Legislature:
Category:
Reset
Active:

In-Naxxar — Triq San Pawl - xogħol ta' resurfacing

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6129, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?

Response (BORG, IAN)

Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa. L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.

Il-Mellieħa – bypass – għażla ta’ kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ġew magħżula l-kuntratturi li qegħdin jaħdmu fuq il-bypass tal-Mellieħa peress li dan ix-xogħol ingħata permezz ta’ direct order? Jista’ jagħti break down tal-ispejjeż kollha relatati max-xogħol li qed issir fuq il-bypass tal-Mellieħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol indikat qed isir minn kuntratturi mqabbda ma’ Transport Malta għal ħidmiet simili fit-toroq permezz ta’ framework agreement stabbilit wara sejħa għall-offerti. Servizzi addizzjonali meħtieġa sabiex jitwaħħlu tabelli ġodda u jsiru l-linji u marki oħra fuq l-asfalt ġdid tat-triq ġew kuntrattati lill-kumpanija li tefgħet l-irħas offerta, wara li nkisbu kwotazzjonijiet mingħand il-provdituri ta’ dawn it-tip ta’ servizzi.

In-Naxxar — Triq San Ġorg - xogħol ta' resurfacing

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6130, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta ser jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?

Response (BORG, IAN)

Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa. L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.

In-Naxxar – Triq il-Fortizza tal-Mosta – xogħol ta’ resurfacing

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6131, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta ser jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?

Response (BORG, IAN)

Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa. L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.

In-Naxxar – Trejqet il-Ħuġġieġa – xogħol ta’ resurfacing

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6132, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta ser jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?

Response (BORG, IAN)

Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa. L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.

In-Naxxar – Vjal il-21 ta’ Settembru – xogħol ta’ resurfacing

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6133, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta ser jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?

Response (BORG, IAN)

Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa. L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.

Ħal Luqa – Triq il-Belt Valletta – xogħol ta’ asfaltar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jibda x-xogħol ta’ asfaltar tant bżonnjuż fi Triq il-Belt Valletta f’Ħal Luqa?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6791 - Ħal Luqa – Triq il-Belt Valletta – xogħol ta’ asfaltar nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali. L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu se jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.

Il-Fgura – Triq il-Karmnu – landscaping tar-roundabout

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5334, jista’ l-Ministru jgħid huwiex se jsir il-landscaping tar-roundabout li saret fi Triq id-Dejma, il-Fgura peress li ilha biex issir mill-inqas mit-23 ta’ April 2018?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.

Building Regulation Office — spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Building Regulations Office f'dawn l-aħħar 12-il xahar? Jista' jsemmi l-lokalitajiet fejn saru dawn l-ispezzjonijiet u jekk dawn sarux minħabba xi lmenti li rċieva dan l-uffiċċju jew jekk inkella kenux spezzjonijiet li saru għall-għarrieda fuq inizjattiva tal-istess uffiċċju?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra skont kif provduta mill-Uffiċċju għar-Regolamentazzjoni tal-Bini. Tajjeb jingħad li jkun hemm spezzjonijiet kemm minħabba lmenti reċevuti kif ukoll għall-għarrieda fuq inizjattiva tal-istess uffiċċju.

Building Regulations Office – spezzjonijiet fuq sit ta’ kostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni fuq sit ta’ kostruzzjoni għamel xahar b’xahar il-Building Regulations Office (BRO)?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ spezzjonijiet li saru mill-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini kienu kif ġej: Ġunju 2017 329 Lulju 2017 373 Awwissu 2017 293 Settembru 2017 203 Ottubru 2017 334 Novembru 2017 316 Diċembru 2017 203 Jannar 2018 316 Frar 2018 368 Marzu 2018 258 April 2018 305 Mejju 2018 271 Ġunju 2018 301 Lulju 2018 238 Awwissu 2018 221

Awtorità tal-Ippjanar – Tas-Sliema — sottomissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' Tas-Sliema bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tal-Ippjanar – San Ġiljan — sottomissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' San Ġiljan bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tal-Ippjanar – San Ġiljan – Paceville — sottomissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar Paceville li jinsab fil-konfini tal-lokalità ta' San Ġiljan bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.