Downloading ta' films ċinematografiċi minn fuq l-internet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jikkonsidrax id-downloading minn fuq l-internet ta' films ċinematografiċi li jkunu għadhom ma ħarġux fuq DVD bħala reat? X'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern f'dan ir-rigward?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li fil-preżent id-downloading ta’ films ċinematografiċi minn fuq l-internet mhuwiex reat, sakemm tali films ma jkunux ċirkulati għal skop ta’qliegħ billi jiġu mibjugħa jew mikrija. Infurmat ukoll li meta jiġri dan, il-Pulizija tipproċedi fuq il-kwerela tal-persuna/kumpanija li jkollha d-drittijiet tal-awtur.
Dipartiment taċ-ċittadinanza — għoti ta' ċittadinanza
Question
B'referenza għall-filetal-individwu li dettalji dwaru qed jintbgħatu separatament, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Pulizija ilha xhur sħaħ biex tibgħat it-tagħrif u l-partikularitajiet tiegħu lid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza minħabba t-talba tiegħu għall-għoti taċ-ċittadinanza?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi sabiex isiru l-verifiki meħtieġa jirrikjedu ċertu ammont ta’ żmien. Però infurmat ukoll illi t-tagħrif meħtieġ intbghat lid-Dipartiment.
Ladarba l-Ministru u l-Gvern presenti esprimew ruħhom favoralment għall-proposta laburista li l-pulizija jkunu jistgħu jissieħbu fi trade union, jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jressaq l-leġislazzjoni relattiva sabiex dan ikun jista' jseħħ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Interpellanza Numru 15127 u ngħarrfu li d-diskussjonijiet mal-Malta Police Association għadhom għaddejin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-korp tal-Pulizija li jkunu regolarment fuq il-beat?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fid-Distretti u fid-diversi Taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija, fosthom dik tat-Traffiku, dik ta’ l-Administrative Law Enforcement, is-sezzjonijiet tal-Klieb u taż-Żwiemel u tal-Iskwadra Mobbli, hemm mhux anqas minn 1243 membru tal-Korp li x-xogħol tagħhom huwa primarjament bl-uniformi fit-toroq. Ma' dawn wieħed irid ukoll jikkonsidra numru ieħor ta’ membri tal-Korp stazzjonati fit-taqsimiet investigattivi, bħal ma huma t-Taqsima tas-CID, tad-Droga, tal-Frodi u Vizzji u ta’ l-Immigrazzjoni, li x-xogħol tagħhom, minbarra dak investigattiv jinkludi ukoll patrol fit-toroq, minkejja li dawn ma jkunux bl-uniformi.
Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Infiq f'reklamar fuq il-media
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqu il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar (produzzjoni u reklamar attwali) għal kull sena bejn 2004 u 2010 f'dawn l-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali u pubblikazzjonijiet oħra?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġej:-
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-inmate li qed jallega li ġie msawwat minn uffiċjali tal-ħabs fl-10 ta' Lulju, 2010 ma ttieħedx l-isptar biex isirulu x-rays u testijiet oħra wara l-allegat każ u ġie eżaminat biss mit-tabib tal-ħabs minkejja li l-inmate baqa' muġugħ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsija numru W95.
Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx jew hijiex issir inkjesta dwar allegat każ ta' swat fuq inmate fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fl-10 ta' Lulju, 2010 fit-3.30 pm minn uffiċjali tal-ħabs?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ġiet infurmata b'dan il-każ u għaddej l-istħarriġ meħtieġ, kemm dwar ir-reżistenza bi vjolenza kontra persuni nkarigati skont il-liġi minn servizz pubbliku waqt il-qadi ta' dmirijiethom, kif ukoll dwar l-allegazzjoni li għamel il-priġunier. Minn dak li jirriżulta jittieħdu l-passi skont il-Liġi.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnhom il-filmati tas-security cameras fid-Division 13 fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fil-ħin li qed jiġi allegat każ ta' swat minn uffiċjali tal-ħabs fuq inmate żagħżugħ fl-età ta' 24 sena fl-10 ta' Lulju 2010 fit-3.30 pm?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsija numru W95.
Jista' l-Ministru jgħid ta' min kienet id-deċizjoni li l-artist li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ma jitħalliex jesebixxi żewġ xogħlijiet tiegħu fil-Gozo Arts Festival? Għalfejn ittieħdet din id-deċizjoni drastika? Jista' jintqal jekk kienx hemm ukoll episodju ieħor fejn il-pulizija talbet lil sid ta' stabbiliment taż-żgħażagħ f'Għawdex ineħħi numru ta' ritratti artistiċi ta' mudella Għawdxija li kienu esposti fl-istess stabbiliment? Jekk hu minnu, għalfejn ittieħdet din id-deċiżjoni drastika?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulziija ma kienet involuta f'ebda każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — recruitment ġdid
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir recruitment ġdid, minn barra, jiġifieri mhux impjegati tal-gvern, għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent qed isir proċess ta' evalwazzjoni biex ikun assigurat li r-riżorsi umani u materjali tad-dipartiment ikunu jistgħu jintużaw bl-aħjar mod possibbli sabiex jiġu stabbiliti l-ħtieġijiet eventwali, fosthom ir-reklutaġġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu applikaw pulizija għall-kors ta' spettur matul is-sena li għaddiet (2009)? Kemm għaddew u kemm weħlu, kif ukoll kemm minnhom baqgħu fuq il-waiting list? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati kemm ta' dawk li għaddew kif ukoll ta' dawk li jinsabu jew kienu fil-waiting list?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena li għaddiet (2009) ma ħarġet ebda sejħa għall-applikazzjonijiet għal Spetturi tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar minn dawk il-pulizija li applikaw għal spetturi (2009) li kienu baqgħu fuq il-waiting list? X'se jkun l-eżitu fir-rigward tagħhom? Jista' jgħid jekk huwiex il-każ li dawn li kienu fuq il-waiting list humiex se jiġu mġiegħla japplikaw mill-ġdid sabiex japplikaw għall-kariga ta' spetturi meta dawn kienu fil-waiting list preċedenti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19369.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari datata 28 ta' April 2010 dwar persuna li dettalji tiegħu ntbagħtu separatament, li qed jopera mingħajr permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar konness ma' produzzjoni ta' silencers, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħaditx l-passi meħtieġa biex jieqaf dan l-abbuzz u dan stante li sal-lum dan għadu għaddej mingħajr ma żammu ħadd?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema Mistoqsija Parlamentari qed jirreferi.
Direttur Ġenerali tal-GRTU — Aggressjoni waqt laqgħa pubblika
Question
B'referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 18165 u 19232, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-pulizija ma ħaditx passi kriminali kontra l-aggressur jew aggressuri, tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, Direttur Ġenerali tal-GRTU in vista li l-artikolu 373 Kap. 9, Liġijiet ta' Malta jagħti s-setgħa lill-pulizija eżekuttiva li tista' tmexxi l-azzjoni kriminali ex officio ġaladarba l-offiż naqas li jirrinunzja espressament għaliha?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi minn kif irrapurtat mill-Pulizija li kienu preżenti fuq il-post, flimkien mal-fatt li l-persuna msemmija, la għamlet rapport u lanqas kwerela sabiex il-Pulizija tieħu passi. Għal kuntrarju, meta ġiet mitkellma mill-Pulizija espremiet ruħa li ma riditx tieħu passi kriminali dwar dan il-każ. Għaldaqstant il-Pulizija irrispetat din ix-xewqa ta’ l-allegat vittma, kif isir f’każi oħra bħal dawn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga matul ix-xahar ta' Awwissu 2010? X'tip kienet u xi kwantità inqabdet? Jista' jgħid kemm minnhom kienu Maltin u kemm ta' nazzjonalità barranija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-ammont u tip ta’ droga maqbuda mill-Pulizija matul ix-xahar ta’ Awwissu ta’ din is-sena kienet kif tidher fit-tabella t'hawn taħt:-
Cocaine
282.2gr
Heroin
493.4gr
Cannabis grass
81.5gr
Cannabis resin
1.7gr
Ecstacy
25 tablets
L.S.D.
4 micro dots
Amphetamine
0.7gr
Opium
1kg
Infurmat ukoll li kien hemm 16-il persuna ma' dan il-qbid, li minnhom 4 kienu barranin.
Persuni li nqabdu jpejpu fi stabbilimenti ta' divertiment u ħwienet oħra
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jpejpu fi stabbilimenti ta' divertiment u ħwienet oħra matul ix-xhur ta' Ġunju, Lulju u Awwissu 2010?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul ix-xhur ta' Ġunju, Lulju u Awwissu ta' din is-sena kien hemm 161, 142 u 66 persuna rispettivament li nqabbdu jpejpu f'postijiet ta' divertiment u postijiet oħra fejn it-tipjip huwa projbit.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jitlajjaw bi skop ta' prostituzzjoni matul ix-xhur ta' Ġunju, Lujlu u Awwissu 2010? F'liema lokalità nqabdu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul ix-xhur ta' Ġunju, Lulju u Awwissu ta' din is-sena inqabdu 52 persuna jitlajjaw bi skop ta' prostituzzjoni fl-inħawi f'Ta' Xbiex, il-Gżira u l-Marsa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku matul ix-xhur ta' Ġunju, Lulju u Awwissu 2010? Jista' jaqsamhom skont dawk li ngħataw mill-pulizija u dawk li ngħataw mill-gwardjani lokali? Jista' jaqsamhom skont it-tip ta' kontravenzjoni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul ix-xhur ta’ Ġunju, Lulju u Awwissu ta’ din is-sena il-Pulizija ħarġet 21,832 ċitazzjoni għal diversi kontravenzjonijiet tat-traffiku. Minn dawn 20,265 kienu kontravenzzjonijiet depenalizzati li t-taħrika toħrog permezz ta’ traffic offence tickets. Dwar ċitazzjonijiet maħruga mill-Gwardjani Lokali, ġentilment nissuġġerrixxi lill-Onorevoli Interpallant sabiex jirreferi lill-Ministru kkonċernat
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — persuni u/jew kumpaniji inkarigati mill-konsulenza
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2009 min kienu l-persuni u/jew kumpaniji inkarigati mill-konsulenza għall- Ministeru u/jew dekasteri oħra li jaqgħu taħtu? F'liema oqsma kienet meħtieġa l-konsulenza?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsija Parlamentari numru 16957 u 11684 rispettivament.