Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Għaxaq – Siġar taż-żebbuġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess, li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Ħal Għaxaq u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq illi s-siġar relattivi jinżabru skont il-bżonn. Intant infurmat mill-istess Kunsill li huwa prattikament impossibbli li tingħata figura tan-numru tas-siġar taż-żebbuġ li jinsabu fil-lokalità madanakollu infurmat li l-ammont mhuwiex wieħed żgħir.

Restawr ta’ postijiet/monumenti storiċi f'Malta — Skema

Question

B'referenza għall-iskema ta’ restawr ta’ postijiet/monumenti storiċi f'Malta għal din is-sena, li ġiet ippubblikata iktar kmieni dan ix-xahar (Jannar 2024), jista' l-Ministru jgħid: i. kemm-il darba ħarġet tali skema matul l-aħħar għaxar snin u jindika s-snin meta ħarġet? ii. kemm kien l-ammont ivvutat għal din l-iskema sena b'sena? iii. kemm attwalment intefqu flus fi proġetti f'din l-iskema, maqsuma sena b'sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-twegibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 14985 u 15846.

Restawr ta’ postijiet/monumenti storiċi f'Malta — Skema

Question

B'referenza għall-iskema ta’ restawr ta’ postijiet/monumenti storiċi f'Malta għal din is-sena, li ġiet ippubblikata iktar kmieni dan ix-xahar (Jannar 2024), jista' l-Ministru jgħid: i. kemm irċieva applikazzjonijiet sena b'sena minn kemm ilha toħroġ tali skema, lokalità b'lokalità? ii. kemm kien il-valur ta’ kull proġett li applikaw għalih il-Kunsilli Lokali? iii. liema minn dawn il-proġetti ġew approvati minn kemm ilha toħroġ din l-iskema, lokalità b'lokalità? iv. kemm fil-fatt immaterjalizzaw proġetti sena b'sena minn kemm ilha toħroġ din l-iskema, lokalità b'lokalità?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba qed tiġi mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra. Intant infurmat illi din l-iskema ma titlobx li jingħata l-valur ta’ kull proġett li japplikaw għalih il-Kunsilli Lokali u dan minħabba li l-proġetti magħżula jitwettqu minn ħaddiema tad-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni fl-intier tagħhom (mid-dokumentazzjoni tal-monumenti sar-restawr fiżiku), u għaldaqstant il-Kunsilli ma jingħatawx għotja ta’ flus biex iwettqu il-proġetti magħżula. Infurmat ukoll illi n-numru ta’ proġetti li twettqu sena b’sena kienu skond kif ġej: • 2015 – 5 • 2016 – 6 • 2017 – 5 • 2018 – 5 • 2019 – 9 • 2020/2021 - 10 • 2022/ 2023 - 12 B’rabta mal-informazzjoni t’hawn fuq, infurmat li rigward is-sejħa tal-2017 kienu ntagħżlu 6 proġetti imma twettqu 5. Dwar dan infurmat illi ma kienx twettaq ir-restawr tal-Knisja tal-Ħġejjeġ (San Pawl il-Baħar) peress li l-Kunsill rispettiv iddeċieda li jirtira l-applikazzjoni. In oltre, taħt is-sejħa tal-2022/2023 infurmat li kienu ntagħżlu 13 il-proġett imma twettqu 12. Dwar dan infurmat illi ma kienx twettaq ir-restawr tal-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja (Fgura) minħabba li l-Kunsill kien informa lid-Dipartiment li kien qed iwettqu bir-riżorsi tiegħu. Finalment infurmat li taħt is-sejħa tas-snin l-oħra msemmija hawn fuq, twettqu l-proġetti kollha li ntagħżlu filwaqt illi uħud mill-proġetti magħżula taħt is-sejħa tal-2022/2023 qed jitwettqu fil-preżent.

Ġbir ta’ vetturi mit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15258 u jgħid kemm inġabru vetturi mit-toroq madwar Malta u Għawdex matul is-sena 2023, maqsuma lokalità, lokalità? Jista' jgħid ukoll kemm baqa' vetturi abbandunati, mkissra eċċ. fit-toroq li għalkemm ġew irrappurtati, għadhom ma nġabrux, maqsuma lokalità, lokalità?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba kif mibgħuta lili mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali tinsab hawn taħt: Lokalità Nru ta’ Vetturi li nġabru matul 2023 Il-Belt Valletta (Città Umilissima) NIL L-Imdina (Città Notabile) NIL Il-Birgu (Città Vittoriosa) NIL L-Isla (Città Invicta) NIL Bormla (Città Cospicua) 2 Ħal Qormi (Città Pinto) 0 Ħaż-Żebbuġ (Città Rohan) 5 Ħaż-Żabbar (Città Hompesch) NIL Is-Siġġiewi (Città Ferdinand) 2 Iż-Żejtun (Città Beland) NIL Ir-Rabat (Città Victoria) NIL Ħ’Attard NIL Ħal Balzan NIL Birkirkara 3 Birżebbuġa NIL Ħad-Dingli NIL Il-Fgura NIL Floriana NIL Il-Fontana NIL Il-Gudja 0 Il-Gżira NIL Għajnsielem 7 L-Għarb NIL Ħal Għargħur NIL L-Għasri NIL Ħal Għaxaq NIL Il-Ħamrun 2 L-Iklin 11 Il-Kalkara 5 Ta’ Kerċem 0 Ħal Kirkop NIL Ħal Lija NIL Ħal Luqa NIL Il-Marsa NIL Marsaskala 5 Marsaxlokk NIL Il-Mellieħa 5 L-Imġarr NIL Il-Mosta NIL L-Imqabba NIL L-Imsida NIL Il-Munxar 2 In-Nadur NIL In-Naxxar 10 Paola NIL Pembroke NIL Tal-Pietà 1 Il-Qala NIL Il-Qrendi 2 Ir-Rabat (Malta) NIL Ħal Safi NIL San Ġiljan NIL San Ġwann NIL San Lawrenz NIL San Pawl il-Baħar NIL Ta' Sannat NIL Santa Luċija NIL Santa Venera NIL Tas-Sliema NIL Is-Swieqi 1 Ta' Xbiex NIL Ħal Tarxien NIL Ix-Xagħra NIL Ix-Xewkija NIL Ix-Xgħajra NIL Iż-Żebbuġ NIL Iż-Żurrieq NIL L-Imtarfa NIL

Raħal Ġdid – Xogħlijiet fil-Pjazza — Laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa kellu l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid mal-Gvern jew entitajiet oħrajn dwar il-problemi ta’ xogħlijiet ħżiena fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid matul is-sena 2023? Jista’ jgħid ukoll: i. Meta saru dawn il-laqgħat (dati)? ii. Ma’ min kienu dawn il-laqgħat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li saru diversi laqgħat fosthom ma’ ufiċċjali minn Infrastructure Malta u Transport Malta.

Paceville Town Management Committee

Question

B’referenza għat-twaqqif tal-Paceville Town Management Committee, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-awtorità legali f’Paceville taqa’ taħt l-awtorità tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan? Jista’ jikkonferma wkoll li kull deċiżjoni meħuda minn dan il-kumitat trid tkun endorsed mill-Kunsill bħala l-awtorità legali tal-lokalità fid-dawl li għadu fis-seħħ l-MOU li kien sar meta twaqqaf għall-ewwel darba dan il-PTM madwar tmien snin ilu bejn il-Kunsill u l-PTM/Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan illi l-awtorità legali f’Paceville taqa’ taħt l-awtorità tal-istess Kunsill. Infurmat mill-istess Kunsill Lokali li kull deċiżjoni meħuda minn dan il-kumitat trid tkun endorsed minnu bħala l-awtorità legali tal-lokalità fid-dawl li għadu fis-seħħ l-MOU li kien sar meta twaqqaf għall-ewwel darba dan il-PTM. Intant infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali rispettiv għandu wkoll rappreżentant fil-Kumitat imsemmi.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konsulent hemm fil-Ministeru tiegħu u x’livell ta’ edukazzjoni u esperjenza għandhom, speċjalment fil-qasam li l-Ministeru jirrappreżenta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti ġew impjegati skont l-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta u Għawdex – Devoluzzjoni ta’ proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm artijiet jew proprjetà tal-Gvern devoluta lil kull Kunsill Lokali f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid ukoll liema huma dawn il-proprjetajiet devoluti u kemm kienet il-kirja mħallsa għal kull proprjetà fl-aħħar tas-sena 2023?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Raħal Ġdid — Triq il-Vittmi tax-Xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena huwiex previst li Triq il-Vittmi tax-Xogħol, f’Raħal Ġdid senjatament l-aħħar parti tagħha, issir mill-ġdid, billi ma tinsabx fi stat tajjeb bl-użu kostanti tagħha?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Marsaxlokk — Siġar taż-żebbuġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess, li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Marsaxlokk u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk illi l-Kunsill bħalissa għandu ġardinar full-time li jieħu ħsieb iż-żbir tas-siġar taż-żebbuġ. Infurmat mill-istess Kunsill Lokali li bħalissa hemm 116-il siġra taż-żebbuġ fiż-żoni Pubbliċi f'Marsaxlokk. Filwaqt li infurmat mill-Kunsill Lokali rispettiv illi l-aħħar żbir kien f’Settembru tal-2023, infurmat ukoll li ż-żbir li jmiss se jkun fi Frar 2024.

San Pawl il-Baħar — Xemxija Heritage Trail – Xogħlijiet ippjanati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet huma ppjanati fix-Xemxija Heritage Trail, f’San Pawl il-Baħar, hekk kif dan is-sit tħalla fi stat ta' telqa matul l-aħħar xhur?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li, fir-rigward tal-post msemmi mill-Onor. Interpellanta, spiss isir xogħol ta’ tindif mill-ħaddiema tal-kunsill stess, apparti li ġew ordnati tabelli biex jinbidlu dawk li hemm preżentament.

Ħal Qormi — Triq il-Belt Valletta - Tindif

Question

Peress li kien hemm numru ta’ lmenti minn residenti Qriema, jista’ l-Ministru jara li tittieħed azzjoni mill-awtoritajiet konċernati sabiex titnaddaf Triq il-Belt Valletta (ħdejn iċ-Ċimiterju), f’Ħal Qormi (ritratti annessi), b’mod iktar frekwenti u jsir l-infurzar li hemm bżonn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li l-iskart f’din it-triq jinġabar skont l-iskeda nazzjonali tal-ġbir.

Ħal Tarxien — Ġnien il-Kunsill Lokali – Dawl adegwat

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li Ġnien il-Kunsill Lokali li jinsab f'kantuniera bejn Triq Temi Zammit, Triq Sammat u Triq Santa Monika, f'Ħal Tarxien, jinxtegħel kif xieraq u ma jitħalliex fid-dlam ċappa li jagħti lok għal abbuż?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien illi skont it-toroq msemmija fl-interpellanza, referenza qed issir għal Ġnien Penza u mhux Ġnien il-Kunsill Lokali. Infurmat mill-istess Kunsill Lokali li l-pjanti għar-rinovar ta’ Ġnien Penza huma lesti u l-proġett huwa pjanat li jsir din is-sena.

Kunsilli Lokali – Rendikont finanzjarju

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15554, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha peress li ngħatat parti biss mill-informazzjoni rikjesta u ċjoè jgħid kif kienet il-qagħda finanzjarja tal-Kunsilli Lokali hawn taħt imsemmija sa Diċembru 2023, u jagħti rendikont finanzjarju li jagħti stampa ċara ta' dan, li jinkludi surplus jew defiċit: a. Kunsill Lokali Mġarr; b. Kunsill Lokali Ħad-Dingli; u c. Kunsill Lokali Rabat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mid-Divizjoni għall-Gvern Lokali li l-Kunsilli Lokali tal-Imġarr, Ħad Dingli u r-Rabat ma provdewx l-informazzjoni mitluba għax l-istqarrijiet finanzjarji relattivi għadhom qed jiġu preparati. Infurmat ukoll li dawn l-istqarrijiet finanzjarji huma mistennija li jaslu sad-data tal-għeluq tat-23 ta’ Frar 2024 hekk kif mitlub permezz ta’ Ċirkulari Nru. 17 tal-2023 maħruġa mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali.

Kunsilli Lokali – Attendenza ta’ sindki u kunsilliera

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15555, jista’ l-Ministru issa jwieġeb il-kumplament tal-mistoqsija parlamentari u ċjoè jipprovdi lista ta' attendenza tas-Sindki u tal-Kunsilliera, laqgħa laqgħa minn Lulju 2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari: a. Kunsill Lokali Ħad-Dingli; u b. Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Il-Belt Valletta – Triq Żakkarija – Tindif ta’ Spralli

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-ispralli fi Triq Żakkarija, il-Belt Valletta jitnaddfu u dan peress illi ħierġa riħa qawwija minnhom ikkawżata mill-ilma li jinġema’ matul iż-żmien?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lil-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Birżebbuġa — Tibdil fir-rotot - Konsultazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14787, jista' l-Ministru jgħid meta u ma min saret il-konsultazzjoni dwar tibdil fir-rotot tat-trasport pubbliku, f'Birżebbuġa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li għadhom għaddejjin il-konsultazzjonijiet ma’ Malta Public Transport.

Ħal Qormi – Triq il-Ħelsien – miżuri kontra sewqan perikoluż

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm dwar miżuri li għandhom jittieħdu minħabba sewqan perikoluż, fi Triq il-Ħelsien f'Ħal Qormi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li l-istess Kunsill Lokali jinsab għaddej b’konsultazzjoni mar-residenti dwar jekk iridux li tiġi nstallata sleeping policeman fiż-żona msemmija. Ma’ tmiem il-konsultazzjoni msemmija, infurmat illi l-Kunsill ser ikun qed jikkonsulta mal-awtorità kkonċernata dwar l-aħjar miżura.

Is-Siġġiewi — Proġett ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar ix-xogħol relatat mal-proġett ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Għoti ta’ fondi għal restawr

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11104 u 11817, li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol rispettivament u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10796, jista' l-Ministru jgħid matul l-2022 kemm ingħataw bħala għajnuniet, fondi għar-restawr tal-knejjes, djar antiki, ħitan tas-sejjieħ, mid-Direttorat tar-Restawr u jekk minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt liema programm jaqgħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mid-Dipartiment tar-Restawr u Preservazzjoni li l-istess Dipartiment mhux involut f’xogħolijiet relatati ma' djar antiki jew ħitan tas-sejjieħ. Intant infurmat illi d-Dipartiment iwettaq diversi proġetti fuq knejjes u kappelli direttament, permezz tal-ħaddiema tiegħu stess, jew b’kuntratti. Dawn huma ffinanzjati mill-Fondi Lokali, mill-Voti Kapitali mogħtija lid-Dipartiment fil-budget annwali. Dwar dan infurmat li matul is-sena 2022 saret nefqa globali ta’ €945,755 fuq proġetti ta' knejjes u kappelli. Infurmat ukoll illi d-Dipartiment jassisti b’fondi għat-twettiq ta’ xogħol ta’ restawr ta' assi patrimonjali ġewwa il-knejjes, bħal pitturi, skulturi eċċ. permezz tar- Restoration Funding Scheme li toħroġ kull sena b’kollaborazzjoni mal-Arts Council Malta, fejn jiġu ffinanzjati proġetti ¿għar b’nefqa sa €15,000, b’massimu ta’ €90,000 kull sejħa.