Legislature:
Category:
Reset
Active:

Karozzi li waqfet titħallsilhom il-liċenzja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26901 u 27083 u jgħid kemm hawn karozzi li waqfet titħallsilhom il-liċenzja, imma li qatt ma ġew scrapped (karozzi li qed jinżammu ġewwa mingħajr ma qatt ġew uffiċjalment garaged)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sidien ta’ vetturi li għandhom il-liċenzja taċ-ċirkolazzjoni tagħhom skaduta u li qatt ma ġew uffiċjalment ‘scrapped’ jew ‘garaged’ sal-aħħar ta’ Frar 2025 jammontaw għal 39,924 vettura.

Skema — Arrears of Motor Vehicle Licence Fees

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26902 u 27084 u jgħid kemm kien hemm vetturi, minn kull kategorija, li għamlu użu mill-iskema ta' regolarizzazzjoni tal-ħlas b'lura ta' liċenzji (Arrears of Motor Vehicle Licence Fees), mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn is-sena 2018 u l-15 ta’ Ottubru 2022, meta kienet għadha fis-seħħ l-iskema, ġew regolarizzati total ta’ 4,912 vettura. Il-maġġoranza sostanzjali ta’ dawn il-vetturi kienu tal-kategorija M1 (vetturi tal-passiġġieri).

Transport Malta — Senior Managers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26941 u 27085 u jgħid kemm hemm persuni fi grad ta' Senior Managers fi Transport Malta, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi kull wieħed kemm-il sena ilu jaħdem fl-Awtorità fi kwanlunkwe grad, l-ogħla livell ta' edukazzjoni, u kwanlunkwe speċjalizzazzjoni (degree, diploma jew grad ieħor) li għandu fis-settur?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninsab infurmat illi fl-Awtorità hemm 38 impjegat fil-grad ta’ Senior Manager. Ninfurmah illi l-impjegati f’dan il-grad huma fil-pusses ta’ kwalifiċi minn MQF Level 3 sa 7 f’oqsma varji. Il-kumplament tal-informazzjoni kif mitluba mhux etiku li tingħata f’tweġiba għall-mistoqsija parlamentari minħabba li d-data mitluba hija marbuta ma’ informazzjoni privata tal-individwu.

Vetturi reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27109 u jgħid kemm ġew reġistrati vetturi kull sena, bejn l-2018 u l-2024 u jaqsam din l-informazzjoni f’tabella li turi kemm minnhom ġew reġistrati minn: i. sidien ta’ nazzjonalità Maltija; ii. sidien ta’ nazzjonalità fl-Unjoni Ewropea; u iii. sidien ta’ nazzjonalitajiet oħra barra mill-Unjoni Ewropea?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tabella hawn taħt turi l-għadd ta’ vetturi reġistrati u liċenzjati kull sena bejn l-2018 u l-2024. Mhux possibbli nifirdu l-ammont ta’ sidien ta’ nazzjonalità fl-Unjoni Ewropea minn dawk ta’ pajjiżi oħra barra l-Unjoni Ewropea, billi din l-informazzjoni ma tinġabarx fil-proċess tar-reġistrazzjoni tal-vetturi. Sena Maltin Barranin (EU & Non-EU) Total 2018 23,953 3,171 27,124 2019 24,283 2,955 27,238 2020 17,651 2,658 20,309 2021 17,229 3,739 20,968 2022 17,592 5,342 22,934 2023 18,853 5,550 24,403 2024 18,244 2,959 21,203

Vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 13187 u 23262, jista' l-Ministru jaġġorna l-lista sħiħa tal-pjanċi tal-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’ sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27144 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (BONETT, CHRIS)

Tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Liċenzji tas-sewqan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji tas-sewqan għal persuni barranin mhux Ewropej matul is-snin 2019, 2020, 2023, 2024 u matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-snin 2019, 2020, 2023, 2024 u l-ewwel xahrejn ta’ din is-sena inħarġu total ta’ 11,046 liċenzja tas-sewqan lil persuni barranin ġejjin minn pajjiżi terzi. Ta’ min wieħed jinnota li mis-sena 2020 ’il quddiem, l-istatus taċ-ċittadini Brittaniċi inbidel mill-UE għal pajjiżi terzi.

Liċenzji tas-sewqan lil persuni mill-Ewropa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm liċenzji tas-sewqan maħruġa fuq persuni mill-Ewropa sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-snin 2019, 2020, 2023, 2024 u l-ewwel xahrejn ta’ din is-sena inħarġu total ta’ 5,837 liċenzja tas-sewqan lil persuni barranin ġejjin mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Ħaż-Żabbar — Triq Ħaż-Żabbar - Spiża

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat (breakdown) ta' fuqiex intefqet l-ispiża ta' €10 miljun li ntefqet biex titranġa Triq Ħaż-Żabbar, f’Ħaż-Żabbar?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, b’sodisfazzjon kbir, Infrastructure Malta daħlet għal dan il-proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ Triq Haż Żabbar, Żejtun. Il-ħsieb wara dan il-proġett kien li tiġi implimenta rotta ferm aktar sigura għal min juża’ din it-triq - kemm għan-nies li jiddeċiedu li jimxu minn din it-triq, għaċ-ċiklisti u għall-utenti kollha li jużaw il-vetturi tagħhom biex miż-Żejtun imorru għal Ħaż-Żabbar u lura. L-ispejjeż eżatti ta’ dan il-proġett għadhom qed jiġu kkwantifikati u mkejla, iżda qed jiġi stmat li l-valur totali tax-xogħlijiet ċivili jammonta għal madwar €1.6 miljun, filwaqt li t-tħawwil ta’ siġar, arbuxxelli u pjanti, tisbiħ ġenerali, sistema ta’ irrigazzjoni, kif ukoll dawl ġdid tal-bankini, jammonta għal madwar €200,000.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Chief Executive Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma ċ-Chief Executive Officers tad-diversi aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid wkoll: (a) Kemm damu/ilhom fil-ħatra dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom? (b) Kif ġew magħżula kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (ċ) X'kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra ħadu/qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (e) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f'liema kariga/grad, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari,? (f) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f'liema kariga/grad qegħdin, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' ħatra u l-kuntratt ta' dawn iċ-Chief Executive Officers?

Response (BONETT, CHRIS)

Qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Belt Valletta — Triq Merkanti u Triq San Kristofru – Tiswija ta’ ċangatura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li ċ-ċangatura bejn Triq Merkanti u Triq San Kristofru fil-Belt tissewwa qabel il-purċissjoni tad-Duluri?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Bormla — Pjazza Gavinu Gulija – Tiswija ta’ ċangatura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li ċ-ċangatura fi Pjazza Gavino Gulia f’Bormla tissewwa qabel il-purċissjoni tal-Irxoxt peress li qiegħda taqa’ biċċa biċċa?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26963.

MV Nikolaos — Passiġġieri li jitħallew fil-karozzi tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif Transport Malta taċċetta li l-MV Nikolaos tippermetti li passiġġieri jibqgħu fil-vetturi tagħhom waqt il-vjaġġ?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-regoli f’dan ir-rigward joħorġu mis-Safety Management System, li tinkludi l-Operational Guidelines tal-Gozo Channel Operations Limited. Dawn ir-regoli huma konformi mal-Konvenzjoni Internazzjonali SOLAS (Safety of Life at Sea). Huwa d-dmir u r-responsabbiltà tal-Kaptan tal-vapur li jiżgura li dawn il-linji gwida jkunu osservati.

MV Nikolaos — Nuqqas ta’ aċċessibilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif Transport Malta taċċetta li l-MV Nikolaos m’għandhiex aċċessibilità, bħalma huma lifts, għall-persuni li ma jistgħux jaċċessaw id-deck tal-passiġġieri?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27118.

MV Nikolaos — Passiġġieri li jitħallew fil-karozzi tagħhom - Nuqqas ta’ aċċessibilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk uffiċjali ta’ Transport Malta jqisux li n-nuqqas ta’ aċċessibilità tal-MV Nikolaos jiġġustifikax li l-passiġġieri jitħallew jibqgħu fil-vetturi tagħhom waqt il-vjaġġ?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27118.

SOLAS — MV Nikolaos - Passiġġieri li jitħallew fil-karozzi tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk uffiċjali ta’ Transport Malta jarawx li hu sigur li l-passiġġieri jibqgħu fil-vetturi tagħhom waqt il-vjaġġ fuq l-MV Nikolaos? Jista’ jgħid ukoll jekk dan hux konformi mal-konvenzjoni internazzjonali SOLAS (Safety of Life at Sea)?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27118.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (BONETT, CHRIS)

Tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Port tal-Imġarr — Fast Ferry - Terminal permanenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-konkret meta hu maħsub li jinbena u jsir terminal permanenti għall-persuni li jkunu qed jistennew li jirkbu l-fast ferry fil-Port tal-Imġarr, peress li qed ikun hemm inkonvenjent kbir għall-persuni li jużaw il-fast ferry peress li m’għandhomx fejn jistkennu minħabba l-elementi tat-temp?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-terminal diġà eżistenti fil-Port tal-Imġarr huwa kbir biżżejjed biex jakkomoda kemm il-passiġġieri li jużaw il-vapuri tal-Gozo Channel, kif ukoll il-Fast Ferry. Għaldaqstant, għal fini ta’ governanza tajba, mhux ser ikun qed jinbena terminal ġdid iżda ser jiġi massimizzat l-użu tat-terminal eżistenti. Fiż-żmien li ġej, ser isiru interventi żgħar biex il-passiġġieri li jużaw il-Fast Ferry jkollhom l-istess servizz bħal dawk li jużaw il-Gozo Channel.

Il-Birgu — Fortizza ta’ Sant’Anġlu - Containers

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26264, jista’ l-Ministru jara li jsiru r-rappreżentazzjonijiet neċessarji biex in-numru ta’ containers li hemm quddiem il-Fortizza ta’ Sant’Anġlu fil-Birgu, jitneħħew sabiex l-ambjent u s-swar ma jkollhom xejn li jostakolahom?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Tarxien — Triq Paola - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26275, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex preparat rapport tekniku dwar ir-raġunijiet li wasslu għall-kollass kważi totali ta’ Triq Paola, Ħal Tarxien? X’tip ta’ xogħol rimedjali ser ikun eżegwit u kemm ser jiswa? Jista’ jgħid ukoll jekk dan huwiex ser jitlesta qabel tibda l-festa tar-raħal?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qegħdin isiru it-testijiet neċessarji fuq servizzi li hemm eżistenti kif ukoll evalwazzjoni tal-ħsara li hemm u x’seta’ ikkawża din ħsara biex b’hekk jista’ jiġi stabbilit ix-xogħol ta’ rimedju li jrid isir. Il-pjan hu li x-xogħol ta’ rimedju jsir fis-sajf hekk kif kien mifthiem mal-Kunsill Lokali u għaldaqstant wara l-festi tal-lokal.