Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija — promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw promotions fil-Korp tal-Pulizija fil-perjodu bejn l-1 ta’ Mejju 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Korp tal-Pulizija – transfers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fil-Korp tal Pulzija fil-perjodu bejn l-1 ta’ Mejju 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Forzi Armati ta’ Malta – transfers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fil-Forzi Armati ta’ Malta fil-perjodu bejn l-1 ta’ Mejju 2017 u t- 3 ta Ġunju 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Open Centres — immigranti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm immigranti uffiċjalment residenti fl-Open Centres, u jaqsam l-informazzjoni għal kull Open Centre rispettiv?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Rapporti għal reati fil-Marsa

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra break down tar-rapporti kollha li saru għal reati fil-Marsa fis-snin 2015, 2016 u 2017 (sena b’sena u b’reat b’reat)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — sponsorships

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' sponsorships li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Korp tal-Pulizija – regolamenti dwar reinstatements

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-regoli jew regolamenti viġenti għal reinstatements fil-Korp tal-Pulizija? Jista’ jgħid b’liema mod u fejn inbiddlu minn dawk viġenti qabel Marzu 2013?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn Marzu 2013 sal-lum, il-kriterji interni għal ri-ingaġġ fil-Korp tal-Pulizija inbidlu bbazati fuq: I. iż-żmien li wieħed jista’ japplika wara li jkun telaq mill-Korp, II. l-eta’ tal-applikant, il-kondotta tal-applikant jekk dan ikun instab ħati ta’ reat krimnali; III. iż-żmien li jgħaddi sabiex wieħed japplika minn meta ikun irtira bil-pensjoni; IV. is-sick leave meħud matul is-servizz regolari tiegħu, u V. n-numru ta’ drabi li wieħed jista’ japplika sabiex jiġi ri-ingaġġat.

Forzi Armati ta’ Malta — promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet fil-Forzi Armati ta' Malta fil-perjodu bejn l-1 ta Mejju 2017 sat-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 587, l-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li tali informazzjoni rikjesta ġiet sottomessa bħala tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 51. L-Onor. Interpellant għandu jinnota wkoll li tali promozzjonijiet kienu jinkludu tlett eżerċizzji differenti kif spjegat sew fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 51, b’dati effettivi skont kif indikat fil-lista li kienet ġiet annessa.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – reklami fil-gazzetti Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru reklami tal-Ministeru fil-gazzetti Maltin fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2017 u t-3 ta Ġunju 2017? Jista’ jelenka, reklam b'reklam, f’liema gazzetti saru dawn ir-reklami? Jista’ jgħid kemm swew lill-kaxxa ta’ Malta dawn ir-reklami u jippreċenta break down tal-ħlasijiet li saru u lil min saru? Jista’ jippreżenta lil dan il-Parlament kopja ta’ dawn ir-reklami li saru fil-gazzetti fil-perjodu fuq imsemmi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Pulizija – rapporti ta’ reati ta’ corrupt practices

Question

Jista’ l Ministru jgħid jekk daħlux rapporti lill-Pulizija ta’ reati ta’ corrupt practices fil-perjodu bejn l-1 ta’ Mejju 2017 u t-30 ta’ Ġunju 2017

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill Onorevoli interpellant illi ninsab infurmat illi fil-perjodu bejn 1 ta' Mejju u 30 ta'Gunju 2017 kien hemm tlett kazi li dahllu ghand il pulizija, fuq allegat reati ta' corrupt practices', li 2 minnhom irrizulta fin-negattiv u wiehed ghadu ghaddej

Investigazzjonijiet ta’ corrupt practices

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex għaddejjin investigazzjonijiet ta’ corrupt practices li seħħew fil-ġimgħatejn ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali li saret fit-3 ta’ Ġunju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju stess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill Onor. Interpellant li b’referenza għall-mistoqsija 590, għandu jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 589.

Pulizija – rapporti ta’ ġuramenti foloz waqt l-Elezzjoni Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2017

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pulizija kelliex rapporti ta’ ġuramenti foloz meħuda waqt il-votazzjoni fl-Elezzjoni Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill Onor. Interpellant illi ninsab infurmat illi l-pulizija ma kelliex rapporti ta’ ġuramenti foloz li gew meħuda waqt il-votazzjoni fl-Elezzjoni Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2017.

Pulizija – investigazzjoni dwar allegat ta’ xiri ta’voti fl-elezzjoni ġenerali 2017

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pulizija hijiex qed tinvestiga allegazzjonijiet ta’ xiri ta’ voti fl-Elezzjoni Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill Onor. Interpellant illi ninsab infurmat illi l-Pulizija mhix tinvestiga allegazzjonijiet ta’ xiri ta’ voti relatati mal-Elezzjoni Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2017..

Korp tal-Pulizija — vetturi

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-vetturi kollha, inkluż karozzi, trakkijiet u muturi, li l-Korp tal-Pulizija xtara secondhand minn April 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull vettura jagħti d-data tax-xiri, il-prezz, minn fejn inxtrat, kemm-il sena għandha l-vettura u l-metodu ta' akkwist?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Vetturi mixtrija wżati mill-Korp tal-Pulizija mill-2013 sallum Kwantita Tip ta' vettura Data ta' xiri Prezz ta' kull vettura Min fejn inxtratt Kemm kellha zmien il-vettura meta nxtrat Metodu tal-akkwist 10 Muturi BMW120cc Novembru 2013 Eur. 8500 Regina Auto Dealer bejn 4 - 6 snin Direct Order wara sejħa għal offerti u approval mill-MFIN 10 Muturi BMW120cc Mejju 2014 Eur. 9100 Regina Auto Dealer bejn 5 - 7 snin Direct Order wara sejħa għal offerti u approval mill-MFIN 1 Tow truck Lulju 2016 Eur. 4700 Regina Auto Dealer 26 sena* Direct Order wara sejħa għal offerti u approval mill-MFIN 1 Ford Focus saloon Gunju 2014 Eur. 1700 Lepo Garage 12 ** sena Direct Order wara sejħa għal offerti u approval mill-MFIN 2 Vannijiet Citroen Berlingo Lulju 2015 Eur. 6250 Regina Auto Dealer 8 snin Direct Order wara sejħa għal offerti u approval mill-MFIN 5 Muturi Yamaha 1300 Frar 2017 Eur.8117.20 Brtish Transport Police bejn 2 - 7 snin Direct Order wara sejħa għal offerti u approval mill-MFIN * Minkejja li ma kienx mudell daqshekk modern xorta ġie misjub tajjeb għad-doveri li nxtara għalih speċifikament biex jitneħħew vetturi derelict mit-toroq u vetturi oħra. Għadu fis-servizz ** Vettura ta' tip Ford Focus li wkoll instabet utli għad-doveri li ġiet mixtrija u li għada tintuża sallum, kif jista' jingħad għal kumplament tal-vetturi l-oħra. 30/06/2017

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Forzi Armati ta’ Malta — promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru għall-Intern jelenka l-promozzjonijiet kollha isem b’isem u minn liema rank għal liema rank li ngħataw fil-Forzi Armati ta’ Malta, mill-1 ta’ Marzu 2017 sat-2 ta’ Ġunju 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 119, l-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li tali informazzjoni rikjesta ġiet sottomessa bħala tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 51.

Forzi Armati ta’ Malta – promozzjonijiet backdated

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, mill-promozzjonijiet kollha li ngħataw fil-Forzi Armati ta’ Malta mill-bidu tal-2017 s’issa, kemm minnhom kienu backdated u jista’ jgħid minn liema sena kull waħda minn dawn, kienet backdated?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

B’referenza ghall-mistoqsija parlamentari 120, l-Onorevoli Interpellant ghandu jkun jaf li tali informazzjoni rikjesta giet sottomessa bhala twegiba ghall-mistoqsija parlamentari 51.

Forzi Armati ta’ Malta — promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, mill-promozzjonijiet kollha li ngħataw -fil-Forzi Armati ta’ Malta fl-2017, kemm ġew ordnati li jitħallsu kumpens ta’ arretrati ta’ pagi/danni eċċ. f’kull waħda minn dawn il-promozzjonijiet li ngħataw (speċjalment dawk backdated), u jista’ jagħti wkoll id-dati ta’ meta dawn il-promozzjonijiet u l-kumpens ordnat ġew mogħtija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

B’referenza ghall-mistoqsija parlamentari 121, l-Onorevoli Interpellant ghandu jkun jaf li tali informazzjoni fuq l-imsemmija promozzjonijiet inghatat bhala twegiba ghall-mistoqsija parlamentari 51. Rigward il-kumpens/arretrati marbuta l-Onorevoli Interpellant ghandu jkun jaf li dawn ghadhom qed jinhadmu u ghad ma humiex konkluzi.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — ħaddiema li ħadu promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 51, l-Onor. Interpellant għandu jinnota lista ta’ ħaddiema li ħadu promozzjoni fil-FAM fil-perjodi indikati. L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li l-lista tas-sena 2017 hija komposta minn tliet eżerċizzji ta’ promozzjonijiet differenti, kif elenkat hawn taħt: - Eżerċizzju ta’ promozzjonijiet li jsir kull sena skont il-liġi li tirregola l-FAM u skont dak li jissejjaħ ‘Soldiers’ Career Handbook’ li jfassal il-proċeduri u l-kriterji relatati. Dan it-tali eżerċizzju kien ilu li nbeda minn Ottubru tal-2016 u ġie konkluż f’Mejju tal-2017. Eżerċizzju simili mistenni jibda lejn Ottubru ta’ din is-sena sabiex jinżamm l-impenn annwali skont kif elenkat fl-istess ktejjeb imsemmi hawn fuq. - Eżerċizzju ta’ promozzjonijiet pendenti bħala riżultat tal-appuntat Board sabiex jiddilja ma’ allegati inġustizzji li kienu saru fil-FAM. F’dan l-eżerċizzju ġew ikkonfermati numru ta’ inġustizzji li seħħew qabel Marzu tal-2013 u ġew rimedjati skont kif kien jimmerita kull każ. - Promozzjonijiet lil numru żgħir ta’ Uffiċjali bil-Kummissjoni li jkun għalqilhom iż-żmien bejn grad u ieħor u jkunu ġew eliġibbli sabiex jieħdu l-promozzjoni, skont l-Officers’ Career Handbook. Fir-rigward tal-Pulizija, ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Mejju, 2017 u t-2 ta' Ġunju, 2017 kien hemm sittax (16)-il promozzjoni ta' membri tal-Korp tal-Pulizija għar-rank to Surġent mir-rank ta' Kuntistabbli. Dawn il-promozzjonijiet kienu effettivi mill-15 ta' Mejju, 2017. Matul il-perjodu bejn is-7 ta' Jannar, 2013 u t-8 ta' Mejju 2013, kien hemm promozzjoni waħda, dik ta' Supretendent għal Kummissarju. Bejn l-1 ta' Mejju, 2017 u t-2 ta' Ġunju, 2017 mill-impjegati ċivili fil-Korp, kien hemm ukoll ħames (5) impjegati li ġew promossi għal Senior Operative IV b'effett mis-27 ta' April, 2017. Ma kienx hemm impjegati ċivili promossi bejn is-7 ta' Jannar, 2013 u t-8 ta' Mejju 2013. Fid-Dipartiment tas-Servizzi Sigrieti ta’ Malta kien hemm promozzjoni waħda fil-perjodu msemmi. Filwaqt fid-Direttorat għall-Affarijiet tad-Difiża kienu żewġ uffiċjali li ġew promossi Uffiċjali Eżekuttivi fil-21 ta' Marzu 2013 wara sejħa għal din il-kariga fis-Servizz Pubbliku ta' Malta fl-2012. Uffiċjal minnhom f'dak iż-żmien kien jagħmel parti mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Minħabba protezzjoni tad-data, il-listi kollha qegħdin jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa — inizjattiva tat-Tourism Police

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inizjattiva tat-Tourism Police li kienet imnedija is-sena li għaddiet hiex se tkun introdotta fil-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar matul ix-xhur tas-sajf ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Dan huwa proġett pilota u ġie implimentat biss f’San Ġiljan u Tas-Sliema. Il-gvern għadu qed jevalwa il-possibiltajiet kollha.