Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #15209 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Contracts of Services

Question

Jista' l-Prim Ministru bħala Kap tas-Servizz Ċivili jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14911 u 14752 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-Contracts of Service, tal-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, mill-perjodu tal-1 ta' Mejju 2004 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15224 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sentenzi mill-Qrati fuq ċens ta' residenzi

Question

In vista tas-sentenzi li ngħataw mill-qrati fis-sens li l-provediment tal-liġi li forza tiegħu persuna għandha dritt li tikkonverti ċens temporanju tar-residenzi tagħha għal wieħed perpetwu ġie dikjarat li hu kontra l-Kostituzzjoni u peress li l-Parlament huwa tenut li jilleġisla anke soċjalment meta l-esiġenzi soċjali bħal fil-każ preżenti li hekk jirrikjedu, jista' l-Prim Ministru jgħid x'sejjer issir biex l-effetti ta' dawn is-sentenzi jiġu mitigati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15226 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema li kienu jaħdmu mal-posta — commuted pensions and gratuity

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7700 dwar in-nurmu ta' ex ħaddiema ta' Posta Ltd/Maltapost fil-preżent pensjonanti li jirċievu pensjoni ta' żewġ terzi mit-Teżor, peress li uħud minn dawn kienu għazlu li jirċievu commuted pension and gratuity u meta saret ir-reviżjoni tal-pensjoni, dawn tal-aħħar kellhom biss reviżjoni rigward il-pagamenti mensili relatata mas-sena tal-irtirar tagħhom mis-servizz u peress li dawn sal-lum għadhom jistennew ir-reviżjoni tal-gratuity li tifforma parti intergrali mill-pensjoni sabiex tkun riflessa l-pensjoni taż-żewġ terzi, jista' l-Prim Ministru jgħid meta ser tittieħed deċiżjoni finali dwar din il-graduity dovuta u jingħataw struzzjonijiet finali rigward ħlasijiet relatati lil dawn ex ħaddiema postali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-gratuity tal-ħaddiema indikati mill-Onorevoli Interpellant qed tkun riveduta sabiex il-promozzjonijiet li dawn il-ħaddiema ħadu mill-Posta Ltd/Maltapost u li ġew rikonoxxuti b’effett mill-5 ta’ Diċembru 2007 permezz tal-ftehim li sar mall-UĦM, ikunu riflessi f’dan il-gratuity. Hu mistenni illi l-arretrati dovuti lill-ħaddiema involuti jitħallsu fi żmien qasir.
Leg 11 PQ #15247 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13909 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (inkluż dawk fi stadju ta’ rikonsiderazzjoni) li jirrigwardaw irziezet għat-trobbija ta' baqar/għoġġiela u/jew tiġieġ /sriedaq u/jew ħnieżer? Jista' jagħti rendikont ta’ dawn l-applikazzjonijiet u jiddistingwi bejn dawk li qed jistennew l-ewwel deċiżjoni u dawk li jinsabu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni? Jista' jgħid xahar b’xahar kemm dawn l-applikazzjonijiet ilhom pendenti? Fil-każ ta’ dawk l-applikazzjonijiet li jinsabu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni, jista' jgħid meta ttieħdet l-ewwel deċiżjoni u allura kemm ilhom jistennew għar-rikonsiderazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha quddiemha sitta u tmenin (86) applikazzjoni li tirrigwarda rziezet għat-trobbija ta' baqar/għoġġiela, tiġieġ/sriedaq u ħnieżer madwar Malta u Għawdex. Ħamsa u sittin (65) minnhom qegħdin jistennew l-ewwel deċiżjoni u wieħed u għoxrin (21) oħra qegħdin fi stadju ta' rikonsiderazzjoni. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm dawn l-applikazzjonijiet ilhom pendenti (Tabella 1) L-Awtorità għandha wkoll quddiemha erbgħa u għoxrin (24) applikazzjoni li tirrigwarda rziezet fejn it-tip ta' trobbija mhix speċifikata fil-proposta fil-formola tal-applikazzjoni u li tista' jew ma tistax tirrigwarda t-trobbija ta' l-istess bhejjem imsemmija f'Malta u Għawdex. Wieħed u għoxrin (21) minnhom qegħdin jistennew l-ewwel deċiżjoni u tlieta (3) oħra qegħdin fi stadju ta' rikonsiderazzjoni. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm dawn l-applikazzjonijiet ilhom pendenti (Tabella 2) Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem "razzett", "rziezet", "maqjel", "mqajel"," farm ", "baqra", "baqar", "barri" , "għoġol/għoġġiela", " cow ", " cattle ", " dairy ", " bull ", " calf ", " calves ", "tiġieġ", "serduq", "sriedaq", " hen ", " chicken ", " poultry ", " broiler ", " cock ", "ħanżir", "ħnieżer", "majjal", " pig ", " sow ", jew " swine ".
Leg 11 PQ #15248 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13908 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (inkluż dawk fi stadju ta’ rikonsiderazzjoni) li jirrigwardaw serer għal skop agrikolu? Jista' jagħti rendikont ta’ dawn l-applikazzjonijiet u jiddistingwi bejn dawk li qed jistennew l-ewwel deċiżjoni u dawk li jinsabu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni? Jista' jgħid xahar b’xahar kemm dawn l-applikazzjonijiet ilhom pendenti? Fil-każ ta’ dawk l-applikazzjonijiet li jinsabu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni, jista' jgħid meta ttieħdet l-ewwel deċiżjoni u allura kemm ilhom jistennew għar-rikonsiderazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha quddiemha wieħed u ħamsin (51) applikazzjoni li tirrigwarda serer madwar Malta u Għawdex. Ħamsa u erbgħin (45) minnhom qegħdin jistennew l-ewwel deċiżjoni u sitta (6) oħra qegħdin fi stadju ta' rikonsiderazzjoni. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm dawn l-applikazzjonijiet ilhom pendenti. Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem "serra", "serer" jew " greenhouse/s ".
Leg 11 PQ #15268 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet għall-bini ta' serer

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet għall-bini ta' serer li ġew approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar matul l-2009? Fejn kienu l-applikazzjonijiet li fil-fatt ġew approvati, lokal b'lokal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15273 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjonijiet għand il-lands department

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' applikazzjonijiet li hemm għand il-Lands Department biex dawk li għandhom ristoranti jew bars ikunu jistgħu jagħmlu estensjonijiet tal-bankina quddiem il-post tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15334 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — xogħlijiet ta' tisbiħ

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti hekk kif approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għax-xogħlijiet ta' tisbiħ li se jsiru f'Xatt ir-Risq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15338 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bormla — sleeping policeman fi Triq Santa Tereża

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14870 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jara li ssir xi sleeping policeman fi Triq Santa Tereża Bormla, fl-area ta' maġenb il-Knisja ta' Santa Tereża, peress li qed ikun hemm ħafna karozzi li jinżlu gas down f'din it-triq li suppost hi service road u allura qed nistennew xi disgrazzja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15339 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pjazza Santa Margerita f'Bormla — Public Convenience

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14874 fejn staqsejt dwar Public Convenience fi Pjazza Santa Margerita, Bormla, li ilha ppjanata biex issir ħafna u ħafna snin, u fejn l-istess Prim Ministru qal fir-risposta tal-istess mistoqsija parlamentari "li jien infurmat illi l-permess għal dan l-iżvilupp għadu ma nħariġx", jista' l-Prim Ministru jiċċekkja għax minn l-informazzjoni li għandi, l-permessi għal din l-applikazzjoni bin-numru li qed jingħata seperatament, ġew approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fid-9 ta' Settembru 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15359 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi Ewropej li tħallsu f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14220 u jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15361 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żvilupp turistiku f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14222 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu biex jikkapitilizzaw mill-karatteristiċi uniċi ta’ Għawdex għall-iżvilupp turistiku f’Għawdex? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15362 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex bħala destinazzjoni rurali unika

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14223 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu biex jippromwovu lil Għawdex fis suq turistiku bħala destinazzjoni rurali unika? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13245 Sitting 195 2010-03-03 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata ta' Malta — duty bażiku ta' suldat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu d-duty bażiku ta' suldat fl-Armata Maltija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-duty bażika ta’ kull suldat hija li jkun mħarreġ f’livell li jkun jista’ jifforma parti minn Unit f’emerġenza jew operazzjoni militari. Għaldaqstant, suldat għandu jkun fiżikament u medikament f’saħħtu u jkun kunfidenti f’użu ta’ armi u fid-drill u jaf postu fil-Unit li fih ikun qiegħed jaħdem. Minbarra dan, kull suldat għandu l-ispeċjalità tiegħu li tista’ tkun kemm b’konnessjoni militari, bħal ma hu Infanteer , Marine Engineer Driver , Rescuer jew etċ, jew ta’ sengħa partikolari bħalma hu Carpenter , Electrician eċċ.
Leg 11 PQ #13246 Sitting 195 2010-03-03 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Suldati — Annual Increments

Question

Jista l-Prim Ministru jgħid kif l-annual increments li hemm għas-suldati fl-Armata jiġu postponed, differed jew withheld ? Jekk suldat minħabba raġunijiet mediċi bħal operazzjonijiet partikolari ma jkunx jista' jagħmel ċertu attività bħal ġiri u sparar, dan jiġi mċaħħad minn dawn l-annual incriments? Jekk jiġi mċaħħad minn dawn l-annual increments dawn jibqgħu intitolati li jieħdu l-paga sħiħa u ma jsir l-ebda tnaqqis mill-paga bażika? F'dan il-każ iż-żieda tal-għoli tal-ħajja jeħduha wkoll jew jekk jieħdu l-increments din ma jeħduhiex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Annual Increments li hemm għas-suldati jistgħu jiġu postponed, deferred jew withheld kif spjegat f’direttiva lis-suldati kollha permezz ta’ AFM General Order ippubblikata fl-24 ta’ Marzu 2009 li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Jekk suldat ma jkunx jista’ jagħmel ċertu attività minħabba raġunijiet mediċi, dan normalment ikollu l- Increment pospost sakemm jerġa’ jkun tajjeb għal dawn l-attivitajiet, fejn l- Increment jingħata b’lura. Dan sakemm ma jkunx qabeż sena, li f’dak il-każ jitlef l- Increment ta’ dik is-sena. Jekk wieħed jiġi mċaħħad minn Annual Increment , wieħed jibqa’ jirċievi l-paga bażika tiegħu iżda mingħajr dan l- Increment . L-individwu xorta waħda jkun intitolat għaż-żieda ta’ l-għoli tal-ħajja.
Leg 11 PQ #13663 Sitting 195 2010-03-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — benefiċċji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn liema skema/inizjattiva kull kunsill lokali bbenifika din is-sena? Jista' jgħid kemm ibbenifika kull kunsill lokali minn Fondi tal-Unjoni Ewropea din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabelli li juru l-iskemi li saru fl-2009 u liema kienu dawk il-Kunsilli Lokali li ibbenefikaw minnhom. Dwar il-Fondi tal-Unjoni Ewropea l-informazzjoni qed tiġi kompilata biex tkopri ukoll il-Mistoqsijiet Paralmentari Numri 12917 u 12918.
Leg 11 PQ #13706 Sitting 195 2010-03-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Liċenzja ta' gwardjani lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12573 u jgħid fil-preżent, kemm hemm persuni li għandhom liċenzja bħala gwardjani lokali? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13707 Sitting 195 2010-03-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Knis ta' toroq — kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12574 u jgħid sal-lum, kunsill b'kunsill, liema huma d-ditti li huma responsabbli għall-knis tat-toroq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 12574 u 13707 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #13708 Sitting 195 2010-03-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — sejħiet għall-offerti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12583 u jgħid liema kienu l-kunsilli lokali li għamlu sejħiet għall-offerti din is-sena? Għal liema kienet is-sejħa ta' kull offerta? Min ħadha? Kemm kien il-prezz valutat fit-tender mill-kunsill qabel ma ngħatat ? Jista' jgħid minn meta daħlu l-miżuri ta' l-Att li jemenda l-Att dwar il-kunsilli lokali, liema huma il-kunsilli lokali li għamlu sejħiet għall-offerti? Dawn ġew ippubblikati fuq il-gazzetti? Fuq liema gazzetta? Liema huma l-kunsilli lokali li għamlu sejħa għall-offerti u dan il-kunsill ma ppubblikahomx fuq il-gazzetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar kemm ingħataw offerti mill-Kunsilli Lokali fl-2009 qed tinġabar. Dwar l-avviżi tas-sejħiet fuq il-gazzetti, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13265.
Leg 11 PQ #13709 Sitting 195 2010-03-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Attivitajiet kulturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12658 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li organizzaw attivitajiet kulturali b'kollaborazzjoni mas-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni fix-xhur ta' Settembru, Ottubru u Novembru? Kemm ġew mogħtija flus mis-Segretarju Parlamentari għal kull attività? Kemm ħarġu flus il-kunsilli lokali għal kull attività?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12658.