Legislature:
Category:
Reset
Active:

Abbozz ta' Liġi Nru 28

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li l-Abbozz ta’ Liġi Nru 28 li hu għamel l-Ewwel Qari tiegħu nhar il-21 ta' Novembru 2022, sar qabel ma ġie diskuss u/jew approvat mill-grupp parlamentari tal-Partit Laburista? Jista’ jikkonferma li fil-fatt nhar l-Erbgħa, 23 ta’ Novembru 2022, il-Grupp Parlamentari tan-naħa tal-Gvern iltaqa’ fil-binja tal-parlament biex jiddiskuti dan l-Abbozz u li f’din il-laqgħa ma kienx hemm qbil unanimu fuq l-Abbozz kif ippreżentat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hi żbaljata fl-asserzjoni tagħha.

Constant Glucose Monitors

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jitkompla r-rollout tal-Constant Glucose Monitors u jiċċara jekk dawn il-pazjenti hux se jingħataw il-monitor biss jew hux se jkollhom is-servizz ta’ Remote Patient Monitoring ukoll?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-ġimgħat li ġejjin ser ikun hemm aktar twessigħ (rollout) tas-sistema tal-Continuous Glucose Monitors.

Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete 2016-2020 – surveillance system to monitor diabetes

Question

Peress li fl-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete (2016-2020)(Pg 65) tgħid li “Our overall goal is to promote research into all aspects of diabetes and build an appropriate surveillance system to monitor diabetes incidence and prevalence as well as to document intermediate and terminal outcomes in order to continuously improve the quality of service for persons with diabetes.”, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, x’sar f’pajjiżna biex tinħoloq “an appropriate surveillance system to monitor diabetes”?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern ħatar żewġ konsulenti ġodda speċjalizzati fid-dijabete biex jaħdmu fis-settur tal-Kura Primarja. Dan sar biex jitnaqqas id-dewmien u l-istennija minn meta pazjent jinstab li qed ibati bid-dijatete sa meta jara għall-ewwel darba speċjalista fl-isptar. Il- konsulenti qed jaraw anke pazjenti li jkunu identifikati li ma jkunux għadhom dijabetiċi imma jkunu f’risku imminenti li taqbadhom id-dijabete f’qasir żmien, dik li nsejħulha pre-diabetic stage jew impaired glucose tolerance. Infetħet ukoll ‘Foot clinic’ ġo B’Kara health center. Health centers prinċipali ġew mgħammra b’retinal scanner bil-għan li l-pazjenti jistennew inqas biex jirċievu dawn is-servizzi. Dawn il-konsulenti, flimkien ma’ dawk ta’ Mater dei, malli jiltaqgħu ma’ pazjenti dijabetiċi qegħdin jirreferuhom kollha mal-ewwel għand il-podoliġista u l-oftalmologu, ħalli jekk ikun hemm xi riskju ta’ komplikazzjonijiet jinqabdu mal-ewwel. Infakkar ukoll lill-Onor. Interpellant illi l-ispeċjalisti kollha tas-saħħa pubblika, anke dawk fi ħdan id-Direttorat għall-informazzjoni dwar is-Saħħa, kienu involuti fl-isforz kontra l-pandemija tal-Covid-19. Fl-aħħar xhur beda ezerċizzju ta' linkage bejn numru ta' reġistri eżistenti sabiex tinħoloq l-istatistika meħtieġa u din tkun ikkunsidrata u inkluża fit-tieni strateġija tad-dijabete.

Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete 2016-2020 – reġistru tal-pazjenti

Question

Peress li fl-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete (2016-2020)(Pg 66) tgħid li “There is a pressing need to establish the necessary infrastructure for surveillance of diabetes at a national level. Whilst for other chronic illnesses such as cancer, the existence of a truly national register for the past twenty years has allowed the reasonably accurate monitoring of incidence and outcomes this has yet to be developed for diabetes.”, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq ir-reġistru ta’ pazjenti bid-Dijabete hekk kif kien ippjanat fid-Dokument tal-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete 2016-2020?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 4556.

Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete 2016-2020 – specific health literacy programme for persons with diabetes

Question

Peress li fl-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete (2016-2020) (Pg 31) bħala azzjoni importanti fl-implimentazzjoni tagħha twiegħed “Development and implementation of a specific health literacy programme for persons with diabetes”, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex waslet din l-azzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi diversi programmi u inizjattivi huma disponibbli biex iżidu l-litteriżmu dwar is-saħħa fost persuni li jgħixu bid-dijabete. Ktejjeb dettaljat dwar l-għajxien bid-dijabete għadu kif ħareġ u huwa disponibbli online fuq www.healthpromotion.gov.mt. Helpline dwar in-nutrizzjoni huwa disponibbli. Appoġġ huwa disponibbli mit-Taqsima tal-Edukazzjoni tad-Dijabete fl-Isptar Mater Dei minn infermiera tad-dijabete. Fis-sena 2022, kampanja nazzjonali ta’ informazzjoni ffukat fuq zokkor moħbi fl-ikel.

Renal Clinic ġdid

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx intenzjoni li tibda topera Renal Clinic ġdida li ma tkunx fl-isptar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tabib ewlieni tal-Gvern qiegħed iħejji brief intern dwar kif għandu jespandi s-servizz tar-Renal Dialysis fis-snin li ġejjin.

Renal Unit – infermiera ġodda

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’kien in-numru ta’ infermiera ġodda gradwati mill-Università ta’ Malta li daħlu jaħdmu fir-Renal Unit fl-2021 u fis-sena preżenti, maqsuma sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 4 infermiera ġodda li bdew jaħdmu r-Renal Unit fl-2021 u 4 infermiera ġodda bdew jaħdmu r-Renal Unit fl-2022.

Renal Unit – infermiera speċjalizzati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu n-numru ta’ infermiera speċjalizzati li hemm jaħdmu fir-Renal Unit?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull infermier fir-Renal Unit jingħata taħriġ fl-ispeċjalità.

Renal Unit – tagħmir second hand

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx xi tagħmir (equipment) li jintuża fir-Renal Unit li nxtara second hand?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m’hemm l-ebda apparat li jintuża fir-Renal Unit li nxtara second hand.

Magna tar-renal dialysis

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-magna li tintuża għar-renal dialysis taħdimx b’sistema speċifika li tutilizza card bis-settings individwali għal kull pazjent? Jekk iva, jista’ jgħid għalfejn din is-sistema mhijiex tintuża għas-sessjonijiet tad-dialysis kollha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-magni tal-kliewi jaħdmu permez ta’ card bil-parametri tal-pazjenti individwali storjati fiha.

Renal nurses trasferiti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il renal nurse kienu trasferiti lejn swali oħra sena b’sena matul l-aħħar ħames snin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t'hawn taħt. 2018 2 2019 6 2020 2 2021 1 2022 2

Sptar Mater Dei – servizz ta’ qtugħ ta’ xagħar jew tqaxxir tal-leħja lill-pazjenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk fl-Isptar Mater Dei hemmx persuni li jagħtu servizz ta’ qtugħ ta’ xagħar, jew tqaxxir tal-leħja lill-pazjenti li jkunu rikoverati fl-isptar għal tul ta’ żmien? Jekk iva, kif jista’ pazjent jingħata dan is servizz?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-Isptar Mater Dei jingħata s-servizz ta' barbier lill-pazjenti li jitolbuh.

San Pawl il-Baħar – Berġa

Question

B’referenza għad-domandi parlamentari 3902 u 4415 u r-risposti tagħhom dwar berġa fl-inħawi ta’ Pawl il-Baħar, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma jekk ġiex identifikat is-sit fejn ser tkun qiegħda tinfetaħ din il-Klinika tal-Komunità? Jekk iva f’liema triq ser tkun qiegħda tinfetaħ din l-istess klinika?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 3902.

Ċentru tas-Saħħa Mosta – servizz ta’ ttestjar tal-għajnejn

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jerġa’ jibda s-servizz tal-ittestjar tal-għajnejn fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta u sussegwentement ikun ordnat in-nuċċali tal-vista b’xejn, peress li jirriżulta li dan is-servizz ilu li twaqqaf mill-1 ta’ Novembru tas-sena l-oħra u kull min jirrikjedi dan is-servizz qiegħed minflok jintbagħat iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana, b’mod li qed ikun ta’ inkonvenjent? Jista’ jgħid għala dan is-servizz mhux qed ikun ipprovdut?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li l-professjonist li kien jipprovdi dan is-servizz irtira, ħar[et sejħa biex jiġi ingaġġat Optomitrist ġdid. Din is-sejħa għalqet fl-4 ta’ Novembru u bħalissa għaddej il-proċess tal-interviews.

Sptar Boffa – Nurses ma’ pazjenti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm nurses ma’ kull pazjent fl-Isptar Boffa? Jista' jgħid x'investiment se jsir fl-Isptar Boffa biex jiġi żgurat l-aqwa servizz?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Isptar Boffa hemm Staff Complement komplet. Biex jiġi żgurat l-aqwa servizz hemm 4 żoni partikolari li ser isirlhom intervent li jinkludi fost oħrajn rinovar tas-swali.

Testijiet tad-Demm

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru testijiet tad-demm fl-Isptar Mater Dei minn Jannar 2021 sakemm titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella hawn taħt. Year period Test Totals 01/01/2021 – 31/12/2021 12,681,538 tests 01/01/2022 – 31/10/2022 10,792,364 tests

Renal dialysis li ma sarux minħabba nuqqas ta’ staff

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk minn Jannar tal-2021 ’l hawn kienx hemm xi okkażjonijiet fejn pazjenti morda bil-kliewi ma setgħetx issirilhom renal dialysis minħabba nuqqas ta’ staff?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull minn kellu jew għandu bżonn ta’ servizz ta’ renal dialysis qiegħed jieħu l-kura kollha meħtieġa

Sptar – appuntament għal dialysis

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega l-proċedura biex isir appuntament ġdid għad-dialysis f’każ li l-appuntament oriġinali jkun ikkanċellat min-naħa tal-isptar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’każ li l-appuntament oriġinali jkun ikkanċellat il-pazjent jingħata appuntament jew dakinhar stess jew l-għada.

Appuntamenti għad-dialysis ikkanċellati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk minn Jannar tal-2021 ’l hawn kienx hemm xi istanzi fejn appuntamenti għad-dialysis ġew ikkanċellati meta l-pazjent kien diġà wasal l-isptar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 4649.

Appuntamenti għad-dialysis ikkanċellati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienu kkanċellati appuntamenti għad-dialysis minn Jannar tal-2021 sa issa, indikati skont is-sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 4649.