Legislature:
Category:
Reset
Active:

ħaddiema full-time fis-settur tal-edukazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tal-Edukazzjoni f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33996.

ħaddiema full-time fis-settur tal-lukandi u ristoranti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tal-lukandi u ristoranti f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33996.

one-stop shop

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma r-regolaturi li se jifformaw parti mill-one-stop shop li għandu jitwaqqaf f'Għawdex fejn investituri prospettivi u uffiċjali ta' kumpaniji jkunu jistgħu jiltaqgħu ma' regolaturi, ma' uffiċjali għall-impjiegi u taħriġ u ma' uffiċjali tal-Malta Enterprise?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-uffiċċju ta’ Business First li ser jitwaqqaf f’Għawdex biex joffri servizz ta’ One-Stop-Shop għall-intrapriżi f’Għawdex, ser ikun estensjoni ta’ Business First ta’ Malta u għaldaqstant se jkun amministrat bl-istess mod. Jiġifieri m’hemmx il-ħsieb li jkun hemm regolaturi li jifformaw parti mill-uffiċċju ta’ Għawdex għax is-servizzi se jkunu qed jingħataw mill-uffiċjali ta’ Business First ta’ Għawdex li ngħataw it-taħriġ neċessarju, skont is-service level agreements li ġew iffirmati bejn Malta Enterprise u d-Dipartimenti relattivi. Filwaqt li qed tiffinalizza service level agreement mal-Employment & Training Corporation, Il-Malta Enterprise iffirmat Service Level Agreement mad-Dipartimenti li qed jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar — Triq is-Simar u Trejqet Għar Berbaħ - servizzi

Question

B'referenza għar-risposta dwar ix-xogħlijiet meħtieġa f'Triq is-Simar u Trejqet Għar Berbaħ, San Pawl il-Baħar kemm għal dak li jirrigwarda l-ilma kif ukoll id-drenaġġ, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-koperazzjoni li saret bejn Transport Malta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi saret koperazzjoni bejn Trasport Malta, Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma u l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar biex ix-xogħol kollu jiġi kkoordinat. Sar qbil fuq dak li hemm bżonn biex isir l-ilma u d-drenaġġ meħtieġ f’dawn it-toroq.

Kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ARMS Ltd qed jibgħat kontijiet tad-dawl u l-ilma lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, meta jafu li din il-persuna qed tirċievi kontijiet żbaljati minħabba li huma għoljin wisq għaliex hi tgħix waħeda?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

Detectors Section — leakges

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2011 kemm saru rapporti ta' leakages mid-detectors section? F'liema żoni ta' Malta u Għawdex ġew identifikati dawn il-leakages/ħsarat?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l- 2011, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma identifikat 8,096 leak marks, jiġifieri suspetti ta’ ħsarat. Minn dawn irriżulta li 7,521 kienu ħsarat veri. Dawn kienu mifruxa ma’ Malta u Għawdex kollha.

Pipijiet tad-distribuzzjoni tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jirriżultalux li fl-istaġun tas-sajf il-pipijiet tad-distribuzzjoni tal-ilma jitwessgħu bis-sħana? Jekk huwa l-każ, dan għaliex?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma jirriżultalhiex li l-pajpijiet li tuża għad-distribuzzjoni tal-ilma jitwessgħu bis-sħana tas-sajf.

Air Malta — titjiriet lejn il-Libja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Air Malta qed tagħmel erba' titjiriet biss fil-ġimgħa lejn Tripoli, Libya? X'inhi r-raġuni li l-Air Malta għadha mhux tagħmel titjiriet lejn Benghazi, Libya?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ma tistgħax tingħata għaliex hija ta’ natura kumerċjalment sensittiva.

Benghazi — ħruġ ta' viża

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex filwaqt li hemm Konslu Malti f'Benghazi biex japprova l-viża għall-Libjani, l-Air Malta mhux topera minn Benghazi għal Malta u viċi versa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ma tistgħax tingħata għaliex hija ta’ natura kumerċjalment sensittiva.

Kwestjoni dwar titjietiet bejn Benghazi u t-Turkija

Question

Jirriżultalu lill-Ministru li minn Benghazi biss isiru tmien titjiriet fil-ġimgħa lejn it-Turkija? Ma jħossx li dan huwa ta' inkonvenjent kemm għan-nies tax-xogħol Maltin u Għawdxin, u għall-poplu ġar tagħna Libjan li, wara l-konflitt imdemmi li għadu kemm għadda minnu qed ikollu jispiċċa biex minn Benghazi jtir lejn it-Turkija u wara jasal Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ma tistgħax tingħata għaliex hija ta’ natura kumerċjalment sensittiva.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf l-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Film Fund — talbiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2008 sal-lum kien hemm xi talbiet li saru mill-Malta Film Fund għall-għajnuna mill-gvern li ġew rifjutati? Kemm kienu u liema kienu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Street venders ħdejn id-daħla tal-Qorti — Liċenzji meħtieġa

Question

Jista' l-Ministru, flimkien mal-pulizija, jara li l-istreet vendors li jkun hemm ħdejn id-daħla tal-Qorti u ħdejn id-daħla tal-ġenb tal-Konkatidral ta' San Ġwann humiex kollha qed joperaw bil-liċenzji meħtieġa u skont ma titlob il-liġi inkluż fejn jidħol il-VAT billi ħafna ħwienet fl-inħawi qed iħossu ruħhom żvantaġġjati kemm-il darba dan mhux qed isir?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-VAT qed jieħu azzjoni biex jivverifika jekk l-istreet vendors li jkun hemm fil-postijiet indikati fil-mistoqsija parlamentari humiex qegħdin joperaw skont il-provvedimenti tal-liġi tal-VAT. Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-Ministru responsabbli għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur.

Gvern Malti bħala shareholder

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu shares jew kemm huwa involut bħala shareholder il-Gvern Malti f'kumpaniji/aġenziji/korporazzjonijiet/istituti/fundazzjonijiet u gruppi oħrajn differenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

entitajiet li għandhom funzjoni pubblika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji/aġenziji/korporazzjonijiet/istituti/fundazzjonijiet u gruppi oħrajn ta' attività kumerċjali li għandhom xi funzjoni partikolari pubblika jew mhux u fejn l-gvern huwa l-uniku sosten finanzjarju għal dawn il-kumpaniji/aġenziji/korporazzjonijiet/istituti/fundazzjonijiet u gruppi oħrajn?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-korporazzjonijiet u entitajiet pubbliċi. Skont l-aħħar informazzjoni indikattiva provduta mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, korporazzjonijiet pubbliċi fl-2010 kienu jammontaw għal 57, filwaqt li entitajiet pubbliċi li jagħmlu parti mill-Gvern Ġenerali kienu jammontaw għal 46 fl-2011.

shares tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar li dawn il-kumpaniji/agenziji/korporazzjonijiet/istituti/fundazzjonijiet u gruppi oħrajn li l-gvern għandu shares fihom, tawh ir-rendikont finanzjarju tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-financial statements u returns oħra ta’ dawn l-organizzazzjonijiet jintalbu b'mod regolari bħala parti mix-xogħol ta' monitoring li jsir mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.

entitajiet — informazzjoni dwar il-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm dawn il-kumpaniji/aġenziji/korporazzjonijiet/istituti/fundazzjonijiet u gruppi oħrajn li l-gvern għandu shareholding fihom iħaddmu nies u f'liema skali dawn il-ħaddiema jinstabu settur b'settur?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li jeħtieġ ammont konsiderevoli ta' ħin u riżorsi sabiex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Fl-assenza ta' raġuni valida għaliex l-Onorevoli Interpellant jixtieq jingħata din l-informazzjoni, ikun iktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utiliżżati għal dan il-għan, minflok jiġu utiliżżati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv għal ġid ta' pajjiżna.

entitajiet under staffed

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-kumpaniji/aġenziji/korporazzjonijiet/istituti/fundazzjonijiet u gruppi oħrajn humiex under staffed jew le?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li hemm proċess ta’ Capacity Building li jseħħ regolarment bejn il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u l-Uffiċċju tal-Prim Ministru flimkien ma’ dawn l-entitajiet u l-Ministeri rispettivi, li huwa intiż propju sabiex jevalwa talbiet għal-reklutaġġ fil-parametri applikabbli tal-Gvern.

Ilma li jiġi trasferit minn Malta għal Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 32194, jista’ l-Ministru jgħid f’liema unità ta’ volum hija l-informazzjoni mogħtija?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-unita tal-volum hija Metri Kubi.

Persuni li jaħdmu f'lukandi u ristoranti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu f'Għawdex u f’Malta separatament fl-aħħar ta’ Ġunju 2011 u fl-aħħar ta’ Diċembru 2011 bħala: 1) full-time; 2) part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom; 3) part-time bħala x-xogħol sekondarju tagħhom a) fil-lukandi u b) fir-ristoranti?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-News Release Numru 088/2012 li ħarġet illum it-Tnejn, 7 ta’ Mejju 2012. Kopja tal-News Release qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.