa Marija, Triq iċ-Ċavi, Triq San Mikiel, Misraħ il-Fidwa, Triq id-9 ta’ April, Triq il-Qattara, Triq l-Imterrqa, Triq Baskal Xuereb, Triq Dun Giacomo Tortella, Triq Annetto Caruana u Triq il-Ġdida fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija.
Leg 11 PQ #14220 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi Ewropej li tħallsu f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14222 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żvilupp turistiku f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu biex jikkapitilizzaw mill-karatteristiċi uniċi ta’ Għawdex għall-iżvilupp turistiku f’Għawdex? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14223 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex bħala destinazzjoni rurali unika

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu biex jippromwovu lil Għawdex fis suq turistiku bħala destinazzjoni rurali unika? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14224 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Access bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu biex jiffaċilitaw l-aċċess bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14252 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: JEFFREY PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — informazzjoni dwar bordijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministrujinforma lill-Kamra tar-Rappreżentanti kif ġej: a.Liema Bordijiet jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? b.In-numru ta’ diretturi fuq dawn il-bordijiet? ċ.Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel? d.Kemm hemm Chairpersons nisa fuq il-Bordijiet tal-Ministeru konċernat? e.Kemm inħatru diretturi u chairpersons wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista mehmuża tagħti dettalji dwar il-kompożizzjoni tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru. B’kollox hemm 163 membru fuq dawn il-bordijiet li minnhom 135 huma rġiel u 28 nisa. Minbarra dawn, fuq il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali hemm appuntati wkoll 14 membri sostituti (13 rġiel u mara). In-numru ta’ Chairpersons u Deputy Chairpersons huwa rispettivament ta’ 34 (30 raġel u 4 nisa) u 5 (4 rġiel u mara). Għar-rigward ta’ l-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fl-4 ta’ Ġunju 2008 għall-mistoqsija parlamentari numru 178. Tajjeb li ngħid ukoll li s-sena l-oħra ħarġu sejħiet għal min hu nteressat biex iservi fuq bażi full-time fuq il-Kummissjonijiet ta’ Kontrol ta’ Żvilupp.
Leg 11 PQ #14363 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet pendenti - titjib ta' faċilitajiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14170, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif mitlub għal dawk li huma faċilitajiet sportivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha pendenti quddiemha sitta u ħamsin (56) applikazzjoni li tirrigwarda faċilitajiet sportivi (fis-sens wiesgħa tal-kelma). Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi fejn jinsabu l-faċilitajiet relattivi. Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem " archery ", " athletics ", " basketball ", "boċċi", " football ", " golf ", " gym ", " hockey ", " pitch ", " polo ", " racing ", " range ", " rugby ", " scrambl ing/ers ", " shooting ", " skateboard ", " sport ", " squash ", " stadium ", " surf ", " tennis ", u " volleyball ".
Leg 11 PQ #14367 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar, Mellieġa, Naxxar u Imġarr — korsijiet organizzati mill-ITS

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentament in-numru ta' studenti mill-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Naxxar u Imġarr li qed jattendu xi wieħed mill-korsijiet organizzati mill-Istitut tal-Istudji Turistiċi? Liema korsijiet qed jattendu dawn il-persuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #14375 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord tad-DCC — interviews

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm persuni applikaw għall-ħatra fil-Bord tad-Development Control Commission? Jista' jgħid min huma l-persuni li applikaw u r-riżultati li ġabu waqt l-interviews? Jista' jgħid min huma l-persuni li ġew magħżula għat-tieni interview u kemm ġabu marki rispettivament? Jista' jgħid min kienu l-persuni fuq il-panel ta' l-interviews?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess tal-għażla għall-membri u Chairpersons, tal-Environment and Planning Commission, għadu għaddej u mhix etika, li din l-informazzjoni mitluba tingħata meta dan il-proċess għadu mhux komplut.
Leg 11 PQ #14508 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Interim From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Bord tal-Appell - sentenzi pendeti

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li dawk is-sentenzi li ilhom is-snin pendenti u li qed jistennew sentenza mill-Bord ta' l-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jiġu maqtugħa kemm jista' jkun malajr tenut kont li b'konsegwenza ta' dan id-dewmien qed jinħoloq mhux biss inkonvenjent, imma wkoll dannu u preġudizzju lill-persuni konċernati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14515 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Birgu — proġett bejn Dock 1 u l-monument tal-Ħelsien

Question

Issa li ġie approvat il-proġett ta' tisbiħ fl-area bejn Dock 1 u l-monument tal-Ħelsien, il-Birgu, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti hekk kif sottomessi u approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jgħid meta beħsiebu jibda x-xogħol u meta se jitlesta? X'inhi l-ispiża ta' dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14516 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — dikjarazzjoni tal-ispejjeż għal safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż GA 27B magħmula skond paragrafu 8.10.1.4 tal-PSM Code għal kull safra uffiċjali li saret mill-Ministeru matul l-2009, fejn l-ispiża qabżet l-€2,000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.