Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #13861 Sitting 197 2010-03-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — informazzjoni fuq finanzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġuni għaliex l-informazzjoni dwar l-allokazzjoni lill-kunsill lokali għas-sena li tagħlaq fl-2010 ma ngħatatx bid-dettall tas-snin l-imgħoddija biex b'hekk kull kunsill ikun gwidat aħjar dwar l-immaniġġjar tal-finanzi tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-formola l-ġdida ta’ finanzjament hi bbażata fuq erba’ fatturi u ċioe: 1. Tisbiħ u manutenzjoni tal-Parki u Ġonna; (2) Manutenzjoni tat-Toroq u Infrastruttura; (3) Immaniġġjr tal-Iskart; u (4) Amministrazzjoni minflok is-17-il fattur skont il-formula li m’għadhiex fis-seħħ. Kull Kunsill ġie infurmat dwar l-allokazzjoni mogħtija taħt kull wieħed mill-fatturi l-ġodda.
Leg 11 PQ #15109 Sitting 197 2010-03-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environmental infringements

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa u komprensiva tal-environmental infringments kollha li ġejna sottomessi għalihom jew notifikati dwarhom b'żieda mat-tabella li l-Prim Ministru poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-3 ta' Novembru 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Leg 11 PQ #15232 Sitting 197 2010-03-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta' Malta — membru tal-MCESD

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta' Malta mhix membru tal-MCESD?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onorevoli Interpellant huwa mgħarraf illi l-kompożizzjoni tal-Kunsill hija regolata mill-Artikolu 4 tal-Kap. 431 li jelenka kif dal-Kunsill tripartit huwa ffurmat. Pero’ l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta bħall kull Assoċjazzjoni oħra tista’ titlob li tifforma parti mill-Kumitat tas-Soċjetà Ċivili (Art 6.2 ta’ l-istess Att).
Leg 11 PQ #15277 Sitting 197 2010-03-09 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — fire and safety reports

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' fire and safety reports li ġew mitluba matul l-2009 għall-applikazzjonijiet pendenti li kien hemm quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15363 Sitting 197 2010-03-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Access bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14224 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu biex jiffaċilitaw l-aċċess bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15374 Sitting 197 2010-03-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kumpaniji b'maġġoranza ta' ishma

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15383 Sitting 197 2010-03-09 Oral · Interim From: KARMENU VELLA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Birżebbugia — Triq il-Kitarristi Qajjenża - plot

Question

B'referenza għal plot li qiegħda miftuħa u li fiha qed jintefa' ħafna skart u peress li din il-plot tinsab kantuniera fi Triq il-Kitarristi, Qajjenża, Birżebbugia, ħafna residenti kif ukoll il-Kunsill Lokali ta' Birżebbugia ilhom kważi sena iressqu l-ilmenti tagħhom rigward dan il-każ lil diversi uffiċjali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar imma dawn ġew kollha injorati, jista l-Prim Ministru jara għaliex, minkejja dawn ir-rapporti, sal-lum għada ma ttieħdet l-ebda azzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15403 Sitting 197 2010-03-09 Oral · Interim From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qui Si Sana

Question

Għan-nom tar-residenti ta' Qui Si Sana, jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni fuq PA 05941/08 fejn aċċettat upgrade of kitchen operation fuq sit li għandu biss permess ta' mini market?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13247 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata ta' Malta — full complement

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-full complement tal-Armata Maltija llum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Complement sħiħ tal-Forzi Armati ta’ Malta huwa ta’ 129 Fizzjal u 1,825 Suldat.
Leg 11 PQ #13248 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata ta' Malta — entry qualifications

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kull meta jkun hemm ingaġġ fil-Armata Maltija? L-ingaġġ isir b'mod regolari, jew isir skond il-ħtieġa? Kemm huwa twil il-kors sabiex wieħed jingaġġa ruħu bħala suldat u x'inuma l-entry qualifications neċessarji? Meta hemm il-ħsieb li jerġa' jsir ingaġġ ieħor sabiex jidħlu suldati fl-Armata Maltija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F’Jannar li għadda beda l-ingaġġ ta’ 58 rekluta. Dan huwa t-tieni nofs ta’ grupp ta’ madwar 120 ruħ li inizjalment għaddew il-proċess ta’ l-għażla s-sena l-oħra, u fejn l-ewwel grupp ta’ 53 temmew it-taħriġ tagħhom fis-16 ta’ Diċembru 2009. Minbarra dan fit-8 ta’ Jannar għadha kif ġiet ippublikata sejħa oħra għal 40 gunner rekluta ġodda kif ukoll sejħa għal kadetti. Dawn għandhom jagħmlu tajjeb għal dawk is-suldati li ser jirtiraw biż-żmien din is-sena. Huwa maħsub li mis-sena 2011 ’l quddiem jibda isir reklutaġġ kull sena. Il-kandidati prospettivi jridu jgħaddu minn eżami kompetittiv tal-kitba fl-Ingliż, il-Matematika u l-Malti minbarra li joqgħodu għal eżami fiżiku, eżami mediku u intervista. Il-kors bażiku tat-taħriġ huwa twil madwar erba’ xhur.
Leg 11 PQ #13710 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — proġetti u inizjattivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12652 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li qed jagħmlu proġetti u inizjattivi li jvarjaw minn sistemi ta' enerġija rinovabbli ta' effiċjenza għolja sa stallazzjoni ta' solar water heaters fuq il-bini tal-istess kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #13712 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

lokalitajiet żgħar — elezzjonijiet tal-kumitati amministrattivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12438 u jgħid liema huma l-lokalitajiet li fil-futur qrib se jkollhom elezzjonijiet tal-kumitati amministrattivi għal-lokalitajiet żgħar (hamlets)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi b’żieda mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12438, l-ewwel grupp ta’ Komunitajiet li ser isiru l-elezzjonijiet għall-Kumitati Amministratttivi tagħhom huma: Marsalforn (fil-lokalità ta’ Żebbuġ, Għawdex), Xlendi (fil-lokalità tal-Munxar, Għawdex), Santa Luċija (fil-lokalità ta’ Kerċem, Għawdex), Paċeville (fil-lokalità ta’ San Ġiljan), Kappara (fil-lokalità ta’ San Ġwann), Madliena (fil-lokalità tas-Swieqi), Bubaqra (fil-lokalità taż-Żurrieq) u Fleur-de-Lys (fil-lokalità ta’ Birkirkara). L-elezzjonijiet ser isiru nhar is-Sibt 27 ta’ Marzu 2010. L-elezzjonijiet tat-tieni grupp ta’ Kommunitajiet li huma Gwardamanġa (Pietà), St. Peter’s (Ħaż-Żabbar), Swatar (Birkirkara u Msida), Tal-Virtu (ir-Rabat), Ħal Farruġ (Ħal-Luqa), Baħar iċ-Ċagħaq (Naxxar), Burmarrad (San Pawl il-Baħar) u Baħrija (ir-Rabat), ser isiru lejn nofs din is-sena.
Leg 11 PQ #13713 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Strutturi tad-dipartiment tal-Gvern Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12572 u jgħid kif inhu strutturat id-Dipartiment tal-Gvern Lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitolob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12572.
Leg 11 PQ #13714 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Emendi fil-liġi tal-Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12441 u jgħid, issa li daħlet fis-seħħ il-liġi tal-kunsilli lokali, liema huma t-80% tal-emendi proposti fir-riforma tal-kunsilli lokali li diġà daħlu fis-seħħ, kif intqal diversi drabi mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proposti, mid-dokument tat-tiġdid imsejjaħ “Biex il-Kunsill Jagħtik l-Aqwa Servizz”, li ġew implimentati huma punti numri: 1, 2, 3, 4, 5, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 15, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 37, 38, 39, 40, 41, 42, 43, 45, 46, 47, 48, 49, 53, 54, 55, 56, 57, 58, 59, 60, 61, 64, 65, 66, 67, 68, 69, 70,71, 72, 73, 74, 77, 78, 79, 81, 82, 84, 85, 86, 87, 88, 89, 92, 93, 94, 95, 96, 100, 101, 102, 103, 104, 105, 106, 107, 108, 109, 110, 111, 112, 113, 114, 115, 116, 117, 118, 119, 120, 120, 121 u 122. Dan ifisser li minn 124 proposta, sallum ġew implimentati 105, u ċioé 85% tal-proposti imsemmija fid-dokument.
Leg 11 PQ #13715 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — faċilitajiet sportivi tal-iskejjel tal-istat

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12456 u jgħid, issa bl-emendi fl-Att dwar il-Kunsilli Lokali kemm hemm kunsilli lokali li nvestew fil-faċilitajiet sportivi ta' l-iskejjel tal-istat? Liema huma dawn il-kunsilli lokali? X'tip ta' investiment kien? Kemm intnefqu flus minn kull kunsill għal kull skola?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 12456 u 13715, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Karma, lista ta’ dawk il-Kunsilli li investew fil-faċilitajiet sportivi tal-iskejjal tal-istat.
Leg 11 PQ #14964 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Interim From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — green jobs

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14717 u jgħid x'qed jagħmel l-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex jiġu promossi l-green jobs?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15068 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Children Development Assessment Unit

Question

Invista tal-fatt li fit-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet parlamentari 13497 u 14127 li kienu jirrigwardaw is-Children Development Assessment Unit kemm il-Ministeru tal-Politika Soċjali kif ukoll il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni nsistew li l-mistoqsija ssir lill-ministru konċernat, jista' l-Prim Ministru jindika liema ministeru huwa responsabbli miċ-Children Development Assessment Unit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunità huwa responsabbli miċ-Child Development Assessment Unit (CDAU).
Leg 11 PQ #15092 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Manoel Island — maspterplans

Question

Billi l-Ministru Fenech ftit ilu għarraf lill-Kamra li l-emendi għall-masterplan ta' Manoel Island tal-MIDI li jolqtu ukoll il-bini ta' football ground ġdid għall-Gżira Utd FC ilhom li ġew sottomessi mill-11 ta' Ottubru 2006, jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-approvazzjoni ta' dan il-masterplan minħabba li qed jżomm l-iżvilupp tal-football ground konċernat, apparti minn żviluppi oħrajn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Direttur tat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku

Question

B'referenza għaċ-ċirkulari dwar il-pożizzjoni tad-Direttur tat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku fil-Ministeru għal Għawdex, jista' l-Prim Ministru jispjega liema huma l-comparable grades li impjegati fis-settur pubbliku jista' jkollhom u li jagħmluhom eliġibbli għal din il-pożizzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għar-rigward tal-pożizzjoni tad-Direttur tat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku fil-Ministeru għal Għawdex, mhux possibbli li wieħed jelenka lista ta’ gradi komparabbli minħabba l-fatt li kull entità fis-settur pubbliku, jiġifieri dawk li mhumiex dipartimenti tal-Gvern, għandhom struttura differenti. F’kull każ jiġi determinat jekk applikant huwiex eliġibbli skont il-livell tal-paga u r-responsabbilitajiet tal-kariga tiegħu.
Leg 11 PQ #15207 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sliema/Gzira — Rue D'Argens, Pompa tal-Petrol

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14912 u l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 14786 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: jekk l-operatur tal-pompa tal-petrol fin-naħa ta’ fuq ta’ Rue D’Argens Sliema/Gżira għandux il-permessi kollha meħtiega biex jopera skond il-liġi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.