Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Membri tal-bord mediku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord mediku fi ħdan il-Ministeru mis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba minnu.

Fostering — Allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li twaqfilhom l-allowance tal-fostering għaliex ġew addottati minn familji? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li minn status ta’ fostering ġew addottati mill-istess familji li kienu jiffosterjawhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bis-saħħa ta’ miżura tal-budget għas-sena 2023, l-allowance tal-fostering ma baqgħetx titwaqqaf mill-ewwel għax it-tfal ikunu addottati mill-istess familji. B’din il-miżura, l-allowance tal-fostering, fl-ewwel sena l-familji jingħataw 80% tar-rata, fit-tieni sena jingħataw 60% tar-rata, fit-tielet sena jingħataw 40% tar-rata filwaqt li fir-raba’ sena jingħataw 20% tar-rata. Irid jingħad li bħalissa sitt familji qegħdin igawdu minn din il-miżura.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru matul l-2022, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations. Ġejt infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant, jinqabeż l-advisory cost.

Arbitru tal-benefiċċji soċjali – Smigħ ta’ appell

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu l-Arbitru tal-benefiċċji soċjali? Jista’ jgħid ukoll għalfejn persuna ddum tistenna aktar minn tliet xhur biex jinstema' l-appell tagħha meta jinqatgħalha l-benefiċċju soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Arbitri maħtura skont l-Att dwar is-Sigurtà soċjali huma: Dr Luciano Busuttil Dr Adrian Camilleri Dr Noel Camilleri Dr Noel Cutajar Dr Edward Gatt Dr Joseph Mario Sammut Dr Simon Micallef Stafrace Dr Vincent Micallef Dr Katia Mercieca u Dr Shaheyar Ghaznavi li wara Frar 2024 mhux ser ikompli bħala Arbitru. F’Jannar 2024 qed jiġu appuntati l-appelli li jikkonċernaw benefiċċji li ġew intavolati f’Dicembru 2023. Kull każ jinstema’ fuq il-merti tiegħu u mhux dejjem possibbli li l-każ jinqata’ fi żmien tlett xhur, minħabba l-fatt li ħafna drabi jkun hemm bżonn li jittellgħu xhieda kif ukoll ikunu ppreżentati dokumenti relatati.

Appoġġ — Stop the Violence Abuse Service

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel u nisa li temmew b'suċċess il-Programm STOP (Stop the Violence Abuse Service - Appoġġ) fl-2022? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-każijiet kienu mandatorji mill-Qorti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Appoġġ — Stop the Violence Abuse Service

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel u nisa li temmew b'suċċess il-Programm STOP (Stop the Violence Abuse Service - Appoġġ) fl-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-każijiet kienu mandatorji mill-Qorti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Persuni f’xelters tal-Emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni (adulti u tfal) li qegħdin f’xelters tal-emerġenza bħalissa? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm persuni (adulti u tfal) f’xelters (long-term jew second phase) bħalissa u kemm minn dawn ilhom iktar minn sena ġo dawn ix-xelters minħabba li m’għandhomx akkomodazzjoni alternattiva fejn imorru?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-informazzjoni mitluba huwa kif qed ikun indikat fit-tabella t’hawn taħt: AdultiTfal Xelters ta’ emerġenza240 Xelter fit-tul74 Iktar minn sena00

Looked After Children Service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li kienu qed jiġu segwiti mil-Looked After Children Service (LAC) sa Diċembru 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-tfal kienu qed jiġu segwiti minn key worker li hu social worker u kemm minn dawn it-tfal kienu qed jiġu segwiti minn key worker li hu social welfare professional?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Looked After Children Service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li kienu qed jiġu segwiti mil-Looked After Children Service (LAC) minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-tfal kienu qed jiġu segwiti minn key worker li hu social worker u kemm minn dawn it-tfal kienu qed jiġu segwiti minn key worker li hu social welfare professional?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Looked After Children Service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-caseload tas-social workers fil-Looked After Children Service (LAC) f’Diċembru 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet il-caseload tas-social welfare professionals fil-LAC f’Diċembru 2022 u dan peress illi r-rapport annwali tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) 2022, paġni 64 u 65, dwar il-Looked After Children ma jagħtix dawn id-dettalji?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-work from home u/jew telework u/jew remote working approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll ir-raġunijiet għal dawn l-approvals?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta, sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 14712.

Welfare Committee – Rapport dwar il-kontijiet pubbliċi 2022 — Rakkomondazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid huwiex ser iwettaq ir-rakkomondazzjoni li għamel l-Awditur Ġenerali fir-rapport tiegħu dwar il-kontijiet pubbliċi 2022 sabiex il-Welfare Committee jkollu aktar impjegati fosthom ‘accounts officer’ sabiex ma jkunx biss l-Amministratur ta’ dan il-Kumitat li jkun responsabbli mill-operat kollu ta’ dan il-Kumitat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Welfare Committee – Kont bankarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Welfare Committee għadux qed jopera mingħajr kont bankarju skont kif jirriżulta mir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-kontijiet pubbliċi 2022? Jekk għadu ma nfetaħx, jista’ jgħid għaliex għadu ma nfetaħx u fejn qed jinżammu l-cash u ċ-ċekkijiet li l-Kumitat għandu? Jekk infetaħ, jista’ jgħid kemm hemm depożitat f’dan il-kont?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Welfare Committee – Ċekkijiet skaduti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċekk skadut għandu f’idejh il-Welfare Committee li sal-lum ma jistax jissarraf jew jiġi depożitat? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont totali ta’ dawn iċ-ċekkijiet skaduti u x’qed isir biex jiġu rkuprati dawn iċ-ċekkijiet skaduti li għandu f’idejh dan il-Kumitat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Welfare Committee – Nuqqasijiet li nstabu fir-rapport dwar il-kontijiet pubbliċi 2022

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa sabiex in-nuqqasijiet kollha li nstabu mill-Awditur Ġenerali fir-rapport tiegħu dwar il-kontijiet pubbliċi 2022 dwar il-Welfare Committee jiġu rranġati? Jista’ jsemmi liema mir-rakkomandazzjonijiet li għamel l-Awditur Ġenerali diġà twettqu u meta ser ikunu qed jitwettqu r-rakkomondazzjonijiet kollha li sa issa għadhom ma twettqux?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Conseravatorio Vincenzo Buġeja — Proġett soċjali Fejda u St Jeanne Antide

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x' inhu l-għan primarju tal-Conseravatorio Vincenzo Bugeja, li fih insibu l-proġett soċjali Fejda u St Jeanne Antide, li jilqa’ tfajliet bi sfidi soċjali? Jista' jgħid ukoll kemm iżomm residenti dan il-post u jelenka stejjer ta' suċċess li ġew rekordjati?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Bord tat-tmexxija tal-Conservatorio Vincenzo Bugeja kien informa lill-Ministeru li ma kienx f’pożizzjoni li jkompli jagħti s-servizz ta’ residential home għal tfajliet bi sfidi soċjali lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2023. Għaldaqstant, il-Ministeru flimkien mal-FSWS kellhom jagħmlu arranġamenti alternattivi. It-tfajliet issa qed jgħixu fi tliet id-djar f’ambjent aktar viċin dak ta’ familja.

Promozzjoni tal-professjoni tas-social work – nefqa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10898, jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Ministeru tiegħu (u mhux l-FSWS jew l-Università ta’ Malta) biex tiġi promossa l-professjoni tas-social work u kemm huwa l-baġit allokat għal din il-promozzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Homelessness

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-definizzjoni ta' 'homelessness' kif hija mifhuma mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li, ninsab infurmat li d-definizzjoni ta’ homelessness użata mis-Servizz tal-Homeless tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan l-FSWS, hija s-segwenti: “The Homeless Service collects information regarding service users across all FSWS services1 who reported one of the following forms of homelessness: · Rooflessness: (people living rough - in the streets, abandoned buildings etc); · Houselessness: (people in accommodation for the homeless, in accommodation for migrants, people due to be released from institutions and people receiving long-term support due to homelessness); · Couch surfing: (people living temporarily with friends, sharing accommodation with others which is not secure); and · At risk of homelessness/Inadequate housing (people living in insecure tenancies, under threat of eviction or violence, living in unfit housing, non-conventional dwellings or in situations of extreme overcrowding.” Ninsab infurmat ukoll li din id-definizzjoni hija bbażata u meħuda mid-definizzjoni wżata mill-European Federation of National Organisations Working with the Homeless (FEANTSA).