Legislature:
Category:
Reset
Active:

Varjant tal-COVID-19

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18281 sħiħa u jagħti dettalji tal-miżuri li qed jittieħdu ħalli jilqgħu għall-bosta varjanti tal-COVID-19 li hawn jiċċirkulaw bħal dak Brittaniku, Brażiljan, Sud Afrikan u Kenjan? Għala kuntrarjament għal bosta pajjiżi oħra, għadhom jitħallew jidħlu fil-pajjiż vjaġġaturi minn dawn il-pajjiżi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħala parti mill-pjan t’azzjoni fir-rigward tal-varjant tal-Covid-19, mit-22 ta’ Diċembru tal-2020 l-Ingilterra mill-ewwel ġiet elenkata fil-lista tar-red zone. Apparti minn hekk kontinwament qed isir monteraġġ tas-sitwazzjoni kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment, minn Diċembru 2020 ta’ kull ġimgħa beda’ jittieħed il-genetic sequencing minn kampjuni ta’ każijiet pożittivi u matul ix-xahar ta’ Jannar 2021 kien hemm żieda konsiderevoli fl-ammont ta’ kampjuni għal-genetic sequencing. Ninfurmah ukoll illi l-Brazil, l-Kenja kif ukoll l-Afrika t’isfel kienu diġa elenkati bħala red zones u dawk in nies li huma residenti f’Malta jew li għandhom permess ta' residenza biss jistgħu jirritornaw f’pajjiżna billi jagħmlu swab test qabel ma jiġu, kif ukoll mal-wasla tagħhom riedu jagħmlu 14 il-ġurnata kwaratina.

Djar Residenzjali u Hostels — Standards

Question

Wara li ġiet imnedija l-istrateġija nazzjonali għas-Saħħa Mentali f’Lulju, 2019 u b’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12006, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa , issa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Istandards li jrid ikollhom id-Djar Residenzjali u l-Hostels f’dan il-qasam tas-saħħa mentali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għadhom għaddejin il-preparamenti neċessarji dwar l-Istandards li jrid ikollhom id-Djar Residenzjali u l-Hostels fil-qasam tas-saħħa mentali.

Kumpaniji tal-farmaċewtika ġodda li għandhom liċenzja biex joperaw minn Malta

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il kumpanija ġdida tal-farmaċewtika għandha l-liċenzja biex topera minn Malta mill-2017 sal-lum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni qed tinġabar.

Security Officers tal-Primary Health Care

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li qed jintbagħtu Security Officers impjegati mal-Primary Health Care, jagħmlu xogħol b’sahra kemm matul il-ġurnata kif ukoll bil-lejl, barra mix-xogħol li jaħdmu s-soltu, f’postijiet bħal Gzira Health Centre li bħalissa jinsab magħluq, minħabba xogħlijiet li qed isiru fiha, għaldaqstant is-servizz ta’ watchman huwa suffiċjenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa qed isir xogħol estensiv ta’ immodernizzar u rinovazzjoni fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-G¿ira , li dan iċ-Ċentru jagħmel parti mid-Dipartiment tal-Kura Primarja. Għaldaqstant, dan id-dipartiment qed jutilizza security guard tiegħu kuljum sabiex jissorvelja l-post u dak kollu li hemm ġewwa fih fuq ba¿i ta’ erbgħa u għoxrin siegħa kuljum. Barra minn hekk, is-security guard huwa wkoll responsabbli biex jieħu t-temperatura ta’ kull min ikun irid jidħol fil-post u jieħu l-mi¿uri kollha neċessarji skont il-ħtieġa. Is-security guards huma mpjegati tal-Primary HealthCare u għaldaqstant ma nħassitx il-ħtieġa li jitqabbad watchman.

Vaċċin tal-COVID-19 — Persuna responsabbli għall-Koordinazzjoni tar-Roll out

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min hi l-persuna responsabbli mill-koordinazzjoni tar-roll out tal-vaċċin tal-COVID-19 f'Malta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġie maħtur koordinatur, li flimkien ma nies oħrajn iffurmaw tim sabiex imexxi l-loġistika tat-tilqim.

Vaċċin tal-COVID-19 — Roll out

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-koordinazzjoni tal-għoti tal-vaċċin tal-COVID-19 hux qed issir mill-Isptar Mater Dei, mid-Dipartiment tas-Saħħa, mill-Ministeru għas-Saħħa jew minn xi entità oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 18410.

Vaċċin tal-COVID-19 li waslu Malta

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, kemm-il vaċċin wasal Malta maqsum ġimgħa b'ġimgħa? Kemm hu t-total ta' vaċċin li wasal Malta? Ġimgħa b'ġimgħa kemm ingħata vaċċin u kemm hu t-total tal-vaċċin li ngħata s'issa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-31 ta’ Jannar ġew amministrati 27,759 dożi tal-vaċċin tal-Covid li minnhom 3,948 kienu tat-tieni doża. Ninfurmah ukoll illi sal-bieraħ kienu waslu Malta total ta’ 46,080 doża tal-vaccin tal-Covid 19. Matul il-ġurnata tal-lum mistenni li jaslu aktar dożi.

Persuni li jieħdu trattament tal-HIV

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk fir-rigward tat-trattament tal-HIV, il-pazjenti li qed jieħdu l-kura hekk imsejħa konvenzjonali hux ser ikunu trattati b'mediċini ġodda li qed jingħataw f'pajjiżi ewropej?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fir-rigward tat-trattament tal-HIV, il-pazjenti li qed jieħdu l-kura hekk imsejħa konvenzjonali issa qed ikunu trattati b'mediċini ġodda, li qed jingħataw ukoll f'pajjiżi ewropej, dejjem kif jiġi indikat fuq pariri kliniċi mill-esperti mediċi skont il-kura li jkollu bżonn il-pazjent. Għal dawn il-pazjenti fl-1 ta’ Diċembru 2020, ngħata bidu ta’ servizz ġdid. Pazjent issa jista’ jagħżel spiżerija minn lista ta’ spiżeriji provduta apposta skont il-lokalita’. Bid-dokument tal-intitolament kif ukoll riċetta speċifika, dan il-pazjent ikun jista’ jiġbor it-trattament li jkun indikalu l-espert mediku. Il-pazjenti jngħataw massimu ta’ xahrejn mediċini skont l-istabbilita tal-kundizzjoni. Apparti l-edukazzjoni, l-aderenza għat-trattament ukoll huwa parti minn dan is-servizz. Huwa mistenni li l-pazjenti kollha kif indikati fuq parir kliniċi se jiġu moghtija mediċini l-ġodda fi żmien 6 u 12 il-xahar minn meta ngħata bidu ta’ dan is-servizz.

Persuni li applikaw għat-team tal-contact tracing

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif intgħażlu l-persuni mid-913-il applikant li wrew interess li jingħaqdu mat-team tal-contact tracing u kemm minnhom ġew ingaġġati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għal-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari tiegħu jirreferi lill-Ministru kkonċernat filwaqt li ninfurmah illi l-għa¿la minn fost l-applikanti li ġew shortlisted se sseħħ fi¿-¿mien li ġej.

Pazjenti – co-morbidities

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma l-aktar erba’ co-morbidities ta’ dawk il-pazjenti f’termini ta’ persentaġġ li kellhom il-COVID-19 fis-sena 2020 u ta’ dawk li mietu minn din il-marda fis-sena 2020?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2020 l-co-morbidities ta’ dawk il-pazjenti li kellhom il-COVID-19 kienu kundizzjonijiet kardijaċi, DM, pressjoni għolja u obe¿ità.

Sptar Mater Dei – lifts bi ħsara

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx lifts bi ħsara fl-Isptar Mater Dei u kemm damu bil-ħsara fix-xahar ta’ Jannar 2021? Jista’ jgħid jekk 2 minn 3 lifts tal-"Main Car Park" fil-jum tat-Tnejn 25 ta’ Jannar 2021 kenux bil-ħsara u kemm damu biex jittranġaw?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-ġurnata msemmija minnu kien hemm 2 minn 3 lifts tal-Main Car Park ta’ Mater Dei li kellhom xi ħsarat. Dawn l-istess lifts saritilhom it-tiswija neċessarja minnufih u reġgħu bdew jintużaw l-għada, iġifieri fis-26 ta' Jannar.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — psikologi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm psikologi jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-isptar Ġenerali t’Għawdex hemm Senior Psychologist, Psychologist u ¿ewġ Assistant Psychologists.

Psikologi residenti f’Għawdex li jaħdmu fi sptarijiet u strutturi sanitarji Maltin

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm psikologi residenti f'Għawdex li jaħdmu fi sptarijiet u strutturi sanitarji oħra f'Malta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 6 persuni li huma residenti Għawdex u li jaħdmu fil-qasam tal-psikoloġija fi sptarijiet f’Malta.

Vaċċin ta’ Pfizer/Biontech

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm qed joħorġu dożi ta' vaċċin minn kull flixkun tal-vaċċin tal-Pfizer/Biontech?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn kull flixkun tal-vaċċin Pfizer/Biontech, qed jirnexxielna niksbu bejn 5 u 6 do¿i.

Contact Tracing – Sejħa tal-MTA

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mid-913-il persuna li kienu applikaw għas-sejħa tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), biex jiġu assenjati mas-section tal-contact tracing, fil-verità ġew ipproċessati u impjegati mas-section tal-contact tracing għall-COVID-19?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 18414.

Ċilindri tal-Ossiġnu — Ċentru

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi żviluppi saru b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5792 dwar ftuħ ta' Ċentri oħra minn fejn persuna tista’ tbiddel jew tiġbor ċilindri tal-ossiġinu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm tliet postijiet minn fejn persuna tista’ ġġib jew tibdel iċ-ċilindru tal-ossiġnu. Dawn jinsabu fin-nofsinhar u fit-tramuntana ta' Malta u ieħor f'Għawdex. Permezz tad- delivery service , ċ-Ċilindri ta l-Ossiġnu jistgħu wkoll jiġu mibdula/mogħtija mingħajr ħlas, fid-djar tal-pazjenti nfushom madwar Malta u Għawdex.

Ministeru għas-Saħħa – restrooms għal persuni bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il restroom fil-binja tal-Ministeru tiegħu hija aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-binja tal-Ministeru għas-Saħħa hemm restroom waħda li hija aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali.

Ministeru għas-Saħħa – tender/direct orders lil kumpanija/individwu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu taw xi tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 sa issa? Jekk iva, jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-Ministeru għas-Saħħa u/jew mid-dipartimenti u entitajiet li jagħmlu parti mid-dekasteru tiegħu, mill-2013 sa lum ma ngħata l-ebda tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament.

Ministeru għas-Saħħa — Bordijiet - attendenza ta' membri

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17766 u 17520 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra in-numru ta’ laqgħat li saru f’kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħi li ltaqgħu mill-2017 sa Novembru 2020.

Ministeru għas-Saħħa – komunikazzjonijiet bil-miktub aċċessibbli għall-persuni neqsin mid-dawl

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'miżuri qed jieħu l-Ministeru tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħtu sabiex jara li komunikazzjonijiet bil-miktub ta' kull tip li jintbagħtu bil-posta jew mezzi oħra, ikunu f'format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl?

Response (FEARNE, CHRIS)

L-Onorevoli interpellant għandu jkun mgħarraf li, waqt li l-ebda ministeru jew entità fi ħdan il-Gvern m’għandu aċċess għal informazzjoni dwar persuni b’diżabilità u x’tip ta’ diżabilità jsofru minnhom. Fil-każ ta’ korrispondenza diġitali l-entità governattiva Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġika tal-Informatika (FITA) toffri dan servizz lil kull individwu jew entitaijet li jitolbu din l-għajnuna biex jaqdu l-klijentela tagħhom bi spiża mħallsa mill-individwu jew l-entità. Fil-fatt dawk li, minn jeddhom jitolbu l-assistenza tal-istess Fondazzjoni, jiġu ggwidati fl-installazzjoni ta’ programm apposta ( software ) biex il-kompjuter personali tagħhom ikun jista’ jaqralhom kull imejl li jirċievu, inkluż bl-ilsien Malti. It-taħriġ hu bi ħlas, filwaqt li l-programm hu b’xejn.Nenfasizza li kull każ jiġi kkunsidrat fuq il-bażi individwali, inkluż biex tintuża l-aħjar teknoloġija assistiva, li tvarja minn Optical Character Recognition (OCR), Screen Reader, Braille jew anke tipa mkabbra. L-istess assistenza tvarja wkoll skont l-apparat li jkun se jintuża għal dan il-għan, bħal PC/laptop, mobile u/jew tablet , u anke skont il-platform użat, jiġifieri Windows jew MAC, Android jew Apple, eċċ.