Legislature:
Category:
Reset
Active:

LESA – żieda fl-uffiċjali u impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu uffiċjali u impjegati mal-LESA dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3598 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — CEOs

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 400 u jagħti n-numru ta' CEOs li huma impjegati mill-Gvern li jaqgħu taħt id-dekasteru rispettiv tal-Ministeru tiegħu u fejn huma impjegati? Jista' jagħti s-salarju li kull CEO rispettiv jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.

Birżebbuġa – Triq Feliċjan — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq Triq Feliċjan, Birżebbuġa għaliex dawn ix-xogħlijiet qegħdin joħolqu diversi inkonvenjenzi lir-residenti ta' din it-triq?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari nru 2907.

Birżebbuġa – Triq it-13 ta’ Diċembru – xogħol fuq il-bankini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq il-bankini ta' Triq it-13 ta' Diċembru, Birżebbuġa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari nru 2995 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Transport Malta – sewwieqa tat-trasport pubbliku li ma segwewx ir-rotot

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm defaults matul is-snin 2020, 2021 u 2022 (sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari) xahar b'xahar, għaliex sewwieqa tat-trasport pubbliku ma segwewx ir-rotta stabbilita?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2020 sa Lulju ta din is sena kienu innotati s-sussegwenti inċidenzi fejn is-sewwieqa tal-karrozzi tal-linja ma segwewx ir-rotta stabbilita. L-inċidenzi huma hekk kif indikat: 2020 113 2021 292 2022 (Sa Lulju) 130 Dawn id-“defaults” jinħarġu wara li l-kazijiet identifikati jiġu nvestigati sabiex jiġi stabbilit li ma kienx hemm raġuni valida għalfejn ix-xufier ma’ segwiex ir-rotta stabilita bħal per ezempju xogħolijiet fit-toroq, rikjesti sabiex tingħalaq it-triq, kif ukoll xi inċidenti fit-triq. Wieħed irid jinnota ukoll li uħud mill-kazi innotati fit-2022 għadhom qegħdin jiġu investigati.

Kunsill Lokali Għawdxin – għajnuna għall-pedestrian friendly roads

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsilli Lokali Għawdxin humiex ser jingħataw għajnuna minn Infrastructure Malta bħalma ser jingħataw kunsilli lokali f'Malta jekk jidentifikaw toroq fil-lokalitajiet tagħhom li jistgħu jkunu 'pedestrian-friendly roads'?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3173 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Autonomous buses

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2476 u jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi fuq il-proġett pilota ta’ autonomous buses u jagħti indikazzjoni taż-żmien meta l-proġett ikun jista’ jibda jopera?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li l-proġett-pilota għadu għaddej. Ikun irid isir ukoll evalwazzjoni tiegħu.

Msida Creek Project – pjanti, studji u dokumenti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti, studji u d-dokumenti kollha dwar l-Imsida Creek Project?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta ssottomettiet pjanti ġodda ta’ Msida Creek Project Road li qed inpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra flimkien ma’ Scheme Assessment Study li sar u viżwali fotografiċi tal-proġett. Minbarra l-bini ta’ flyover minflok il-junction bis-sistema ta’ traffic lights fix-Xatt tal-Imsida u faċilitajiet aktar siguri għal mezzi alternattivi tal-ivvjaġġar, inkluż mogħdija ġdida għall-mixi u r-roti, il-proġett jaħseb ukoll sabiex isir titjib kbir u tisbiħ tal-inħawi fil-madwar b’żoni ġodda għar-rikreazzjoni. Fil-fatt, 60% ta’ Msida Creek Project kif qed jiġi propost mill-aġenzija huwa ddedikat għal spazji pubbliċi miftuħa li ser jagħtu dehra ferm isbaħ lill-qalba ta’ din il-lokalità. Iż-żieda fl-ispazji miftuħa u żoni ta’ rikreazzjoni li ser jinħolqu permezz tal-proġett jinkludu pjazza ġdida ta’ 2,200 metru kwadru quddiem il-Knisja Parrokkjali u kanal tal-ilma baħar li jagħmel ukoll parti minn pjan għal kontra l-għargħar. Dan il-kanal twil 300 metru se jkun imdawwar b’passaġġi qalb is-siġar f’żona fejn wieħed ikun jista’ jqatta’ ħin ta’ mistrieħ f’ambjent għall-kwiet. Mill-junction tat-traffic lights fix-Xatt tal-Imsida jgħaddu aktar minn 4,500 vettura kull siegħa sabiex jivjaġġaw minn u lejn il-Belt Valletta u lokalitajiet oħrajn fil-viċin. L-investiment ta’ madwar €18-il miljun jinkludi l-iddisinjar u l-bini mill-ġdid tal-junction tat-traffic lights li tgħaqqad Triq il-Marina (minn u lejn Sa Maison u l-Belt Valletta), Triq il-Wied tal-Imsida u Triq Mikiel Anton Vassalli (minn u lejn ir-roundabout tal-iSkatepark f’Tal-Qroqq), kif ukoll it-titjib ta’ numru ta’ konnessjonijiet oħra ma’ toroq oħrajn fl-inħawi li jwasslu minn u lejn il-Gżira, Tas-Sliema u Ta’ Xbiex. Id-disinn propost għal dawn it-toroq se jelimina il-ħin ta’ stennija fit-traffic lights kif ukoll inaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar b’40% u r-riskji ta’ aċċidenti tul din ir-rotta arterjali, waqt li jtejjeb il-kwalità tal-arja fil-qalba tal-Imsida u f’żoni oħra fil-viċinanzi. Il-flyover ġdida, b’korsija f’kull direzzjoni u twila madwar 200 metru, li qed tkun proposta għal dan il-proġett se tgħaqqad direttament Triq il-Marina ma’ Triq Mikiel Anton Vassalli, sabiex jonqos l-impatt tat-traffiku fuq iż-żoni residenzjali u dawk għal rikreazzjoni fl-inħawi, fosthom il-prominad tal-Imsida. Bl-istruttura tal-flyover flok it-traffic lights, il-proġett se jżid l-effiċjenza u l-kapaċità ta’ din l-arterja, waqt li jnaqqas il-livelli għoljin ta’ tniġġis fl-arja u storbju li hemm bħalissa bil-waqfien u l-istennija sakemm jaqilbu d-dwal. Bħala parti minn dan l-investiment, Infrastructure Malta se ttejjeb ukoll il-konnessjonijiet għat-trasport pubbliku tul din ir-rotta fejn is-servizz tal-karozzi tal-linja huwa mfittex ħafna. Ser jinbnew ukoll bankini iżjed wisgħin u parti minn rotta ġdida max-xatt għall-mixi u r-roti, li ser tkun mifruda mit-triq u eventwalment tgħaqqad Tal-Pieta ma’ Ta’ Xbiex u Triq il-Wied tal-Imsida, filwaqt li ser ikun hemm numru ta’ pelican crossings li ser jagħtu l-faċilità li wieħed jaqsam it-triq b’mod sigur. L-aġenzija se toħloq ukoll parkeġġ bi spazju għal 100 vettura msaqqaf b’pannelli fotovoltaiċi, waqt li madwar il-Monument tal-Ħaddiem se tagħmel xogħol ta’ tisbiħ bi tħawwil ta’ aktar siġar u pjanti sabiex isir parti mill-ġnien pubbliku li se jkun akbar milli hemm illum u fi spazju miftuħ fiż-żona tal-madwar li flimkien jammontaw għal 4,500 metru kwadru. Il-pjanti l-ġodda tal-proġett jinkludu sistema komprensiva għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita sabiex tittaffa l-problema tal-għargħar li ilha teżisti f’din iż-żona għal għexieren ta’ snin.

Rabat, Malta – Triq it-Tiġrija — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2205, jista' l-Ministru jispjega min ħallas għax-xogħlijiet li kellhom jerġgħu jsiru biex issewwiet Triq it-Tiġrija wara li ġie kkonfermat li x-xogħol ma sarx kif suppost? Jista’ jpoġġi dokumenti dwar dan fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux il-każ li “x-xogħol ma sarx kif suppost”, imma l-ħsara f’parti żgħira minn din it-triq ġrat minħabba għargħar u l-ammont kbir ta’ ilma li ġie f’daqqa minn taħt il-wiċċ tat-triq, bil-konsegwenza li ġarr miegħu ħafna mill-materjal tal-bażi. Ġaladarba ma kienx każ li sar xogħol ħażin, it-tiswija saret minn Infrastructure Malta.

Rabat – Triq Doni – railing tat-taraġ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2206, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid għaliex it-taraġ fi Triq Doni, ir-Rabat ma sarlux railing biex ikun aċċessibbli? Jista’ jgħid jekk hux se jsir railing biex isir aċċessibbli?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari nru 3466 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Ir-Rabat — Telgħa tas-Saqqajja – Xogħlijiet fit-taraġ

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2455, jista' l-Ministru jispjega jekk il-proġett tat-Taraġ tas-Saqqajja, fir-Rabat, Malta tlestiex u jekk le, meta se jitlesta u x'fadal isir?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-parti l-kbira tal-proġett huwa lest, jonqos li jitwaħħlu partijiet żgħar mill-poġġaman u xogħol ta’ tisbiħ li jinkludi t-tqegħid ta’ ħamrija u tħawwil t’arbuxelli. Il-proġett għandu jkun lest sa nofs dan ix-xahar.

Servizz tat-trasport pubbliku – Rotta Nru 186

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-frekwenza tal-karozza tal-linja 186? Jista’ wkoll jispjega jekk isirx monitoraġġ li jkunu qed isiru t-traġitti kollha?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-frekwenza fuq ir-rotta 186 hija ta’ kull 30 minuta. Ninforma wkoll li se jsir monitoraġġ sabiex jiġi determinat li r-rotot isiru skont il-frekwenza stabbilita.

Proġett tal-Imsida — studji

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li ssemmew waqt il-Konferenza tal-Aħbarijiet meta tħabbar il-proġett kif mibdul tal-Imsida, speċifikament dak dwar l-għargħar li kkonferma li sar il-Kap Eżekuttiv? Jista’ jpoġġi wkoll studji oħra li saru wara li kien tħabbar il-proġett oriġinali u li fuqhom ġew ibbażati l-pjanti l-ġodda? Jista’ jagħti dettalji ta’ min għamel l-istudju tal-proġett tal-għargħar tal-Imsida u jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari Nru 3324.

Bajja tal-Mistra – stallazzjoni ta’ traffic lights fid-dħul u l-ħruġ tal-bajja

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk humiex ser jiġu installati traffic lights biex jiffaċilitaw id-dħul u l-ħruġ fil-Bajja tal-Mistra? Jekk iva meta, u jekk le x’soluzzjonijiet għandu l-Ministru għal din is-sitwazzjoni perikoluża?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm il-ħsieb li jiġu installati traffic lights fil-post indikat u qed nikkomunikaw ma’ Infrastructure Malta biex tiġi stabbilita data għal din l-installazzjoni.

Il-Mellieħa – Triq il-Wied ta’ Ruman — tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir azzjoni korrettiva fi Triq il-Wied ta’ Ruman fil-Mellieħa fejn it-tarmak niżel drastikament? Jista’ jikkonferma jekk dan jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jew Transport Malta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Il-Fgura – Triq Velleran – xogħlijiet fuq triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni wasal, fi Triq Velleran, il-Fgura? Jista’ jgħid kemm huwa kalkulat li ser iddum iktar biex tiġi finalizzata u kemm ser tiġi tiswa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tal-Fgura, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq Buqexrem, Triq ġdida fi Triq l-Għarnuq, Sqaq Rjallu, Triq il-Merħba, Triq is-Sur, Triq l-Għarnuq, Triq San Xmun, Triq San Tumas, Triq San Pietru, Triq Liedna, Triq Żabbar, Triq Hompesch, Triq Anġlu u Marianna Camilleri, Triq l-Għollieq, Triq il-Falkunier u Triq Rgħajja. Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq proġett b’investiment ta’ madwar €400,000 biex tibni mill-ġdid f’daqqa Triq il-Velleran, Triq il-Ġojjin u parti minn Triq il-Merħba li jmissu ma’ xulxin. Ix-xogħlijiet jinkludu servizzi taħt l-art għall-ilma, drenaġġ u għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita, bini ta’ bankini ġodda, tisħiħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid bl-asfalt. Ix-xogħlijiet fit-triq indikata tlestew u diġà ngħatat l-ewwel saffi t’asfalt, b’dak finali se jingħata meta jitlesta l-proġett kollu. Fil-Fgura bħalissa qegħdin isiru wkoll xogħlijiet fi Triq Mater Boni Consili, Triq San Ġorġ Preca, Triq Pace u Grasso, Triq il-Kitba u Triq Giacomo Matteotti.

Ħal Tarxien – Triq Manuel Buhagiar – xogħlijiet fuq triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni wasal, fi Triq Manuel Buhagiar, Ħal Tarxien? Jista’ jgħid kemm huwa kalkulat li ser iddum iktar biex tiġi finalizzata u kemm ser tiġi tiswa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Marjanu Gerada, Triq Santa Marija, Triq Paola, Triq Birbixkilla, Triq Ġużeppi Montebello, Triq Francesco Crispi, Triq San Anard, Triq Xintill, Triq l-Isqajjaq, Triq it-Tabib Jimmy Farrugia u numru ta’ sqaqien, Triq Santu Wistin, Triq il-Lampuka, Triq it-Tarzna, Triq il-Knisja, Vjal Simmons, Triq Birżebbuġa u Triq Manuel Buhagiar. L-aġenzija fetħet ukoll parkeġġ pubbliku ġdid bi spazju għal 128 vettura biswit il-Kulleġġ San Tumas More Skola Medja, inqas minn 200 metru mill-Knisja Parrokkjali. Dawk li jgħixu f’dawn l-inħawi, jew li jżuruhom, jistgħu jipparkjaw fih u jimxu l-bqija tat-triq lejn il-qalba tal-lokalità u b’hekk ikunu qed inaqqsu l-karozzi fit-toroq dojoq tal-madwar. Triq Manuel Buhagiar tlestiet xahar ilu u l-bini mill-ġdid tagħha kien jinkludi bdil ta’ servizzi taħt l-art għall-ilma, telekomunikazzjoni u drenaġġ skont il-ħtieġa, bini ta’ bankini ġodda, tisħiħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Huwa stmat li l-valur ta’ dawn ix-xogħliiet jammonta għal madwar €250,000. Bħalissa għaddej il-bini mill-ġdid ta’ ħafna toroq oħrajn madwar il-pajjiż, fosthom fi Triq Sant Antnin, f’Ħal Tarxien.

Trasport Pubbliku — Rotta X300

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex terġa’ tiġi introdotta r-rotta tal-karozza tal-linja bin-numru X300 li kienet topera bejn il-port taċ-Ċirkewwa u l-Isptar Mater Dei, l-Università u l-Belt Valletta b'mod dirett, issa li l-iskeda tal-fast ferry bejn Għawdex u Malta mhix waħda addattata għall-istudenti u ħaddiema Għawdxin f'Malta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari nru 2864.

Iż-Żejtun – Triq Nikola Attard — bankina

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-bankina li hemm sfrundata u mkissra fi Triq Nikola Attard, Żejtun tissewwa billi qiegħda tikkaġuna ħsara lill-proprjetajiet privati?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2919 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.