Jista’ l-Prim Ministru jgħid xi pjanijiet hemm biex ħaddiema li jaħdmu l-istess xogħol, jitħallsu l-istess paga?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Avviż Legali 128 tal-2024. Din il-liġi li ser tibda tapplika mill-1 ta’ Jannar tal-2025 ser tiggarantixxi li ħaddiema tal-aġenziji tax-xogħol li jkunu ġew assenjati ma' entità privata u li jagħmlu xogħol kumparabbli ma’ ħaddiema li jkunu ingaġġjati mal-istess entità, jitħallsu paga bażika, jingħataw bonuses statutorji, u kundizzjonijiet tax-xogħol oħra daqs il-ħaddiema l-oħrajn skont l-Avviż Legali msemmi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8393 u fid-dawl li waqt il-Public Service Expo24 kien imħabbar il-proġett ‘Person Register’, jista’ l-Prim Ministru jgħid kif dan se jkun possibbli u kif ir-reġistru se jkun qiegħed jinżamm aġġornat bid-dettalji ta’ kull individwu ġaladarba sa ftit żmien ilu dan ma setax isir minħabba kunsiderazzjonijiet varji, bħal obbligi li joħorġu mil-liġijiet għall-protezzjoni tad-data?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li r-Reġistru tal-Persuni, li hu stabbilit taħt l-avviż legali A.L.439 tal-2021 (Regolamenti tal-2021 dwar Registru ta’ Persuni u Tqassim ta’ Data Personali fi ħdan is-Settur Pubbliku), u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, se jkun qed jieħu post is-sistema tal-Common Database (CDB) li bħalissa qed isservi bħala l-pjattaforma ċentrali tat-tqassim tal-informazzjoni għall-Gvern ta’ Malta u li fiha tinżamm informazzjoni dwar persuni, indirizzi u l-interrelazzjonijiet tagħhom.
Dawn ir-regolamenti jipprovdu għat-twaqqif ta’ rekord ta’ dettalji prinċipali ta’ persuna u jawtorizzaw konnessjonijiet bejn ir-rekord ta’ dettalji prinċipali ta’ persuna u rekords oħra miżmuma f’reġistri uffiċjali oħra minn korpi pubbliċi li fihom data personali ekwivalenti fir-rigward tal-istess persuna kif ukoll jippermettu t-tqassim ta’ data personali fi ħdan is-settur pubbliku, taħt salvagwardji neċessarji.
Ir-Reġistru tal-Persuni jaderixxi wkoll mal-prinċipju tal-Once-Only Principle fir-rigward tal-ġbir tad-data, il-kondiviżjoni tad-data u l-użu mill-ġdid tad-data.
Intant il-korpi pubbliċi jaqsmu din id-data skont ir-regolamenti rilevanti tal-protezzjoni tad-data (GDPR), liema regolamenti jaderixxu mal-prinċipji tal-minimizzazzjoni tad-data u limitazzjonijiet tal-iskop. Dan ifisser li l-kontrollur tad-data jrid jillimita l-ġbir ta’ informazzjoni personali għal dak li huwa direttament rilevanti u meħtieġ biex jintlaħaq għan speċifiku. Id-data trid tinżamm ukoll sakemm ikun meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2024?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2024?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2023
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw matul Novembru 2023, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct Orders ta' inqas minn €5,000 - Ġunju 2023
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw matul Ġunju 2023, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2024?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17180 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid kemm-il spazju ta' parkeġġ riservat għal persuni b'diżabilità kien hemm fil-Floriana fis-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena u triq triq?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17181 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid kemm-il spazju ta' parkeġġ riservat għal persuni b'diżabilità kien hemm fil-Belt Valletta fis-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena u triq triq?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17182 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid kemm-il spazju ta' parkeġġ riservat għal persuni b'diżabilità kien hemm fil-Pietà fis-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena u triq triq?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza - Events
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, jgħid kemm saru events organizzati mill-istess Segretarjat Parlamentari u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tagħha minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ jista’ jgħid ukoll:
(i) x’kienet it-tema;
(ii) kemm ġiet tiswa kull event;
(iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.);
(iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol;
(v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba tinqabeż l-advisory cost.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema grad/skala kienu dawn il-ħaddiema u f'liema grad/skala tpoġġew?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, u anke l-collective agreements applikabbli. Is-sejħiet huma dawk standard li jinħarġu kif approvati ċentralment u jirriflettu l-ftehim rispettivi.
Uffiċjali pubbliċi taħt akkuża kriminali li ma ġewx sospiżi mix-xogħol
Question
Jista’ l-Prim Ministru jelenka kemm hemm uffiċjali pubbliċi taħt kull Ministeru li huma taħt akkuża kriminali u li ma ġewx sospiżi mix-xogħol? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-uffiċjali ġew innominati biex ikunu membri f xi bord ta’ għażla, matul il-perodju fejn l-akkuża kriminali kienet għadha effettiva?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Lulju 2024, kien hemm 54 uffiċjal pubbliku li kellhom proċeduri kriminali għaddejjin kontrihom u li ma ġewx sospiżi mill-eżerċizzju tas-setgħat u l-funzjonijiet tal-kariga tagħhom għal skopijiet ta’ prekawzjoni. Minn dawn il-54 uffiċjal, tlieta ġew maħtura fuq Bord ta’ Selezzjoni.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk infetħetx is-sejħa għall-proposti għas-Sustainable Urban Development Fund? Jekk iva, jista’ jgħid meta hi d-deadline għal din is-sejħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li nħarġet sejħa f’Ġunju, fejn il-Managing Authority (MA) infurmat formalment lill-MGP bit-tnedija tas-Sejħa 21 taħt il-Programm ERDF/CF/JTF. Is-sejħa hija ristretta għall-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u tiffoka speċifikament fuq żewġ interventi: (i) improving the environment and a shifting towards a climate neutral economy u (ii) protecting and promoting Gozo’s characteristics and fostering Gozo’s socio-economic fabric. L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-proposta tagħlaq fit-8 ta’ Novembru 2024.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Impjegati u/jew konsulenti li huma f’Kunsill lokali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tiegħu jew ta' kwalunkwe Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li huma Kunsilliera Lokali, Viċi Sindki jew Sindki? Jista' f'kull każ jgħid x'inhu l-impjieg u r-rwol tagħhom, x'kuntratt għandhom, u x'inhu s-salarju u l-perkaċċi marbutin miegħu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li huma ħamsa l-persuni fis- Segretarjati tal-Prim Ministru u tas-Segretarji Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru li huma parti minn xi Kunsill Lokali.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali - Events
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid kemm saru events organizzati mill-istess Segretarjat Parlamentari u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ jista’ jgħid ukoll:
(i) x’kienet it-tema;
(ii) kemm ġiet tiswa kull event;
(iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.);
(iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol;
(v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba tinqabeż l-advisory cost.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Xogħol ta’ refurbishment
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20515 u jagħti elenku tal-ispejjeż li ntefqu fuq xogħol ta’ refurbishment fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' f'kull każ jgħid kemm kienet l-ispiża tax-xogħol, fiex kien jikkonsisti x-xogħol, min għamel ix-xogħol, u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'direct order, quotations, tender jew mod ieħor?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi saret spiża ta’ €615,844.54 fuq diversi xogħlijiet fil-Berġa ta’Kastilja. Primarjament sar xogħol ta’ konservazzjoni u preservazzjoni taż-żewġ swali prinċipali; dawk tas-sala tal-Ambaxxaturi u dik tal-Kabinett. Liema interventi kienu jinkludu wkoll xogħlijiet fuq il-bejt biex ma tibqax ssir aktar ħsara kull darba meta tagħmel ix-xita. Flimkien ma dawn saru wkoll interventi oħra skont il-ħtieġa tal-istess binja. Ċert li l-Onor. Interpellant japprezza l-fatt li post bħal ma hija l-Berġa ta’ Kastilja li għandha grad nru 1 tal-iskedar tal-partimonju Malti teħtieg diversi interventi ta' manutenzjoni tal-ogħla kwalità biex tinżamm fl-istat uniku tagħha.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20516 u jagħti elenku tal-infiq li sar bil-petty cash mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, bejn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li n-nefqa tal-petty cash fil-perjodu bejn Jannar 2022 sal-ġurnata tal-lum mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru kienet tammonta għall-€7,627.94, liema spiża tkopri spejjeż ta’ospitalità, transport, office services u material and supplies.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni - Talbiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar is-26 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti u jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.