Proġetti mhux aċċettati għall-fond ambjentali mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12351, li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu, u jikkonferma li Malta hija waħda minn erba' stati membri tal-Unjoni Ewropea li naqset milli tibbenefika mill-fond ambjentali ta’ €207 miljun tal-Unjoni Ewropea allokati lill-proġetti ambjentali taħt il-Life Programme għas-sena li għaddiet?Jikkonferma li l-erba' proġetti sottomessi minn pajjiżna lkoll ġew skwalifikati minħabba li ma laħqux il-livelli u s-selection criteria meħtieġa? Bħala Gvern Malti, jista' jgħarrafna għaliex l-ebda proġett Malti ma ġie approvat jew saħansitra aċċettat u dan meta pajjiż żgħir ġirien tagħna li issieħeb magħna bħal Ċipru, irnexxielu jirċievi 'l fuq minn €6 miljun b’rabta ma' ħames proġetti differenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13556.
Jista' Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'reklami awdjoviżivi u stampati dwar il-budget wara li tħabbar? Liema kienet id-ditta li ħadet ħsieb l-advertising campaign inkluż l-art work flimkien mal-kitba tat-text tar-reklami? Kemm tħallset u kif intgħażlet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13474.
Proġetti mhux aċċettati għall-fond ambjentali mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12818 u 12351, li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu, u jikkonferma li Malta hija waħda minn erba' stati membri tal-Unjoni Ewropea li naqset milli tibbenefika mill-fond ambjentali ta’ €207 miljun tal-Unjoni Ewropea allokati lill-proġetti ambjentali taħt il-Life Programme għas-sena li għaddiet?Jikkonferma li l-erba' proġetti sottomessi minn pajjiżna lkoll ġew skwalifikati minħabba li ma laħqux il-livelli u s-selection criteria meħtieġa? Bħala Gvern Malti, jista' jgħarrafna għaliex l-ebda proġett Malti ma ġie approvat jew saħansitra aċċettat u dan meta pajjiż żgħir ġirien tagħna li issieħeb magħna bħal Ċipru, irnexxielu jirċievi 'l fuq minn €6 miljun b’rabta ma' ħames proġetti differenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13556.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11141 u jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kollu tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13635.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — family friendly measures
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10796 u jgħid x'family friendly measures qed jitħadmu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid hemmx faċilità ta' childcare fl-istess dipartimenti għat-tfal tal-ħaddiema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13633.
kunsilli lokali — żieda fl-allokazzjoni finanzjarja
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12406 u jgħid b'liema mod kien hemm żieda fl-allokazzjoni finanzjarja diretta lill-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12406.
kunsilli lokali — impenn f'ħidma fil-qasam soċjali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12407 u jgħid kif se jimpenjaw ruħhom il-kunsilli lokali f'ħidma fil-qasam soċjali u fil-ħarsien tal-identità lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12407.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12409 u jikkonferma, issa li ġie ppreżentat il-Budget 2010 u qed jintqal li l-kunsilli lokali għandhom responsabbiltajiet ġodda, liema huma dawn ir-responsabbiltajiet ġodda?
kunsilli lokali — għajnuna lill-ekonomija tal-pajjiż
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12412 u jgħid kif jemmen il-Gvern li l-kunsilli lokali għandhom jgħinu lill-ekonomija tal-pajjiż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12412.
Kunsilli Lokali — Impjegati fuq bażi full-time u part-time
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fuq bażi full-time, u fuq bażi part-time 'l fuq milli tippermetti l-Liġi tal-Kunsilli Lokali? F'liema kunsill lokali? Meta daħlu? F'liema kariga? Meta saret it-talba u meta ħarġet l-approvazzjoni tal-Ministru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li s’issa ġew impjegati 9 persuni ’l fuq milli tippermetti l-Att dwar il-Kunsilli Lokali. Id-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant qegħdin imniżżla fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid sa l-aħħar ġurnata ta' Novembru 2009 min huma s-Segretarji eżekuttivi tal-kunsilli lokali? Meta daħlu? Min minnhom kien miċ-Ċivil? Min minnhom issa bil-Liġi l-ġdida tal-Kunsilli Lokali se jsir impjegat taċ-ċivil ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi s-Segretarji Eżekuttivi li kien hemm fil-Kunsilli Lokali fl-aħħar ta’ Novembru 2009. F’din il-lista hemm indikat ukoll min minnhom kien miċ-Ċivil, min minnhom ser isir impjegat taċ-ċivil u min minnhom għandu ’l fuq minn 61 sena.
European Institute of Education — bini li m'għandux permessi
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10969 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Peress li l-bini f’Ta’ Xbiex (Sir Ugo Mifsud Street, Ta’ Xbiex Terrace) qed jintuża mill-European Institute of Education bħala tuition centre u jinżammu fih lezzjonijiet u korsijiet meta l-bini m'għandux il-permessi meħtieġa mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dan l-użu, tista’ l-Ministru tgħid x’passi se tieħu l-pulizija kontra dan il-ksur tal-ligi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14545.
Uffiċċju wieħed għal Għawdxin li jridu liċenzja fil-qasam turistiku
Question
Billi Għawdex għandu bżonnijiet speċjali anke fil-qasam turistiku, jikkonsidra l-Prim Ministru li minn uffiċċju wieħed għandu jinqeda kull min jitlob liċenzja biex jopera f`dan il-qasam, u dan għaliex fil-preżent anke biex toħroġ mejda quddiem restaurant mill-inqas trid tagħmel applikazzjoni għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, id-Dipartiment tal-Artijiet, l-Uffiċċju tal-Pulizija u l-Uffiċċju tat-Turiżmu? Jaħseb li dan it-tul ta' żmien qiegħed jaqta' qalb min bis-serjetà jkun tħajjar li jiftaħ f`dan il-qasam?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura għal Għawdex hi identika għal dik ta’ Malta.
Ma jirriżultax li l-proċedura stabbilità qed tkun ta’ ostaklu għal min irid japplika għal xi permess.
Għawdex reklamat bħala destinazzjoni turistika separata
Question
Jikkonsidra l-Prim Ministru li Għawdex għandu jkun reklamat bħala destinazzjoni turistika separata aktar bis-serjetà u li għal dan il-għan għandu jkun hemm vot ta' flus aktar adegwat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern jirrikonoxxi li l-gżira ta’ Għawdex għandha niċeċ partikolari li għandhom, u li qegħdin jiġu sfruttati biex jiġu attirati turisti lejn Għawdex, u li joffru esperjenza partikulari u differenti minn dawk li toffri Malta għall-viżitaturi. Wieħed irid joqgħod attent madankollu, li dawn in-niċeċ ma jikbrux tant li jitilfu l-esklussività tagħhom u għaldaqstant l-enfasi għandha tibqa’ fuq il-kwalità.
L-Awtorità għat-Turiżmu tinkludi lil Għawdex fir-reklamar kollu tagħha b’mod ġenerali, kif ukoll b’mod partikulari meta r-reklamar ikun dwar xi niċċa bħal ma hu l-għads fejn Għawdex għandu ħafna x’joffri. L-Awtorità bħala regola ġenerali dejjem tinkludi żjara lejn Għawdex fil-programm ta’ kull ġurnalista li jinġieb biex jikteb artiklu f’xi rivista, u tieħu ħsieb ukoll li jinġiebu ġurnalisti biex jiktbu u jippromwovu lil Għawdex speċifikament.
L-Awtorità għandha fi ħdana
unit
dedikat esklussivament għall-promozzjoni tal-gżira liema
unit
ser jissaħħaħ billi tiġi mpjegata persuna f’livell għoli.
Jikkonsidra l-Prim Ministru li għandhom isiru pontoons qrib il-portijiet Għawdxin biex il-cruiseliners ikunu jistgħu iniżżlu t-turisti bil-kumdità fil-bajjiet f`Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li l-Gvern hu favur li jifrex l-benefiċċju ta’ cruise liners lejn l-gżira Għawdxija, u dan fil-fatt beda jseħħ, mhux faċli li wieħed jiddetermina jekk “pontoons” humiex is-soluzzjoni idejali għat-trasferiment tal-passiġġieri lejn l-art. Il-Gvern ikun lest li wara li jkunu ġew eżaminati l-possibbiltajiet kollha, inkluż l-użu ta’ “pontoons” għal dan il-għan li tiġi attwata l-aktar soluzzjoni fattibbli u komda għall-passiġġieri, u għall-użi alternattivi tal-pontijiet.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13456, 13178, 12944 u 12639 u jgħid:
a) X'inhu l-ammont totali ta' flus li Malta ħadet sal-aħħar ta' Ottubru 2009 mill-Unjoni Ewropea?
b) F'liema proġett intnefqu dawn il-flus?
ċ) Kemm kien is-sehem tal-Gvern Malti f'dawn il-proġetti?
d) Kemm hemm nies illum li sabu impjiegi ġodda permezz ta' dawn il-proġetti?
e) Kemm kien il-kontribut totali f'kull forma finanzjarja lill-Unjoni Ewropea minn mindu Malta saret membru sal-aħħar ta' Ottubru 2009?
Jista' l-Prim Ministru jagħti risposti fid-dettall għal kull domanda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13722.
Jista' l-Prim Ministru jara kif l-Iskola Chiswick fil-Kappara ħadet over il-ġnien li hemm fil-Kappara stess, bil-mijiet tat-tfal li għandha, u saħansitra anke tpoġġew signs mill-iskola stess ġol-ġnien? Donnu sar takeover tal-ġnien mill-iskola, u dan a skapitu tar-residenti.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-preokkupazzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li “l-iskola Chiswick fil-Kappara ħadet over il-ġnien li hemm fil-Kappara”, mhix waħda reali peress li din kienet okkażjoni ta’ darba fejn l-imsemmija skola għamlet fire & evacuation drill. Jidher iżda li f’din l-okkażjoni li saret fil-11 ta’ Diċembru 2009, il-Kunsill ma kienx infurmat, u l-iskola ġiet mitluba mill-Kunsill Lokali biex 'il quddiem tinfurmah minn qabel.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-opinjoni tiegħu dwar il-każ fejn l-Uffiċċju tal-Ombudsman sab li impjegat tal-Enemalta li ma kienx aċċettat għal kariga ta' Principal Technical Officer mill-Human Resources Department spiċċa xorta ingħata dan l-impjieg wara li intervjena għan-nom tiegħu c-Chairman tal-Enemalta, li ismu qed jintbagħat separatament? Qed ikunu kkunsidrati li jittieħdu passi dwar dan il-kaz?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14184.
Konsulenzi minn entitajiet tal-Gvern minn kumpanija legali -
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il kandidat Nazzjonalista, li ismu qed jintbagħat separatament, jew il-kumpanija legali tiegħu daħħal/daħlet f'konsulenzi minn entitajiet tal-Gvern matul dawn l-aħħar żewġ leġislaturi? Fuq liema merti ġie magħżul hu jew il-kumpanija legali tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li la l-persuna indikata u lanqas il-kumpanija legali tiegħu ma pprovdew konsulenzi lill-entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru matul il-perjodu indikat.
Jista' l- Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal l-proċess ta' aġġudikazzzjoni dwar ix-xogħol li għandu jsir fl-inħawi tal-iskola sal-Menqa f'San Pawl il-Baħar?
Meta hu mistenni li x-xogħol jinbeda fiżikament, biex ikun lest kemm jista' jkun malajr?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-proċess tal-aġġudikazzjoni tat-tender li jwassal għall-proġett imsemmi fil-mistoqsija tal-Onorevoli Interpellant tlesta sal-ftuħ tat-tieni envelope jiġifieri l-proposta teknika. Sfortunatament, il-proċess tal-ftuħ ta’ l-aħħar envelope – jiġifieri tal-proposta finanzjarja – kellu jiġi sospiż minħabba l-fatt li wieħed mill-bidders appella għar-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat tal-evalwazzjoni. Il-proċess ikun jista’ jitkompla la darba jkun instema’ l-appell.