Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8772 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8566, jista' l-Ministru jagħti rendikont tas-safar għall-perjodu mill-2013 sal-2017 kif mitlub fil-mistoqsija oriġinali?
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti saru ġewwa Għawdex s’issa u kemm intnefqu flus, mill-Ekokontribuzzjoni li jħallas kull turist li jżur pajjiżna u xi proġetti hemm ippjanati li jsiru matul is-sena 2019?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għat-Turiżmu wettaq diversi xogħlijiet ġewwa l-gżira Għawdxija kemm permezz tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Projects Malta u l-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi.
L-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu investiet bis-saħħa fil-prodott u l-immaniġjar tal-bajjiet ġewwa Għawdex bil-għan li jitjiebu l-faċilitajiet u s-servizzi fid-diversi żoni turistiċi. Bejn l-2017 u l-2018 l-MTA nefqet kważi €650,000 f’Għawdex. Bis-saħħa ta’ dan l-investiment, fl-2017 il-bajjiet ta’ Marsalforn u Ħondoq ir-Rummien rebħu l-istatus ta’ Blue Flag, u kien ukoll possibbli li jiġġedded il-Blue Flag status ġewwa l-bajja tar-Ramla. Għas-sena 2019 huwa ppjanat li dan l-investiment ikompli jissaħħaħ.
Flimkien mal-Ministeru għal Għawdex, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kienet katalista sabiex inġieb il-festival Abode on the rock direttament għal Għawdex, torganizza wkoll l-International Fireworks Festival fejn waħda mis-serati sseħħ propju ġewwa Għawdex, tellgħet ukoll il-Gozo Alive u għenet diversi attivitajiet li saru ġewwa Għawdex fosthom il-Gozo Carnival u Gozo New Year’s Eve.
Permezz ta’ Conventions Malta saru wkoll diversi konferenzi ta’ daqs żgħir u medju ġewwa l-gżira Għawdxija. Min-naħa tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Conventions Malta, Għawdex qiegħdha tiġi promossa bħala destinazzjoni minnha nfisha li għandha n-neċessitajiet kollha għal avvenimenti MICE. Fil-fatt waqt fieri MICE, Għawdex tkun promossa bħala post ideali għal programmi soċjali u inċentivi marbuta ma’ negozju, minbarra li sservi wkoll bħala destinazzjoni alternattiva.
Il-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi qegħdha tikkolabora mal-Ministeru għal Għawdex fuq ir-riġenerazzjoni tax-Xlendi u titjieb fuq il-bajjiet, filwaqt li sa mit-twaqqif tagħha Projects Malta Ltd dejjem tat prijorita’ għall-proġetti relatati mal-qasam tas-saħħa fil-gżira Għawdxija, fosthom il-proġett ta’ Barts Medical School.
Il-Ministeru tat-Turiżmu flimkien mal-Ministeru għal Għawdex ħabbru wkoll l-iskema Enable Tourism li permezz tagħha stabbilimenti turistiċi ġewwa Għawdex jistgħu jagħmlu xogħol relatat mal-aċċessibilità ta’ siti turistiċi b’50% tal-ispiża tkun iffinanzjata mill-Gvern taħt din l-iskema. Ġew imħabbra ukoll pjanijiet għar-riġenerazzjoni tax-Xlendi, fejn apparti li l-parkeġġ eżistenti se jikber b’60 parking spaces oħra, għaddejjin ukoll diskussjonijiet bejn iż-żewġ Ministeri fuq ir-riġenerazzjoni u sand replenishment tal-istess bajja. L-istrateġija tal-Gvern dwar it-turżmu f’Għawdex hija li tiġi indirizzata aktar il-kwistjoni tal-istaġjonalità u jitjiebu r-rati tal-okkupanza fix-shoulder months.
Ministeru għat-Turiżmu — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8557 u 8717 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-servizz pubbliku kollu fil-preżent hemm 5,445 mara f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-grad ta’ Prinċipal jew ’il fuq. Fl-2008 kien hemm 4,900. Fit-top management tas-servizz pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, waqt li llum hemm 426 mara, fl-2008 kien hemm 195.
Għal dawk li huma entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tat-Turiżmu, illum hemm 98 mara f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-grad ta’ Principal jew ’il fuq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm okkażjonijiet fejn għamilt użu minn private jet. Kien hemm okkażjoni waħda fejn kont mistieden għal inspection visit flimkien mal-Air Malta f’Southend Airport f’Londra, fejn it-titjira kienet waħda privata, chartered u mħallsa mill-istess Southend Airport.
Ministeru għat-Turiżmu — paġni, profili u gruppi fuq Facebook
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8271 u jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għat-Turiżmu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għat-Turiżmu u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' l-Ministru jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Dawn huma il-Uniform Resource Locator (URL) mitluba:
Grand Harbour Regeneration Corporation:
https://www.facebook.com/Grand-Harbour-Regeneration-Corporation/
Institute of Tourism Studies:
https://www.facebook.com/ITSMalta/
https://www.facebook.com/ITSAlumni/
https://www.facebook.com/thevoyagerestaurant/
https://www.facebook.com/Runwayaculinaryjourney/
https://www.facebook.com/The-Apron-Grab-Go/
Malta Air Traffic Services:
https://www.facebook.com/MaltaAirTraffic/
Mediterranean Conference Centre:
https://www.facebook.com/MaltaMCC/
Malta Film Commission:
https://www.facebook.com/MaltaFilmCommission/
Malta Film Fund:
https://www.facebook.com/MaltaFilmFund/
Malta Film Studios:
https://www.facebook.com/MaltaFilmStudios/
Malta Tourism Authority:
https://www.facebook.com/visitmalta
https://www.facebook.com/visitmaltauk
https://www.facebook.com/visitmaltait
https://www.facebook.com/visitmaltafr
https://www.facebook.com/visitmaltade
https://www.facebook.com/MooiMalta
https://www.facebook.com/visitmaltaes
https://www.facebook.com/visitmaltarus
https://www.facebook.com/visitmaltaus
https://www.facebook.com/VisitMaltaNordic
https://www.facebook.com/VisitMaltaCZ
https://www.facebook.com/VisitMaltaPL
https://www.facebook.com/MTAMalta
https://www.facebook.com/maltafireworks
https://www.facebook.com/maltachoirfest
https://www.facebook.com/InGuardiaParade
https://www.facebook.com/maltagoesruralapp
Minister for Tourism Official Page:
https://www.facebook.com/konradmizzi/
Projects Malta Limited:
https://www.facebook.com/Projects-Malta
Ministeru għat-Turiżmu — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8557 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?
Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?
Ministeru għat-Turiżmu — attendenza għal festini/riċevimenti/ikliet/parties
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f’kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta’ xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta’ Diċembru 2018? Jista’ jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta’ Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta’ kull entità li taqa’ taħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontenut ta’ din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċioè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn ‘xi membru tal-ġudikatura’) u wkoll peress illi tirrelata għall-kondotta ta’ persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5463 u 4904 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11014 tat-12-il Leġiżlatura, minħabba li l-ispejjeż għas-safar jittieħdu minn fondi pubbliċi mħallsa mill-poplu u minħabba li l-Prim Ministru wiegħed Gvern trasparenti, jista’ l-Ministru jwieġeb u jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, għal kemm ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu? Jista’ jgħid ukoll jekk il-booking tat-titjiriet u lukandi sarux permezz ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar? Jekk iva, liema huma dawn l-aġenziji? Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet jew saru b’direct order?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-safar dejjem sar in konformi mal-proċeduri stabbiliti miċ-Ċivil u bl-approvazzjoni tal-Kabinet. Kemm ilni Ministru tat-Turiżmu għamilt 8 żjarat uffiċjali fl-2017 u 30 żjara uffiċjali fl-2018. L-ispiża medja għal kull żjara kienet tammonta għal €2,600.
Port Ħieles – investiment għal tnaqqis ta’ ħsejjes
Question
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm mill-€31 miljun li se jkunu investiti fil-Port Ħieles huma intiżi biex jitnaqqsu l-ħsejjes li qed jiġi ġenerat mill-istess kumpanija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mgħoddija mill-Malta Freeport Terminals, hu previst li 90% ta’ dan l-investiment huwa relatat ma’ makkinarju u titjib infrastrutturali li jnaqqsu l-istorbju ġġenerat mill-Port Ħieles. Dan l-investiment jinkludi:
· 15-il
crane
(RTGs) ġdid. L-RTGs il-ġodda huma mgħammra bl-aħħar teknologija. Fost oħrajn huma mgħammra b’
white noise alarms
li ma’ inżul ix-xemx awtomatikament jnaqqsu l-ħoss tagħhom għall-benefiċċju tar-residenti ta’ Birżebbuġa. Huma mgħammra wkoll b’teknoloġija ta’
stacked profiling
li permezz ta’ sistema ta’
lasers
se jiġi evitat impatt ma’ kontejners oħra. L-RTGs iħaddnu wkoll sistema ta’
automatic steering
.
· Madwar 67
tractor
u
trailor
li ġew ordnati din is-sena.
Ta’ min wieħed jinnota li apparti minn dan l-investiment, bħala Corporate Social Responsibility, il-Malta Freeport Terminals ser tkun qiegħdha tiffinanzja ġnien ġdid li ser isir f’Birżebbuġa ma’ ġenb Triq San Patrizju. Dan ser jieħu inkonsiderazzjoni pjanar biex jitnaqqsu l-ħsejjes iġġenerati mill-Freeport.
Port Ħieles – tnaqqis ta’ ħsejjes – timeline u miżuri
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' miżuri konkreti u timeline li se jnaqqsu l-ħsejjes mill-Port Ħieles?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern u l-Ministeru għat-Turiżmu permezz tal-Malta Freeport Corporation u l-ERA, b’mod kostanti baqa’ jagħmel moniteraġġ fuq il-Malta Freeport Terminal. Saru studji u rapporti li minnhom ħareġ x’miżuri trid taddotta l-Malta Freeport Terminals sabiex tiġi mitigata din il-problema. Dawn il-miżuri qed jitwettqu skont ir-rapport li kien ġiet ppreżentat fl-Environmental Monitoring Committee fejn fih kien hemm proposti fuq bażi short, medium u long term.
Tajjeb li l-Onor. Interpellant ikun jaf li:
· tnaqqas il-ħoss tas-sistemi tal-alarms mal-krejnijiet li jimxu bir-roti (RTG’s) skont l-istandard EN I20 7731;
· ġiet installata s-sistema
crane slow down feature
s’issa f’65% tal-Quay Cranes biex ma jkunx hemm tiżbita finali meta l-container jitniżżel fuq it-trakk;
· din is-sena inġabu 15-il krejn RTG ġodda li għandhom sistema ta’
white noise
biex b’hekk jonqsu l-ħsejjes waqt li jkunu qed jgħabbu jew iħottu l-containers;
· saru xogħlijiet fuq 107,000sqm ta’ toroq fiż-żona tal-Freeport;
· Għadu għaddej tibdil ta’ uċuħ tat-toroq li kienet magħmula minn
cobbled blocks
u li issa qed jingħataw it-tarmac. Inbidlet ukoll art li kienet miksija bil-pjanċi tal-ħadid fejn flokhom ingħata l-konkrit;
· Saret konsultazzjoni bejn Transport Malta u l-Malta Freeport Terminal dwar attivita ta’ refuelling ta’ vapuri sabiex ma jsirx daqq ta’ ħornijiet mill-vapuri;
· Saret konsultazzjoni bejn Transport Malta, Infrastructure Malta u l-Korporazzjoni sabiex is-South Road tingħata t-tarmak. Din it-triq jgħaddu madwar 310 vettura kuljum;
· Il-Malta Freeport Terminal kontinwament tagħmel
upgrades
fl-appart li tuża’ sabiex tnaqqas l-istorbju;
· Il-Malta Freeport Terminal intrabtet ukoll li tagħmel tisbieħ tal-ġnien ta’ Birżebbuġa maġenb Triq San Patrizju. Dan ser jieħu inkonsiderazzjoni pjanar biex jitnaqqsu l-ħsejjes iġġenerati mill-Freeport.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jonqos xi jsir u l-implimentazzjoni tal-miżuri tkompli.
Jista’ l-Ministru jgħid x'persentaġġ ta' ħsejjes s'issa naqqas l-Port Ħieles minn wara r-rapport tal-ħsejjes ikkumissjonat mill-istess kumpanija fl-2016?
Ministeru għat-Turiżmu — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013? Jista’ jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma’ tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda Assistent Parlamentari taħt dan il-dekasteru bejn l-2008 u l-2013.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm u x'inhuma l-pjanijiet tat-tisbiħ jew titjib infrastrutturali għal The Strand f'Tas-Sliema?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed jiġi studjat kif tista’ titjieb l-imsemmija żona. Fost l-affarijiet li qed inħarsu lejhom hemm titjib tal-pavimentar li f’partijiet minnhom huwa fi stat ħażin ħafna, titjieb ta’ street furniture bħal bankijiet, tibdil ta’ dawl għal wieħed aktar ekonomiku u modern, kif ukoll il-possibilita’ ta’ pjanar iżjed modern u xieraq għal din il-promenade.
Jista’ l-Ministru jindika fejn fil-Port Ħieles il-vapuri qegħdin jingħataw il-fuel?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li kif kienet il-prassi minn żmien l-amministrazzjoni ta’ qabel l-2013, il-vapuri li jidħlu l-Port Ħieles jingħataw fuel kemm minn fuq il-mollijiet u kemm minn fuq il-baħar.